Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Skola

Aġġornat : 12/06/2014

education-youth

Kif iddaħħal lil uliedek fi skola f'pajjiż ieħor tal-UE

Bħala ċittadini tal-UE, uliedek huma intitolati li jmorru l-iskola fi kwalunkwe pajjiż tal-UE bl-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta' dak il-pajjiż.

Għandhom id-dritt li jitqiegħdu fi klassi tal-grupp ta' età tagħhom, fil-livell ekwivalenti għall-klassijiet tagħhom fil-pajjiż ta' oriġini tiegħek - irrispettivament mil-livell tal-għarfien tal-lingwa.

Jekk int ċittadin tal-UE li se temigra f'pajjiż ieħor tal-UE għax-xogħol, uliedek huma intitolati, skont il-liġi tal-UE, li jirċievu tagħlim tal-lingwa bla ħlas fil-pajjiż il-ġdid tiegħek biex jgħinhom jadattaw għas-sistema skolastika hemmhekk.

Hu importanti li tinnota li s-sistema skolastika tal-pajjiż il-ġdid tiegħek tista' tkun differenti ħafna minn dak li int imdorri bih. F'xi pajjiżi, pereżempju, it-tfal jitqiegħdu minn kmieni ħafna fi klassijiet differenti skont l-għażla akkademika jew vokazzjonali tagħhom.

Hu għalhekk li m'hemmx rikonoxximent awtomatiku taċ-ċertifikati tal-iskola fl-UE. F'xi pajjiżi, jaf ikollok titlob lill-awtoritajiet nazzjonali biex jirrikonoxxu ċ-ċertifikati tal-iskola ta' wliedek qabel ma tkun tista' ddaħalhom fi skola lokali.

Storja

Żgura bidla bla intoppi għal uliedek

Il-familja Owens kienu se jġorru minn Wales għal Franza ma' uliedhom ta' 9, 12 u 17-il sena. L-ikbar waħda kien baqgħala biss sena biex tagħmel l-A levels, fejn fl-Ingilterra l-istudenti jqattgħu sentejn jistudjaw 3 suġġetti.

Meta skoprew li s-sistema Franċiża kienet għal kollox differenti mill-A levels – fejn l-istudenti jkollhom eżamijiet fi 12-il suġġett – il-familja Owens ħasset li l-aħjar għażla kienet li t-tifla l-kbira tkompli bl-A levels (fi skola internazzjonali qrib il-belt ġdida tagħhom fi Franza) filwaqt li daħħlu liż-żewġ uliedhom l-oħra fi skola Franċiża lokali.

Sib x'għandek tkun taf dwar is-sistemi skolastiċi tal-pajjiż il-ġdid tiegħek billi tuża l-menu li jinżel hawn taħt.

Nixtieq insib dwar l-iskejjel f'dan il-pajjiż:

Agħżel:

Jekk jogħġbok innota li l-Kummissjoni Ewropea mhix responsabbli għall-kontenut tas-siti web esterni.

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.