Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 3/2013
Jekk tgħix ma' sieħeb b'mod stabbli u kontinwu, għandek ċerti drittijiet madwar l-UE, ukoll jekk ma rreġistrajtx is-sħubija tiegħek mal-awtorità.
Jekk tiċċaqlaq ma' sieħbek de facto lejn pajjiż ieħor tal-UE, dak il pajjiżi għandu jiffaċilita d-dħul u r-residenza ta' sieħbek hemm jekk int tista' turi li tgħixu flimkien u turi b'xi mod ieħor li qegħdin f'relazzjoni għal żmien twil. Dan japplika kemm jekk sieħbek huwa ċittadin tal-UE , kemm jekk mhux.
F'pajjiżi tal-UE li jirrikonoxxu l-unjonijiet de facto, ikollok ukoll id-drittijiet u l-obbligi dwar proprjetà, wirt, u ħlas ta' manteniment f'każ ta' separazzjoni.
Dawn id-drittijiet huma partikolarment importanti għall-koppji tal-istess sess, billi mhux il-pajjiżi kollha tal-UE jaċċettaw li dawn jiżżewġu jew jirreġistraw is-sħubija tagħhom b'xi mod ieħor.
Madankollu, ħafna mill-pajjiżi tal-UE, m'għandomx definizzjoni eżatta ta' kif għandek turi li qiegħed f'relazzjoni għal żmien twil jew qed tgħix ma' xi ħadd.
Jekk tgħix f'pajjiż fejn ma' tistax tiżżewweġ (koppji tal-istess sess) jew tidħol fi sħubija rreġistrata - jew jekk tagħżel li ma' tagħmilx dan - għandkom l-għażla li tiffirmaw kuntratt ta' koabitazzjoni bejnietkom, biex issolvu ċerti aspetti tal-koabitazzjoni tagħkom.
Madanakollu, fil-prattika, anke b'kuntratt ta' koabitazzjoni xorta tista' tkun diffiċli li tgawdi mid-drittijiet tiegħek.
Jekk jinqalgħu problemi dwar proprjetà, il-liġi tal-pajjiż fejn inqalgħu il-problemi normalment tapplika.
Għad għandek bżonn l-għajnuna?F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja