Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 3/2013
Jekk wildek ittieħed b'mod inġust lejn pajjiż ieħor tal-UE mis-sieħeb jew sieħba li kellek qabel (mingħajr l-awtorizzazzjoni tiegħek jew bi ksur ta' deċiżjonijiet li ttieħdu mill-qrati fil-pajjiż tal-UE fejn tkunu tgħixu int u wildek), tista' tagħti bidu għal proċeduri legali biex wildek jinġieb lura.
Jeżistu awtoritajiet ċentrali
DeutschEnglishespañolFrançaisitalianopolski li huma responsabbli mill-każijiet ta' ħtif internazzjonali tal-ulied u li jistgħu jgħinuk tieħu l-passi neċessarji.
Ladarba jkun ingħata bidu għal proċeduri fil-pajjiż li fih ikun ittieħed il-wild, il-qrati ta' hemmhekk jordnaw li dan jintbagħat lura - dment li jkunu ssodisfati r-rekwiżiti legali kollha.
Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru
Fit-teorija, kemm int kif ukoll wildek għandkom tingħataw iċ-ċans li tinstemgħu mill-qorti matul il-proċeduri.
Ma tistax taqleb deċiżjoni dwar il-kustodja billi taħtaf wild u mbagħad qorti f'pajjiż ieħor tal-UE taqta' sentenza differenti f'dan ir-rigward.
Jek trid tipprova taqleb deċiżjoni dwar il-kustodja, trid tmur quddiem il-qorti fil-pajjiż fejn tkun ittieħdet id-deċiżjoni.
Eċċezzjonijiet
Dawn ir-regoli ma jgħoddux għad-Danimarka jew għall-pajjiżi l-oħrajn taż-ŻEE (l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Isvizzera).
Id-Danimarka, l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera huma marbutin bil-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Ħtif tat-Tfal tal-1980
DeutschEnglishespañolFrançaisitalianopolski u l-każijiet ta' ħtif li jinvolvu lilhom jiġu ttrattati skont din il-konvenzjoni jew skont ftehimiet internazzjonali oħrajn.
Irena u Vincenzo għexu l-Italja għal 14-il sena, u bħalissa qed jiddivorzjaw. Fl-2007, qorti Taljana tat lil Vincenzo l-kustodja ta' binthom Alessandra, u ordnat li din tittieħed għal xi żmien f'dar tat-tfal f'Pisa. Fl-istess jum, Irena telqet mill-Italja u marret is-Slovenja b'bintha.
Qorti Slovena rrikonoxxiet id-deċiżjoni tal-qorti Taljana u tat bidu għall-proċedura biex Alessandra tintbagħat lura għand missierha, iżda Irena opponiet din id-deċiżjoni.
Il-qorti Slovena tat il-kustodja proviżorja ta' Alessandra lil Irena, bl-argument li dan kien fl-aħjar interess tat-tifla għax it-teħid tagħha f'dar tat-tfal fl-Italja seta' jikkaġunalha trawma irriversibbli. Barra minn hekk, waqt il-proċeduri tal-qorti fis-Slovenja, Alessandra kienet stqarret li xtaqet tibqa' ma' ommha.
Vincenzo appella kontra d-deċiżjoni tal-qorti Slovena u rebaħ. Alessandra ntbagħtet lura l-Italja.