Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 28/07/2015

Mistoqsijiet frekwenti - Sib proġett ta' volontarjat

  • Għandi bżonn kapaċitajiet speċifiċi biex inkun voluntier mas-Servizz Volontarju Ewropew?

    LE - Il-programm hu miftuħ għal kulħadd. Se tingħata wkoll taħriġ speċifiku qabel ma tmur.

  • Nixtieq nagħmel xogħol ta' volontarjat barra. Fejn nista' nsib tagħrif u appoġġ?

    Ikkuntattja l- aġenzija nazzjonali Englishjew iċ- ċentru ta' riżorsi SALTO English reġjonali tiegħek, għall-Ewropa tal-Lvant u l-Kawkasu, ix-Xlokk tal-Ewropa u r-reġjun Ewro-Mediterran.

    Tista' tagħti ħarsa wkoll lejn il- websajt tas-Servizz Volontarju Ewropew English u l- gwida għas-Servizz Volontarju Ewropew.

  • Nixtieq nagħmel xogħol ta' volontarjat fi Spanja permezz tas-Servizz Volontarju Ewropew. Għandi bżonn inkun naf nitkellem l-Ispanjol?

    LE - sakemm għarfien bażiku tal-lingwa mhux meħtieġ speċifikament għax-xogħol li se tkun qed tagħmel. L-appoġġ fil-lingwa jkun disponibbli waqt il-proġett, allura żgur li se titgħallem xi ftit Spanjol waqt li tkun hemm.

  • Għandi bżonn assigurazzjoni?

    IVA - iżda l-volontarjat mas-Servizz Volontarju Ewropew jintitolak għal assigurazzjoni speċjali bla ħlas. Staqsi lill-organizzazzjoni li qed tibagħtek għad-dettalji.

  • X'jiġri jekk ma nkunx qed nieħu gost bil-proġett permezz tas-Servizz Volontarju Ewropew - nista' nitlaq?

    Jekk issib ruħek f'sitwazzjoni diffiċli ferm u l-problemi tiegħek ma jistgħux jiġi solvuti, jeżistu modi kif tittermina l-ftehim tal-volontarjat tiegħek - bħala l-aħħar soluzzjoni.

  • Ikolli nħallas xi ħaġa biex nipparteċipa fi proġett tas-Servizz Volontarju Ewropew?

    LE – ma trid tħallas xejn biex tipparteċipa fis-Servizz Volontarju Ewropew.

  • Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jirrestrinġu l-aċċess tagħhom għall-iskema ta' volontarjat għaċ-ċittadini?

    IVA – skemi nazzjonali tal-volontarjat ma jkunux dejjem miftuħa għal min mhux ċittadin. Ikkuntattja l-awtorità inkarigata biex issir taf.

  • Jien irrid immur xi mkien fl-Ażja. Għandi bżonn viża?

    POSSIBBILMENT - is-sehem tiegħek fi proġett ta' volontarjat ma jeżentakx milli tosserva r-regolamenti dwar il-viża nazzjonali. Kun ċert li titkixxef sew!

  • Dan l-aħħar erġajt bdejt volontarjat f’pajjiż ieħor tal-UE. Liema awtoritajiet se jkunu responsabbli mid-drittijiet tas-sigurtà soċjali tiegħi, u xi status legali għandi f’pajjiż ieħor?

    L-istatus tal-voluntieri mhux regolat bil-liġi tal-UE.  Dawk li jaħdmu barra l-pajjiż qed jieħdu ħsiebhom kemm l-organizzazzjoni li tibgħathom u l-organizzazzjoni ospitanti tagħhom.  Bħala voluntier, għandek id-dritt li tgħix fi kwalunkwe pajjiż tal-UE, bil-kundizzjoni li għandek mezzi suffiċjenti biex tfendi għal rasek u assigurazzjoni fuq is-saħħa komprensiva. Dment li jiġu sodisfatti dawk il-kundizzjonijiet tkun kopert mis-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ dak il-pajjiż.  Jekk iż-żjara tiegħek f’pajjiż ieħor tal-UE hi temporanja, tkun tista’ tibbaża ruħek fuq il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tiegħek minn pajjiżek biex tiżgura li tikseb il-kura tas-saħħa li jkollok bżonn kemm iddum toqgħod hemm. 
  • Se nirċievi ċertifikat rikonoxxut fl-UE kollha wara volontarjat f’pajjiż ieħor tal-UE?

    Jekk tieħu sehem fi proġett Żgħażagħ fl-Azzjoni ta' Erasmus+, tirċievi ċ- Ċertifikat Youthpass Deutsch English français.
  • X'inhu iċ-Ċertifikat "Youthpass", u fejn nista' napplika għalih?

    Biċ- Ċertifikat Youthpass Deutsch English français, tiżgura ruħek li l-esperjenza akkwistata permezz tal-Programm Żgħażagħ fl-Azzjoni tiġi rikonoxxuta bħala esperjenza edukattiva u bħala perjodu ta' tagħlim informali . Jekk tieħu sehem fi proġett Żgħażagħ fl-Azzjoni ta' Erasmus+, l-organizzazzjoni tiegħek għandha tirreġistrak fil-websajt tal-Youthpass u ddaħħal id-dettalji tiegħek. Iċ-ċertifikat tiegħek jista' mbagħad jiġi vvalidat u ġġenerat.

 

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE / Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika