Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 28/02/2017

VAT - Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Ħallas il-VAT fil-pajjiż minn fejn tixtri

Bħala individwu privat li qed tixtri fl-UE, għandek tħallas il-VAT darba biss, fil-pajjiż minn fejn tixtri.

Tista' ġġib lura f'pajjiżek kull ma tixtri f'pajjiżi oħra tal-UE, mingħajr ma toqgħod tieqaf fil-fruntiera jew timla dikjarazzjoni għad-dwana. L-unika kondizzjoni hi li x-xiri jrid ikun għall-użu personali tiegħek jew tal-familja tiegħek, u mhux biex jerġa' jinbigħ.

Eċċezzjoni għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u elettroniċi

Il-VAT fuq is-servizzi tat-telekomunikazzjoni, tax-xandir u elettroniċi tiġi ċċarġjata fil-pajjiż ta' residenza tiegħek (il-pajjiż fejn int stabbilit, fejn għandek l-indirizz permanenti jew fejn tgħix normalment), u mhux fil-pajjiż minn fejn tixtri s-servizz. Dawn ir-regoli japplikaw għal servizzi pprovduti kemm minn ġewwa kif ukoll minn barra l-UE.

Storja bħala eżempju

Il-VAT fuq il-kontenut diġitali jiġi mill-pajjiż ta' residenza

Senta, tgħix l-Iżvezja u tixtri l-kotba elettroniċi minn bejjiegħ tal-kotba onlajn Finlandiż. Il-fornitur Finlandiż għandu jiċċarġjaha l-VAT Żvediża mhux dik Finlandiża.

Ix-xiri onlajn minn pajjiż ieħor tal-UE

Jistgħu japplikaw regoli speċjali meta tixtri prodotti minn pajjiż ieħor tal-UE għal konsenja fil-pajjiż fejn tgħix. Jekk il-kumpanija li tixtri mingħandha tbigħ prodotti li jaqbżu ċertu valur f'pajjiżek, fejn jiġu mwassla l-prodotti, din ma tistax tiċċarġja l-VAT fil-pajjiż minn fejn tixtri.

Minflok, iridu japplikaw il- VAT fil-pajjiż fejn titwettaq il-konsenja tal-prodotti – VAT ta' destinazzjoni. Il- limitu totali għal bejgħ transkonfinali jiġi stabbilit minn kull pajjiż tal-UEpdfEnglish għal EUR 35,000 jew EUR 100,000. Dan ifisser li ħafna bejjiegħa bl-imnut onlajn li jwettqu konsenji fl-UE ikollhom japplikaw ir-regola tal-VAT tad-destinazzjoni.

Storja bħala eżempju

Xi kultant jista' jkollok tħallas rata ogħla ta' VAT

Lucie, mill-Belġju, ordnat ktieb minn bejjiegħ kbir onlajn fir-Renju Unit. Meta ħallset għall-ordni u ttajpjat l-indirizz tagħha, innotat li l-prezz għola f'daqqa. Iċċekkjat għala ġara dan u skopriet li l-kumpanija ġegħlitha tħallas il-VAT Belġjana ta' 6% minflok il-VAT ta' 0% tar-Renju Unit.

Fil-Belġju, il-limitu għall-pajjiż destinatarju li japplika huwa ta' EUR 35,000. Dan ifisser li kumpanija li tbiegħ aktar minn EUR 35,000 fi prodotti lejn il-Belġju matul is-sena finanzjarja preċedenti għandha tapplika r-rata tal-VAT tal-pajjiż ta' destinazzjoni. Il-kumpanija li ordnat mingħandha Lucie spiss tibgħat prodotti lejn il-Belġju u għalhekk għandha tiċċarġja l-VAT Belġjana, minkejja li l-ktieb tagħha qed jintbagħat mir-Renju Unit.

Eċċezzjoni għall-karozzi

Għall-karozzi ġodda mixtrija f'pajjiż ieħor tal-UE, il-VAT titħallas fil-pajjiż fejn tirreġistra l-karozza tiegħek, (il-pajjiż ta' residenza tiegħek). Din l-iskema tal-VAT tapplika wkoll għal modi oħra ta' trasport, bħal muturi kbar, dgħajjes u ajruplani.

Għall-iskopijiet tal-VAT, karozza ġdida tfisser karozza li għamlet inqas minn 6,000 km, jew li għandha inqas minn sitt xhur. Karozza użata' jiġifieri waħda li jkollha aktar minn 6 xhur u li għamlet aktar minn 6,000 km.

Skopri aktar dwar il-ħlas tal-VAT meta tixtri karozza f'pajjiż ieħor tal-UE.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri