Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Miżati u għajnuna finanzjarja

  • Jiena Daniża u nixtieq nistudja fil-Ġermanja - imma l-università hemmhekk qaluli li se jkolli nħallas il-miżati. Mela ċ-ċittadini tal-UE li jistudjaw f'pajjiż ieħor tal-UE mhux eżentati mill-miżati?

    LE - Il-liġi tal-UE ma teżentakx mill-miżati! Dak li tgħid hu li għandek dritt titqies bħaċ-ċittadini tal-pajjiż fejn tixtieq tmur tistudja. F'dan il-każ, jekk l-istudenti Ġermanżi jħallsu l-miżati, inti trid tħallashom ukoll.

  • Jiena Franċiż u nixtieq nistudja fl-Irlanda. Peress li ċ-ċittadini Irlandiżi ma jħallsux miżati fl-universitajiet, jien intitolat għall-istess eżenzjoni?

    IVA - Skont il-liġi tal-UE, iċ-ċittadini tal-UE huma intitolati jużaw is-sistema tal-edukazzjoni tal-pajjiż li jmorru fih bl-istess kundizzjonijiet taċ-ċittadini tal-post. F'dan il-każ, dan ikun ifisser li ċittadini Franċiżi għandhom jiġu trattati l-istess bħall-istudenti Irlandiżi fejn jidħlu miżati.

  • Jien Ingliż u l-università tiegħi fl-Iskozja qed iżżommi miżati aktar għoljin milli qed iżżomm lill-Iskoċċiżi, u studenti minn pajjiżi oħra tal-UE. Dan mhux każ ta' diskriminazzjoni li tista' tgħini fih l-UE?

    LE - Peress li dan jikkonċerna r-relazzjoni bejn ir-Renju Unit u ċ-ċittadini tagħha, hija sitwazzjoni kompletament interna bla konnessjoni mal-liġi Ewropea.

  • Jiena Ċek u ilni ngħix fir-Renju Unit minn meta kelli 12-il sena. Nixtieq immur l-università hawnhekk imma ma nistax jekk ma jkollix xi għotja. Lil min għandi nitlob - lill-awtoritajiet Ċeki jew Brittanniċi?

    Primarjament l-awtoritajiet Britanniċi - Il-gvernijiet tal-UE meħtieġa jagħtu l-istess appoġġ liċ-ċittadini barranin (ċittadini tal-UE) li huma residenti permanenti bħal ma jagħtu liċ-ċittadini tagħhom. Residenza permanenti tfisser 5 snin residenza kontinwa.

    Għaldaqstant, jekk tkun ilek tgħix fir-Renju Unit għal 5 snin jew aktar meta jibda l-kors, tkun eleġibbli għall-istess għotja ta' manteniment bħall-istudenti Brittanniċi.

  • Jiena Pollakka u għadni kif lestejt l-ewwel grad universitarju fil-Polonja. Issa nixtieq nagħmel il-Master's fi Franza. Intitolata nieħu għotja mill-Polonja jew minn Franza?

    FORSI - Il-gvernijiet tal-UE mhumiex obbligati jipprovdu għotjiet jew self lill-istudenti minn pajjiżi oħra tal-UE. Lanqas huma obbligati jappoġġaw liċ-ċittadini tagħhom stess jekk dawn jagħżlu li jistudjaw barra l-pajjiż.

    Dawn id-deċiżjonijiet huma interament fid-diskrezzjoni tal-gvernijiet ikkonċernati: l-għotjiet ta' manteniment ta' ċerti pajjiżi jirristrinġu l-possibilità tal-istudju barra għaċ-ċittadini tagħhom.

    Ikkuntattja l-awtoritajiet fiż-żewġ pajjiżi biex tinforma ruħek dwar x'tip ta' għajnuna huma lesti jagħtuk.

  • Nitlef l-għotja ta' manteniment mingħand il-gvern tiegħi jekk immur nistudja barra?

    POSSIBILMENT - Il-gvern tiegħek jista' jagħżel jagħtikx għotja ta' manteniment jekk tmur tistudja barra: staqsihom x'inhuma r-regoli dwar dan.

    Madankollu, jekk il-gvern tiegħek jagħti l-appoġġ, irid jiżgura li r-regoli ta' eliġibbiltà ma joħolqux restrizzjoni mhux ġustifikata fuq il-libertà ta' moviment tiegħek.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika