Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 02/09/2016

shopping

Prezzijiet u pagamenti

Meta tixtri xi ħaġa, trid tkun informat b'mod ċar dwar il-prezz totali tal-oġġetti jew tas-servizzi inklużi t-taxxi kollha u l-miżati addizzjonali.

F'każ ta' xiri onlajn, trid tirrikonoxxi espliċitament, pereżempju billi tagħfas buttuna jew xi ħaġa simili, li inti konxju li meta tagħmel ordni għandek l-obbligu li tħallas.

Soprataxxi: tariffi għall-użu tal-karti tal-kreditu u mezzi oħra ta' pagament

Jekk negozjant jixtieq jimponi soprataxxa talli tuża mezzi speċifiċi ta' pagament - pereżempju karta tal-kreditu - it-tariffa ma tistax tkun ogħla milli fil-fatt tiġi tiswih biex jipproċessa l-pagament tiegħek.

F'xi pajjiżi dawn it-tariffi jistgħu fil-fatt ikunu pprojbiti għalkollox.

Miżati għal servizzi addizzjonali

Trid tagħti l-kunsens tiegħek għal kwalunkwe pagament addizzjonali mitlub min-negozjant, pereżempju kunsinna express, tgeżwir f'karta tar-rigali jew assigurazzjoni tal-ivvjaġġar.

Negozjant mhux permess li jitolbok ħlas għal dawn is-servizzi sakemm inti ma tagħażilhomx espliċitament. L-użu ta' kaxxi mmarkati minn qabel fis-sit web tan-negozjant ma jikkostitwixxix kunsens bħal dan u int tkun intitolat għal rimborż ta' kwalunkwe pagament li jkun ġie miġbur b'dan il-mod.

Storja bħala eżempju

Ewa mill-Polonja xtrat xi kotba minn bejjiegħ onlajn - iżda l-karta tal-kreditu tagħha ġiet iċċarġjata iktar mill-ammont totali muri fil-punt tal-bejgħ tas-sit web tan-negozjant.

Minħabba li r-regoli tal-UE jobbligaw lin-negozjanti juru l-informazzjoni dwar il-prezz korrett u totali qabel ma konsumatur jagħmel akkwist onlajn, Ewa rrapportat il-kwistjoni kemm lill-kumpanija kif ukoll lill-awtoritajiet Pollakki. Wara intervent mill-awtoritajiet, ingħatat lura d-differenza.

Diskriminazzjoni fil-prezz

Bħala ċittadin tal-UE ma tistax tiġi ċċarġjat prezz ogħla meta tixtri prodotti jew servizzi minħabba n-nazzjonalità jew il-pajjiż ta' residenza tiegħek.

Xi differenzi fil-prezzijiet jistgħu madankollu jkunu ġustifikati, sakemm dawn ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi minbarra n-nazzjonalità.

Storja bħala eżempju: kultant xi differenzi fil-prezzijiet jistgħu jkunu ġustifikati

Bart, min-Netherlands, żar lil sieħbu l-Ġermanja u mar il-pixxina. Hu kellu jħallas prezz ogħla mir-residenti ta' hemm u jaħseb li din hija diskriminazzjoni illegali tal-prezz.

F'dan il-każ, id-differenza fil-prezz hija ġustifikata. Minħabba li l-pixxina hija mmexxija minn awtorità u ffinanzjata mit-taxxi lokali, ir-residenti lokali diġà taw il-kontribut tagħhom għat-tmexxija tal-pixxina u għalhekk igawdu minn prezz irħas tad-dħul.

Leġiżlazzjoni tal-UE
Konsultazzjonijiet pubbliċi
Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri

Sib għajnuna u pariri

Sib għajnuna u pariri miċ-ċentru Ewropew tal-konsumatur f'pajjiżek English

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.