Mogħdija tan-navigazzjoni

Riċerkaturi

Aġġornat : 12/2011

Taxxa

Eżenzjoni mit-taxxa

Normalment, jekk tmur tgħix f'pajjiż ieħor biex taħdem, ikollok tħallas it-taxxa hemmhekk.

Iżda r-riċerkaturi tal-UE kultant jistgħu sempliċiment ikomplu jħallsu t-taxxa f'pajjiżhom.

Dan ikun ġeneralment il-każ jekk tkun qed tagħmel dottorat, jew jekk id-dħul finanzjarju tiegħek ġej minn entità pubblika f'pajjiżek. F'dak il-każ, id-dħul tiegħek huwa kopert mill-ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa bejn pajjiżek u l-pajjiż fejn mort toqgħod.

Dawn għandhom l-għan li jevitaw taxxa doppja, iżda x'aktarx ikun hemm aktar dokumenti x'timla qabel ma titlaq.

Il-ħlas tat-taxxa bħala post-doc

Dawk li jkunu qed jagħmlu riċerka post-dottorali normalment ikollhom iħallsu t-taxxa fil-pajjiż fejn qed jgħixu, jew bħala impjegati ta' università/istituzzjoni ta' riċerka hemmhekk, jew daqslikieku qed jaħdmu għal rashom fuq riċerka bi sħab ma dawn l-istituzzjonijiet.

Is-sitwazzjoni tat-taxxa fil-pajjiżi speċifiċi

Fejn tidħol it-taxxa doppja l-ftehimiet jistgħu jvarjaw ħafna, jekk jogħġbok iċċekkja s-sitwazzjoni fil-pajjiż fejn qed taħseb biex tmur tgħix:

Agħżel :

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Ma sibtx dak li kont qed tfittex? Għandek problema xi ssolvi?

Footnote

F'dan il-każ, is-27 stat membru tal-UE + l-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.