Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Koppji

Aġġornat : 06/06/2013

Żwieġ

FAQs Żwieġ

  • Iżżewwiġt f'pajjiż tal-UE fejn m'iniex ċittadin. Hemm bżonn nirreġistra ż-żwieġ f'pajjiżi?

    LE - Tista' titlob biex iż-żwieġ ikun reġistrat f'pajjiżek, iżda dan mhux obbligatorju. Sakemm imxejt mal-liġijiet tal-pajjiż fejn iżżewwiġt, iż-żwieġ se jkun awtomatikament rikonoxxut fl-UE kollha - sakemm mhux żwieġ ta' koppja tal-istess sess. Dan it-tip ta' żwieġ bħalissa hu rikonoxxut biss f'7 pajjiżi tal-UE: Id-Danimarka, il-Belġju, Franza, il-Pajjiżi l-Baxxi, Il-Portugall , Spanja u l-Isvezja.

  • Jien u l-għarus tiegħi noqogħdu s-Slovakkja u nixtiequ niżżewġu l-Italja waqt li nkunu hemmhekk għal btala. Għandna l-jedd awtomatiku li niżżewġu f’pajjiż ieħor tal-UE?

    LE - Huma l-awtoritajiet Taljani li jiddeċiedu jekk tistgħux tiżżewġu hemmhekk. Normalment iħallukom tagħmlu dan biss jekk ikollkom xi tip ta’ rabta mal-Italja - ngħidu aħna għall-inqas int jew hu tkunu toqogħdu hemm jew ikollkom ċittadinanza Taljana. Iżda jekk iħallukom, iż-żwieġ jiġi rrikonoxxut fl-UE kollha kemm hi.

    Ladarba tmorru lura s-Slovakkja, tkunu tridu taraw li d-dokumenti uffiċjali kollha li jagħtu prova tal-istat ċivili tagħkom jiġu aġġornati fuq il-bażi taċ-ċertifikat taż-żwieġ tagħkom miksub mill-Italja.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika