Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Università

Aġġornat : 24/04/2014

education-youth

Studju f'pajjiż ieħor u opportunitajiet ta' boroż ta' studju

Studja f'pajjiż barrani permezz ta' Erasmus+

Jekk int student, jista’ jkollok iċ-ċans li tagħmel parti mill-istudji tiegħek f'pajjiż barrani jew tkompli apprendistat f'kumpanija permezz ta' Erasmus+ english .

Jekk inti interessat tagħmel parti mill-istudji tiegħek barra minn pajjiżek, għandek l-ewwel nett tikkuntattja lill-università tiegħek.

Meta tmur tistudja barra permezz ta' Erasmus+:

  • ma jkollokx tħallas il-miżati għar-reġistrazzjoni jew għat-tagħlim lill-università li tospitak
  • l-istudji tiegħek f'pajjiż barrani jgħoddu bħala parti integrali tal-grad tiegħek
  • tingħata għotja mill-UE għall-ispejjeż ta' kuljum u tal-ivvjaġġar.

L-għarfien tal-perjodu ta' studju tiegħek barra pajjiżek

L-università f'pajjiżek għandha tagħti għarfien lill-perjodu tiegħek ta' studju f'pajjiż barrani bħala parti mill-grad tiegħek, bil-kundizzjoni li int tispiċċa l-programm ta' studju miftiehem minn qabel tal-iskambju tiegħek.

Programmi bi grad konġunt

B'Erasmus Mundus, tista' tirregistra għal programm ta' grad postuniversitarju offrut b'mod kongunt minn universitajiet ibbazati f'diversi pajjizi tal-UE - f'ċerti każijiet, anki f'pajjiżi barra l-Ewropa. Tista' tistudja jew twettaq riċerka f'tal-anqas żewġ pajjiżi - u tingħata grad konġunt, doppju jew multipli bħala riżultat. Il-boroż ta' studju għal Erasmus Mundus huma disponibbli għall-istudenti mill-Ewropa u madwar id-dinja kollha.

Interessat? Iċċekkja onlajn il-programmi tal-Master's u tal-PhD li jipparteċipaw f'Erasmus Mundus. Żur il-websajt tal-master's jew tad-dottorat konġunt tal-għażla tiegħek għal informazzjoni dwar ir-rekwiżiti għad-dħul u l-kalendarju għall-applikazzjonijiet.

Sħubijiet lil hinn mill-fruntieri tal-UE

Il-boroż ta' studju Erasmus Mundus jistgħu jappoġġaw ukoll sħubijiet ma' universitajiet minn firxa ta' pajjiżi u ta' reġjuni mad-dinja kollha.

Dawn is-sħubijiet jipprovdu boroż ta' studji lill-istudenti Ewropej biex jistudjaw f'pajjiżi li mhumiex fl-UE, u lil dawk li mhumiex Ewropej biex jiġu f'universitajiet tal-UE. Sib aktar tagħrif dwar is-sħubijiet li joffru boroż ta' studju liċ-ċittadini ta' pajjiżek. Żur il-websajt ta’ sħubija għal aktar informazzjoni dwar il-korsijiet li toffri, ir-rekwiżiti tad-dħul u l-kalendarju għall-applikazzjonijiet.

Interessat fil-kooperazzjoni akkademika tal-UE mal-Awstralja, il-Ġappun, in-New Zealand u r-Repubblika tal-Korea? Iċċekkja l-Programm ta' Kooperazzjoni.

Żur l-uffiċċju tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-università tiegħek

Forsi l-università li tattendi fiha tipparteċipa fi programmi ta' skambju internazzjonali oħrajn. Tista' ssib aktar informazzjoni dwar Erasmus+ u opportunitajiet ta' skambju oħrajn mill-uffiċċju tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-università tiegħek.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?