Mogħdija tan-navigazzjoni
Aġġornat : 3/2013
Jekk int student, jista' jkollok l-opportunità li tmur fuq skambju f'pajjiż barrani tal-programm Erasmus
bħala parti mill-istudji tiegħek, jew li tispiċċa apprendistat f'kumpanija.
Meta tistudja permezz ta' skambju ta' Erasmus:
L-għarfien tal-perjodu ta' studju tiegħek barra pajjiżek
L-università f'pajjiżek għandha tagħti għarfien lill-perjodu tiegħek ta' studju f'pajjiż barrani bħala parti mill-grad tiegħek, bil-kundizzjoni li int tispiċċa l-programm ta' studju miftiehem minn qabel tal-iskambju tiegħek.
B'Erasmus Mundus, tista' tirreġistra għal programm ta' grad postuniversitarju offrut b'mod konġunt minn universitajiet ibbażati f'diversi pajjiżi tal-UE – f'ċerti każijiet, anki f'pajjiżi barra l-Ewropa. Tista' tistudja jew twettaq riċerka f'tal-anqas żewġ pajjiżi – u tingħata grad konġunt, doppju jew multipli bħala riżultat. Il-boroż ta' studju għal Erasmus Mundus huma disponibbli għall-istudenti mill-Ewropa u madwar id-dinja kollha.
interessat? Iċċekkja onlajn il-programmi tal-Master's
u tal-PhD
li jieħdu sehem f'Erasmus Mundus.
Il-boroż ta' studju Erasmus Mundus jistgħu jappoġġaw ukoll partenarjati ma' universitajiet minn firxa ta' pajjiżi u ta' reġjuni mad-dinja kollha.
Dawn il-boroż ta' studji jgħinu lill-istudenti Ewropej jistudjaw f'pajjiżi li mhumiex fl-UE, u lil dawk li mhumiex Ewropej biex jiġu f'universitajiet tal-UE. Sib aktar tagħrif dwar il-partenarjati
li joffru boroż ta' studju liċ-ċittadini ta' pajjiżek.
Interessat fil-kooperazzjoni akkademika tal-UE mal-Awstralja, il-Ġappun, in-New Zealand u r-Repubblika tal-Korea? Iċċekkja l-Programm ta' Kooperazzjoni
.
Forsi l-università li tattendi fiha tipparteċipa fi programmi ta' skambju internazzjonali oħrajn. Tista' ssib aktar informazzjoni dwar Erasmus u opportunitajiet ta' skambju oħrajn mill-uffiċċju tar-relazzjonijiet internazzjonali tal-università tiegħek.
Għad għandek bżonn l-għajnuna?Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?