Miżati tal-università u għajnuna finanzjarja

Miżati u għotjiet ta' flus għall-korsijiet

Il-miżati tal-universitajiet fl-Ewropa en jvarjaw konsiderevolment - filwaqt li f'xi wħud mill-pajjiżi tal-UE l-ammissjoni għall-edukazzjoni terzjarja hi bla ħlas, f'universitajiet oħrajn din tista' tkun tassew għalja. L-appoġġ finanzjarju f'forma ta' boroż ta' studju, għotjiet u self jiddependu wkoll minn kriterji differenti.

Madankollu, bħala ċittadin tal-UE li jkun qed jistudja f'università f'pajjiż ieħor tal-UE:

  • int ma tistax tkun imġiegħel tħallas miżati ogħla għall-kors.
  • int għandek id-dritt għall-istess għotjiet ta' flus biex tagħmel tajjeb għall-miżati bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Twissija

Dan it-trattament ma jappilkax neċessarjament għall- appoġġ jew l-għotjiet jew self ta' manteniment. Madankollu wħud mill-pajjiż jistgħu jagħżlu li jipprovdu għotjiet ta' manteniment lil studenti barranin, fuq inizjattiva tagħhom.

Studenti residenti li diġà huma residenti

Anki jekk m'intix ċittadin tal-pajjiż fejn tixtieq tistudja, jekk ilek tgħix hemm għal ħames snin jew aktar, int għandek id-dritt għall-għotja ta' manteniment bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Għajnuna finanzjarja skont il-pajjiż

Sib u qabbel l- għotjiet u l-boroż ta' studju ewlenin fil-pajjiżi tal-UE en (u lil hinn minnha).

Għal informazzjoni dwar l-għotjiet ta' flus għal studju f'pajjiż barrani, tista' wkoll tikkuntattja l-ministeru tal-edukazzjoni nazzjonali ta' pajjiżek.

Jekk tagħżel li tistudja f'pajjiż barrani, xorta waħda tista' takkwista għotja ta' flus għall-manteniment minn pajjiżek. Dan jiddependi mill-awtoritajiet nazzjonali ta' pajjiżek. Madankollu, għotjiet ta' flus ta' din ix-xorta jistgħu jkunu disponibbli għal perjodu limitat ta' żmien.

Storja bħala eżempju

Iċċekkja l-kundizzjonijiet marbutin mal-għotjiet ta' flus għall-istudenti ta' pajjiżek

Johs hu Daniż li ddeċieda li jagħmel kors fi grad ta' Master's ta' sentejn fin-Netherlands wara erba' snin ta' studju fl-Istati Uniti. F'dak iż-żmien, il-gvern Daniż kien jipprovdi għotjiet ta' flus għall-manteniment ta' studenti Daniżi għal massimu ta' sitt snin. Madankollu, kien hemm limitu ta' erba' snin għall-għadd ta' snin li student Daniż seta' jirċievi din l-għotja ta' flus jekk l-istudji tiegħu ma jsirux fid-Danimarka. Johs ma kienx jaf b'din il-kundizzjoni; billi kien ilu jirċievi l-għotja ta' flus fl-Istati Uniti għal erba' snin, hu sfortunatament spiċċa mingħajr għotja matul il-kors tiegħu fin-Netherlands.

Mistoqsijiet frekwenti

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 12/01/2024
Ikkondividi din il-paġna