Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 06/09/2016

family

Adozzjoni

M'hemmx regoli uniformi tal-UE dwar l-adozzjoni. Kull pajjiż japplika r-regoli rispettivi tiegħu.

Ikkuntattja l-awtoritajiet nazzjonali għal informazzjoni dwar ir-rekwiżiti għall-adozzjoni u l-proċeduri li trid issegwi.

Madanakollu, il-pajjiżi kollha tal-UE għandhom ċerti prinċipji komuni garantiti minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-adozzjoni:

  • jekk huma ħajjin, il-ġenituri bijoloġiċi tal-wild għandhom jaqblu b'mod ħieles mal-adozzjoni
  • l-adozzjoni għandha tkun deċiża fl-interess tal-wild
  • l-adozzjoni għandha tingħata minn qorti jew awtorità amministrattiva.

Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-UE, il-wild ikun jista' jikseb kunjomok u n-nazzjonalità tiegħek u l-istess drittijiet ta' wirt bħat-tfal bijoloġiċi.

Bħala ġenitur adottiv, int se jkollok l-istess drittijiet u obbligi lejn it-tifel jew tifla tiegħek daqs kull ġenitur ieħor.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri