Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 29/06/2017

Ir-roaming fl-UE

Ċemplu b'roaming bl-istess tariffi nazzjonali

Ir-regoli tal-UE " uża r-roaming daqslikieku f'pajjiżek" ifissru li meta tuża l-mobajl waqt li tivvjaġġa barra minn pajjiżek fi kwalunkwe pajjiż tal-UE ma għandekx għalfejn tħallas tariffi żejda tar-roaming. Tibbenefika minn dawn ir-regoli meta ċċempel (mowbajls u telefowns fissi), meta tibgħat il-messaġġi (SMS) kif ukoll meta tuża s-servizzi tad-dejta barra minn pajjiżek.

Tħallas eżattament l- istess prezz biex tuża dawn is-servizzi meta tkun qed tivvjaġġa fl-UE daqslikieku qed tużahom f'pajjiżek. Fil-prattika, l-operatur tiegħek sempliċiment jiċċarġjak jew jieħu l-konsum tar-roaming tiegħek mit-tariffi domestiċi tal-pjan jew bundle tal-mowbajl tiegħek.

Jekk għandek kuntratt ma' operatur tas-servizzi tal-mowbajl li jinkludi s-servizzi tar-roaming, jiġi kkunsidrat awtomatikament bħala kuntratt biex tuża r-roaming daqslikieku f'pajjiżek. L-għażla prestabbilita għal kuntratti kollha ġodda tal-mowbajl għas-servizzi tar-roaming se jkun uża r-roaming daqslikieku f'pajjiżek.

Kundizzjonijiet

Uża r-roaming daqslikieku f'pajjiżek hu maħsub għal dawk in-nies li xi kultant jivvjaġġawbarra mill-pajjiż fejn jgħixu jew fejn għandhom rabtiet stabbli, i.e. fejn jaħdmu jew jistudjaw. Mhux maħsub biex jintuża bħala roaming permanenti. Sakemm int tgħaddi iktar ħin f''pajjiżek milli barra minnu jew tuża l-mowbajl tiegħek iktar f'pajjiżek milli barra minnu, int tista' tuża r-roaming liberament bil-prezzijiet domestiċi meta tivvjaġġa fi kwalunkwe post fl-UE. Dan huwa kkunsidrat bħala "użu ġust tas-servizzi tar-roaming".

Jekk inti tuża l-mowbajl f'pajjiż barrani b'mod permanenti, l-operatur tal-mowbajl tiegħek jista' jitolbok ħlas għal użu tar-roaming. Dawn it-tariffi huma limitati, madankollu (ara l-politika ta' użu ġust hawn taħt).

Meta taqsam fruntiera fl-UE, xorta tirċievi messaġġ mill-operatur tal-mobile li jinfurmak li inti qed tuża r-roaming u li jfakkrek dwar il-politika ta' użu ġust.

Il-politika tal-użu ġust

L-operaturi tal-mowbajl jistgħu japplikaw dik li hi magħrufa bħala l- "politika tal-użu ġust" biex jiżguraw li l-klijenti kollha tar-roaming ikollhom l-aċċess u l-benefiċċju tar-regoli li"tuża r-roaming daqslikieku f'pajjiżek (i.e. servizzi tar-roaming regolati bi prezz domestiku) meta jivvjaġġa fl-UE. L-operaturi tal-mowbajl jistgħu japplikaw mekkaniżmi ta' kontroll ġusti, raġonevoli u proporzjonati, biex jiġi evitat użu abbużiv ta' dawn ir-regoli.

Il-politika ta' użu ġust u l-limiti tad-dejta

Bl-użu tar-roaming daqslikieku f'pajjiżek ma għandek ebda restrizzjonijiet fuq il-volum ta' sejħiet jew messaġġi SMS, iżda hemm regoli u limiti fuq l-użu tad-dejta bil-prezz domestiku li jiġu ddeterminati mit- tip ta' kuntratt li jkollok.

F'xi każi speċifiċi (ara hawn taħt), jekk taqbeż volum raġonevolment għoli ta' roaming tad-dejta bi prezzijiet domestiċi, jista' jagħti l-każ li jkollok tħallas tar-roaming tad-dejta addizzjonali li se jkun daqs il-limitu massimu tad-dejta bl-ingrossa (madwar l-UE) (€7.70/GB ta' dejta fl-2017 u l-VAT). Dan il-prezz tar-roaming bl-ingrossa huwa l-massimu li l-operatur domestiku tiegħek ikollu jħallas lil operatur barrani meta inti tuża servizzi ta' roaming ta' dejta.

Limiti tad-dejta - kards imħallsa minn qabel

Jekk għandek kard imħallsa minn qabel (jiġifieri tħallas bil-quddiem biex tuża l-mowbajl) tista' tuża r-roaming daqslikieku f'pajjiżek. Madankollu, l-operatur tal-mowbajl tiegħek jista' japplika limitu fuq il-volum tad-dejta għar-roaming daqslikieku f'pajjiżek stess jekk tħallas għal kull unità u l-prezz domestiku għal kull unità ta' dejta ikun inqas minn €7.70 għal kull GB.

Jekk l-operatur tal-mowbajl tiegħek japplika limitu fuq il-volum tad-dejta għar-roaming daqslikieku f'pajjiżek, iżda dak il-limitu jrid ikun tal-inqas il-volum miksub meta tiddividi l-kreditu li jifdal fuq il-pre-paid card tiegħek b'€7.70 malli taqbad tuża s-servizzi tar-roaming tad-dejta. Għandek tirċievi l-istess volum ta' dejta roaming li ħallast għalih minn qabel. Tista' naturalment tagħmel top-up fuq il-kreditu tiegħek waqt li tkun qed tuża r-roaming.

Storja bħala eżempju

Jana tgħix is-Slovakkja u għandha kard "pre-paid" bi kreditu ta' €20 (VAT inkluża) għall-mowbajl tagħha, li jkopri telefonati, SMS u s-servizzi tad-dejta. Hija sejra fuq btala fi Spanja, u fadlilha €12 (minbarra l-VAT) fuq il-kard. Dan ifisser li waqt il-btala tagħha fi Spanja Jana jista' jkollha volum ta' dejta ugwali għall-valur ta' kreditu li fadal fuq kard. Għandha mill-inqas 1.5 GB ta' roaming ta' dejta (€12/€7.70 = 1.5).

Limiti tad-dejta - bundles nazzjonali b'dejta illimitata

jekk għandek kuntrattfejn tħallas tariffa fissa fix-xahar u jinkludi bundleta' servizzi b'dejta illimitata, l-operatur tiegħek irid jipprovdik b' volum kbir ta' dejta bħar-roaming daqslikieku f'pajjiżek. L-ammont preċiż ikun jiddependi fuq il-prezz li trid tħallas għall-bundle tal-mowbajl tiegħek. Il-volum tad-dejta tar-roaming irid ikun mill-inqas darbtejn daqs il-volum miksub billi tagħmel diviżjoni tal-prezz tal-bundle tal-mowbajl tiegħek (eskluż il-VAT) (€7.70 fl-2017).

Pereżempju: tħallas €40 (eskluż il-VAT) għall-bundle tal-mowbajl bla limitu fuq telefonati, SMS u dejta. Meta tivvjaġġa fl-UE, ikollok użu tar-roaming daqslikieku f'pajjiżek b'telefonati u SMS mingħajr limitu, u mill-inqas 10.3 GB ta' dejta (2x(25/7.7)=10.3).

L- operatur tiegħek għandu jinformak dwar il-kwota tad-dejta tal-użu tiegħek -tar-roaming daqslikieku f'pajjiżek. Jekk taqbeż din il-kwota meta tkun qed tuża r-roaming il- ħlas addizzjonali ikun il-limitu tad-dejta bl-ingrossa = €7.70 / GB tad-dejta fl-2017 + VAT, €6 / GB + VAT fl-2018. Il-limitu massimu tad-dejta se jkompli jonqos wara l-2018.

Il-limiti tad-dejta - bundles nazzjonali b'dejta limitata

Jekk għandek dejta tal-mowbajl limitata jew irħisa ħafna (inqas minn €3.85/GB fl-2017), l-operatur tiegħek jista' japplika limitu ta' "użu ġust" għad-dejta meta tkun qiegħed tuża r-roaming. Il- limitujiġi kkalkolat fuq il-bażi tal- prezz għall-konsumatur tal-bundle domestiku tal-mowbajl tiegħekbħal fil-kas ta' dejta illimitata (hawn fuq). L-operatur tiegħek irid jinformak minn qabel dwar dan il-limitu u jkollu javżakmeta tilħqu. Kun af li tista' tkompli tuża r-roaming tad-dejta iżda l-operatur tiegħek japplika ħlas addizzjonali. Dan il-ħlas addizzjonali ikun il-limitu massimu tad-dejta bl-ingrossa = €7.70/GB ta' dejta fl-2017 + il-VAT, €6/GB + i-VAT fl-2018. Il-limitu tad-dejta se jkompli jonqos wara l-2018.

Kuntratti oħra

L-operaturi jistgħu wkoll joffru kuntratti mingħajr servizzi tar-roaming jew kuntratti tar-roaming alternattivi mfassla b'mod speċifiku b'tariffi li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli tar-roaming daqslikieku f'pajjiżek (pereżempju jekk tuża r-roaming barra mill-UE) iżda dawn it-tipi ta' għażliet għandhom jiġu speċifikament magħżula mill-klijent. Minħabba li l-operaturi huma liberi li joffru rati orħos, għandek iddur ftit biex issib l-aħjar valur u offerti għall-ħtiġijiet speċifiċi tiegħek.

Il-politika tal-użu ġust - sorveljanza

Bħala parti mill-politika ta' użu ġust, l-operatur għandu jissorvelja u jiċċekkja l-użu tar-roaming tiegħek fuq medda ta' 4 xhur. Jekk f'dan il-perjodu, tkun qattajt aktar żmien barra milli f'pajjiżek u r-roaming tiegħek jaqbeż l-użu domestiku , l-operatur jista' jikkuntattjak u jistaqsik tispjega s-sitwazzjoni tiegħek. Ikollok 14-il jumbiex tagħmel dan. Jekk tkompli tqatta' aktar żmien barra milli f'pajjiżek u l-konsum tar-roaming tiegħek ikompli jaqbeż l-użu domestiku, l-operatur jista' jibda jżid ħlas addizzjonali mal-konsum tar-roaming tiegħek. Il-ħlasijiet addizzjonali (eskluż il-VAT) huma limitati kif ġej:

  • 3.2 ċenteżmi għal kull minuta ta' telefonata li ssir
  • 1 ċenteżmu għal kull SMS
  • €7.70 għal kull GB tad-dejta (limitu massimu fl-2017)

Il-limitu għad-dejta se jonqos progressivament fl-1 ta' Jannar ta' kull sena mill-2018 ‘l quddiem kif ġej: €6, €4.50, €3.50, €3 għal €2.50 fl-2022. Il-limitu wara l-2019 jista' jiġi rivedut wara rieżami tas-swieq tar-roaming bl-ingrossa fl-2019.

Politika ta' użu ġust - ħaddiema transkonfinali

Jekk taħdem f'pajjiż tal-UE u tgħix f'ieħor, tista' tagħżel operatur tal-mowbajl f'wieħed minn dawn iż-żewġ pajjiż u tuża r-roaming daqslikieku f'pajjiżek b'SIM mill-pajjiż fejn tgħix jew il-pajjiż fejn taħdem. Tapplika l-politika ta' użu ġust tar-roaming daqslikieku f'pajjiżek: Dment li tagħmel you log on għall-inqas darba kuljum fin- netwerk tal-operatur domestiku tiegħek, dan jgħodd bħala jum ta' preżenza (anke jekk f'dak il-jum stess issiefer).

Telefonati minn pajjiżek / roaming barra l-UE

It-telefonati lejn pajjiż ieħor tal-UE jew mhux tal-UE minn pajjiżek mhuwiex ikkunsidrat bħala roaming għalhekk ir-r-regoli tar-roaming daqslikieku f'pajjiżek ma japplikawx. Għandek tkun taf li l-prezzijiet għal dawn is-sejħiet mhumiex regolati u jistgħu jkunu għaljin.

L-ispiża tar- roaming (partikolarment ir-roaming tad-dejta) barra l-UE wkoll tista' tkun għalja, għaldaqstant, biex tevita kontijiet tar-roaming għaljin għar-roaming barra l-UE, iċċekkja mal-operatur tiegħek qabel tivvjaġġa .

Ir-roaming filwaqt li tivvjaġġa bil-vapur jew bl-ajruplan

Meta tivvjaġġa bil-vapur jew bl-ajruplan fl-UE tista' tuża r-r-roaming daqslikieku f'pajjiżek sakemm inti konness ma' mezz għat-trażmissjoni terrestri (land-based) tan-netwerk mobbli. Jekk jiġu pprovduti s-servizzi mobbli permezz ta' sistemi satellitari, l-użu tar-roaming daqslikieku f'pajjiżek ma jibqax tapplika u tiġi ċċarġjat għal servizzi tar-roaming mhux irregolati (bla limiti fuq il-prezzijiet).

Protezzjoni ta' dejta personali

L- operatur tiegħek hu obbligat jirrispetta r- regoli tal-protezzjoni tad-dejta personali rilevanti u jista' juża d-dejta tiegħek (li diġà jkollu għal finijiet ta' kontijiet) biss biex jiċċekkja u jqabbel l-użu tiegħek tar-roaming mal-konsum domestiku.

Jekk xi ħaġa tmur ħażin - id-drittijiet tiegħek bħala konsumatur

Jekk taħseb li l-fornitur tas-servizz tiegħek ma jkunx irrispetta d-drittijiet tiegħek tar-roaming daqslikieku f'pajjiżek u inti ġejt iċċarġjat il-flus għal servizzi tar-roaming meta kont qed tivvjaġġa fl-UE, ikkuntattja l-operatur tiegħek u agħmel użu mill-proċedura ta' lment biex tikkontesta dan il-ħlas żejjed.

Jekk ma tkunx sodisfat bir-risposta tista' tikkuntattja l- awtoritajiet regolatorji nazzjonaliEnglish rilevanti f'pajjiżek, normalment ir-regolatur nazzjonali tat-telekomunikazzjoni li għandhom jgħinuk issolvi l-każ.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri