Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 3/2013
Jekk inti ċittadin tal-UE li sejjer tistudja f'pajjiż ieħor tal-UE, iċċekkja mal-assigurazzjoni tas-saħħa ta' pajjiżek jekk l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tiegħek barra minn pajjiżek humiex se jkunu koperti għat-tul ta' żmien tal-istudji tiegħek.
Ċerti assigurazzjonijiet tas-saħħa nazzjonali se jkopru l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tiegħek f'pajjiż ieħor għal żmien qasir biss. Jekk inhu hekk, ikollok bżonn tirreġistra għall-kura tas-saħħa tal-gvern fil-pajjiż fejn qed tistudja jew tħallas assigurazzjoni tas-saħħa privata.
Sakemm l-assigurazzjoni tas-saħħa ta' pajjiżek tkoprik waqt l-istudji tiegħek barra minn pajjiżek, ikollok bżonn Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea
valida biex tirċievi għajnuna medika mit-tobba tal-post u titlob rimborż tal-ispejjeż.
Il-formoli E111 u E128 m'għadhomx validi. Issa trid tapplika għall-Karta tal-Assigurazjzoni tas-Saħħa Ewropea.
Lesti ruħek għal differenzi meta mqabbla mas-sistema nazzjonali ta' pajjiżek: pereżempju, f'ċertu pajjiżi, ikun hemm bżonn tħallas lit-tabib dak il-ħin, waqt li forsi inti mdorri f'sistema fejn ma jsir ebda ħlas.
Tista' ġġib Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea mill-entità tal-assigurazzjoni tas-saħħa li tassigurak, jew li tassigura lill-ġenituri jew ir-raġel jew il-mara tiegħek jekk int dipendenti fuqhom.
Għandek titlob il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea qabel titlaq biex tistudja barra.
L-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tiegħek xi kultant ma jkunux koperti mill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa f'pajjiżek meta tkun qed tistudja barra:
F'dawn il-każi, ikollok bżonn tħallas assigurazzjoni tas-saħħa privata jew tirreġistra mas-servizzi tas-saħħa nazzjonali fil-pajjiż fejn qed tgħix.
Wim huwa ċittadin Belġjan li mar jagħmel kors universitarju fl-Olanda. Ħa miegħu Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea valida. Wim kien qed jaħseb biex jaħdem part-time waqt l-istudji tiegħu. Madanakollu, fl-Olanda, huwa obbligatorju tħallas l-assigurazzjoni tas-saħħa bażika nazzjonali, li tiswa madwar € 1,100 fis-sena, jekk wieħed jaħdem hemm - ukoll jekk diġà jkollu Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropa valida. L-ispiża tal-assigurazzjoni tas-saħħa bażika ġabet l-ispiża biex hu jaħdem hemm ogħla milli Wim kien ippjana.
Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?
F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja