Mogħdija tan-navigazzjoni

Appoġġ finanzjarju

  • Jiena residenta fi Franza u ninsab bla xogħol. Interessata f'taħriġ vokazzjonali fil-Belġju, iżda l-awtoritajiet Franċiżi qaluli li nitlef il-benefiċċji tal-qgħad tiegħi peress li t-taħriġ iseħħ barra Franza. Dan legali?

    JISTA' JKUN - sakemm inti residenta fi Franza u tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali tal-impjieg, inti tibqa' intitolata għall-benefiċċji tal-qgħad.

    Jekk tiddeċiedi li ssegwi taħriġ vokazzjonali f'pajjiż ieħor tal-UE, B'ĊERTI KONDIZZJONIJIET għandek mnejn tkun intitolata li tibqa' tirċievi l-benefiċċji tal-qgħad għal perjodu limitat ta’ żmien.

    L-awtoritajiet ma jistgħux jirrifjutaw li jkomplu jħallsuk il-benefiċċji tal-qgħad għall-unika raġuni li t-taħriġ iseħħ f'pajjiż ieħor tal-UE. MADANKOLLU, jistgħu jirrifjutaw jekk l-iskema ta' taħriġ ma tilħaq l-ebda kriterji speċifiċi li jeżistu fil-liġi Franċiża.

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE

Solvi l-problemi ma' awtorità pubblika