Għodod tas-servizz

Selettur tal-lingwa

Il-bandiera tal-UE

Mogħdija tan-navigazzjoni

Menu

Aġġornat : 02/03/2017

Garanziji u ritorni – Malta

Agħżel il-pajjiż

Drittijiet komuni fil-pajjiżi tal-UE


* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Garanziji legali

Kemm iddum il-garanzija legali għal prodotti ġodda u dawk użati?

It-tul ta' żmien hu ta' sentejn.

Jekk il-prodott ikun difettuż, min huwa responsabbli biex jirranġa s-sitwazzjoni?

Il-bejjiegħ, anki għal xiri li jsir fuq pjattaforma tal-internet. Madankollu, jista' jagħti l-każ li l-pjattaforma tkun qablet li taġixxi bħala intermedjarju. Għalhekk aqra t-termini u l-kundizzjonijiet.

Sa meta l-konsumatur għandu jinforma lill-bejjiegħ b'difett?

Fi żmien xahrejn wara li jkun innota d-difett.

Min għandu jagħti prova tal-preżenza/l-assenza ta' difett u kemm għandhom żmien biex jagħmlu dan?

Il-bejjiegħ irid jipprova li l-oġġett ma kienx difettuż għall-ewwel 6 xhur wara l-kunsinna tal-prodotti ("inverżjoni tal-piż tal-prova"). Wara dan iż-żmien, il-konsumatur għandu jipprova li l-prodott kien difettuż.

Hemm korp tal-ittestjar indipendenti li jista' jgħin biex tingħata l-prova?

Hi meħtieġa opinjoni esperta indipendenti u l-espert jista' jinħatar mit-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur.

Liema rimedji hu intitolat għalihom mingħajr ħlas il-konsumatur? Hemm limitu ta' żmien biex tiġi implimentata s-soluzzjoni?

Hemm "ġerarkija ta' rimedji":

  • L-ewwel nett, tiswija jew sostituzzjoni skont ix-xewqat tal-konsumatur, fi żmien raġonevoli u mingħajr ħlas
  • It-tieni nett, rifużjoni jew tnaqqis tal-prezz tax-xiri jekk it-tiswija jew it-tibdil huwa impossibbli, iżda biss taħt ċerti kundizzjonijiet

Is-soluzzjoni għandha tiġi implimentata fi żmien perjodu raġonevoli u bl-anqas inkonvenjent sinifikanti għall-konsumatur.

Il-prodott imsewwi/sostitwit hu kopert minn garanzija ġdida?

Le. Il-perjodu ta' garanzija legali huwa biss estiż bil-perjodu meħtieġ għat-tiswija jew għas-sostituzzjoni.

Il-konsumatur jista' jieħu azzjoni kontra l-importatur jew xi intermedjarju fil-katina tal-provvista sa u inkluż il-produttur?

In-negozjant waħdu huwa responsabbli li jipprovdi rimedju lill-konsumaturi f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità.

Jekk ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni amikevoli, x'inhi l-iskadenza biex jittressaq il-każ quddiem il-qorti?

Il-perjodu ta' preskrizzjoni huwa sentejn mit-twassil tal-prodott (sena għal prodotti użati), sakemm ma jkunx hemm sospensjoni tal-limitazzjoni statutorja.

Hemm xi garanziji legali oħra stabbiliti fil-liġi nazzjonali li jeżistu flimkien mal-garanzija tal-konformità legali?

L-Artikolu 1424 ta' Kodiċi Ċivili Malti jipprovdi għal garanzija legali kontra d-difetti moħbija, iżda l-konsumatur irid juri l-eżistenza ta' tali difett.

 

Garanzija kummerċjali

Min hu responsabbli għall-applikazzjoni tal-garanzija kummerċjali?

Min joffri l-garanzija kummerċjali, kemm jekk ikun il-bejjiegħ, il-produttur jew garanti ta' parti terza. Dejjem irreferi għad-dokumentazzjoni mogħtija.

Bħala medja, kemm hi twila l-garanzija kummerċjali?

Minn sena sa 5 snin, u fil-biċċa l-kbira tal-każi sentejn, bħall-garanzija legali. L-oġġetti li jqumu aktar flus normalment ikollok garanzija itwal li ħafna drabi tapplika għal partijiet speċifiċi tal-prodott.

Din tingħatalek bla ħlas?

Mhux bilfors. In-negozjant jista' jiffissa l-kundizzjonijiet, sabiex ikun jista' jiġi offrut bla ħlas jew bi ħlas.

Dan irid jiġi kkonfermat bil-miktub?

Il-bejjiegħ għandu jipprovdi l-garanzija kummerċjali f'dokument bil-miktub u fuq talba tal-konsumatur.

Liema informazzjoni hija meħtieġa?

Din għandha tinkludi tfakkira tal-garanzija legali u dikjarazzjoni li l-garanzija kummerċjali ma għandhiex taffettwa d-drittijiet tal-konsumatur taħt il-garanzija legali.

 

Informazzjoni mogħtija minn ECC-NetEnglish f'Lulju 2016 - ara l- avviż legali tagħna.

Ara l-informazzjoni prinċipali dwar dan is-suġġett
Garanziji u ritorni
Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Bżonn ta' aktar tagħrif dwar ir-regoli f'pajjiż speċifiku?
    Staqsi l-amministrazzjonijiet nazzjonali
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri