Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 24/05/2017

Mistoqsijiet frekwenti - VAT

  • Ikolli nħallas il-VAT fuq prodotti li nixtri f'pajjiżi oħra tal-UE?

    IVA. Ix-xiri bla dazju, pereżempju fl-ajruporti, huwa biss għal dawk li mhumiex residenti tal-UE u li jkunu qed jivvjaġġaw lejn destinazzjoni li tkun barra l-UE. Ir-residenti tal-UE jridu jħallsu l-VAT, anki meta jixtru f'pajjiż ieħor tal-UE.

    Jista' jagħti l-każ li tkun eżentat milli tħallas il-VAT meta tixtri karozza f'pajjiż ieħor tal-UE.

  • Jien ċittadin Amerikan u qed nippjana li nivvjaġġa lejn l-UE aktar tard din is-sena. Jekk nixtri xi affarijiet waqt li nkun fl-UE, inkun nista' nitlob lura l-VAT fuq dawn il-prodotti qabel ma ntir lura lejn l-Istati Uniti?

    IVA. Dment li turi l-oġġeti lid-dwana meta tkun tielaq mill-UE, flimkien ma' dokumenti ta' rifużjoni tal-VAT, fi żmien 3 xhur minn meta tkun xtrajthom.

  • Hemm kundizzjonijiet speċifiċi biex nitlob rifużjoni tal-VAT fl-Irlanda qabel ma nitlaq mill-UE?

    IVA. Ikollok turi li inti resident barra l-UE, u trid tesporta l-oġġetti mill-UE fi żmien 3 xhur li tixtrihom. F'ċertu pajjiżi hemm ukoll valur minimu ta' xiri biex tikkwalifika għal rifużjonijiet tal-VAT, imma dan mhux il-każ fl-Irlanda.

  • Qed nippjana li nivvjaġġa minn Londra lejn New York din is-sena. Naf li nista' nixtri oġġetti mingħajr dazju mill-ħanut ħieles mit-taxxa fl-ajruport, iżda hemm xi limitu fuq dak li nista' nixtri?

    LE. Meta tkun tielaq mill-UE, ma hemmx limitu fuq il-kwantità jew il-valur tal-oġġetti bla dazju/taxxi li tista' tixtri.

    Madankollu, jista' jkun hemm limitu fuq dak li tista' ddaħħal fil-pajjiż tad-destinazzjoni (f'dan il-każ l-Istati Uniti tal-Amerika). Jeħtieġlek tivverifika dan mal-awtoritajiet (tal-Istati Uniti).

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett
VAT - Taxxa fuq il-Valur Miżjud
Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri