Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 3/2013
Kemm ir-raġunijiet li għalihom tista' tapplika għad-divorzju jew għas-separazzjoni legali kif ukoll prattiċitajiet oħrajn tad-divorzju u s-separazzjoni jvarjaw bil-bosta minn pajjiż għal ieħor tal-UE.
Madankollu, għadd ta' regoli tal-UE japplikaw f'każijiet li jinvolvu żewġ pajjiżi jew aktar tal-UE – pereżempju, minħabba li int u żewġek/martek tgħixu f'pajjiżi differenti. Dawk ir-regoli jistabbilixxu liema qrati għandhom ġurisdizzjoni.
Tista' titlob divorzju jew separazzjoni legali jew flimkien mal-partner tiegħek bħala applikazzjoni konġunta, jew xi ħadd minnkom jista' jressaq it-talba waħdu.
Tista' tagħmel it-talba tiegħek fil-qrati fil-pajjiż fejn:
Jekk m'intix ċittadin ta' dak il-pajjiż, tista' tagħmel it-talba tiegħek biss wara li tkun għext hemm tal-anqas sena eżattament qabel tapplika.
Il-qorti bis-setgħa li tiddeċiedi dwar id-divorzju tagħkom hi l-qorti tal-prim'istanza fejn issir it-talba (jekk din tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin hawn fuq).
Il-qorti li għandha s-setgħa li tibdel separazzjoni legali f'divorzju (jekk dan ikun skont ir-regoli tal-pajjiż) hi l-qorti fil-pajjiż tal-UE li ddeċidiet dwar is-separazzjoni legali.
Il-qorti bis-setgħa li tiddeċiedi tista' wkoll tiddeċiedi dwar kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltà tal-ġenituri.
Staqsi avukat!
F'każijiet li jinvolvu żewġ pajjiżi jew aktar tal-UE, il-liġi li tirregola d-divorzju tiegħek mhix neċessarjament il-liġi tal-pajjiż fejn int tista' tagħmel it-talba tiegħek għad-divorzju. Biex tara liema liġijiet japplikaw fil-każ tiegħek, kif kunflitt ta' liġijiet jista' jiġi solvut u x'jistgħu jkunu l-konsegwenzi, nagħtuk parir li tikkonsulta ma' avukat speċjalizzat.
Divorzju jew separazzjoni legali mogħtija f'pajjiż partikulari tal-UE hi magħrufa minn pajjiżi oħrajn tal-UE mingħjar mhi meħtieġa ebda proċedura speċjali.
Eċċezzjoni – id-Danimarka
Ir-regoli tal-UE dwar id-divorzju u s-separazzjoni legali – pereżempju dwar il-ġurisdizzjoni u l-għarfien – ma japplikawx għad-Danimarka.
Akkwista aktar dettalji dwar il-proċeduri għad-divorzju fil-pajjiż (jew pajjiżi) rilevanti għalik:
Koppja miżżewġa Irlandiża-Franċiża, Jack u Marie, għexu flimkien fl-Irlanda. Bis-saħħa tal-kuntatti ta' Marie, Jack sab impjieg interessanti u mħallas tajjeb fi Franza u marru jgħixu hemm. Xahar wara li bdew jaħdmu fi Franza, Jack iddeċieda li jagħmel talba għad-divorzju fl-Irlanda.
Dan kien possibbli minħabba li l-koppja għexu l-aħħar flimkien fl-Irlanda u Marie kienet għadha residenta hemmhekk.