Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 16/06/2016

shopping

L-aċċess għall-internet

Konnessjoni tal-internet

Kull fejn tkun fl-UE jeħtieġlek tkun tista' taċċessa servizzi ta' komunikazzjoni elettroniċi ta' kwalità tajba bi prezz li tiflaħ tħallsu - inkluż l-aċċess bażiku għall-internet. Jeħtieġ li jkun hemm tal-anqas provveditur tal-internet wieħed li jista' jipprovdilek dan is-servizz. Dan hu magħruf bħala l- prinċipju ta' "servizz universali".

Għal aktar informazzjoni, ikkuntattja lill- awtoritajiet regolatorji nazzjonali English f'pajjiżek. Huma jqabbduk mal-provveditur tas-servizzi universali.

Storja bħala eżempju

Jack mar jgħix f'żona maqtugħa fil-kampanja Skoċċiża u xtaq li jkollu aċċess għall-internet f'daru hemm. Wara li bosta kumpaniji qalulu li n-netwerks tagħhom ma jkoprux din iż-żona, skopra min kien il-provveditur tas-servizzi universali fl-Iskozja. Ikkuntattja din il-kumpanija li pprovdietu b'konnessjoni tal-internet.

Abbonamenti ma' provvedituri tal-Internet

Il-provveditur tal-internet tiegħek għandu jagħtik informazzjoni dwar:

  • il-prezzijiet, ir-rati u l-miżati applikabbli, inklużi l-għażliet u l-pakketti
  • it-termini u l-kondizzjonijiet standard
  • il-kwalità tas-servizz (pereżempju, il-veloċità tal-iddawnlowdjar).

Storja bħala eżempju

Laura mir-Rumanija riedet iddaħħal konnessjoni tal-internet fid-dar imma ma kinetx ċerta dwar il-kwalità tas-servizzi pprovduti mill-pakketti varji li kienu qed jiġu offruti.

B'xorti tajba - kif meħtieġ bil-liġi - il-provvedituri kollha tas-servizz taw biżżejjed dettalji fis-siti tagħhom. U Laura setgħet tikseb aktar tagħrif mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali Rumeni għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.

Il-provveditur tal-internet għandu wkoll:

  • javżak sew minn qabel jekk ikun irid jibdel il-kuntratt (bħal pereżempju jgħolli r-rati)
  • jippermettilek toħroġ mill-kuntratt mingħajr ma tiġi ppenalizzat jekk ma taċċettax kwalunkwe kundizzjoni ġdida
  • joffrilek perjodi ta' kuntratt minimi raġonevoli – kuntratt għal perjodu inizjali ugwali jew iqsar minn 12-il xahar; kuntratti li jaqbżu sentejn huma illegali.

Storja bħala eżempju

Eric xtaq idaħħal l-internet fl-appartament waqt is-sena ta' skambju universitarju li kellu f'Londra - iżda bosta provvedituri qalulu li l-abbonament minimu kien ta' sentejn.

Wara li kkonsulta l-awtorità nazzjonali għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u li skopra drittijietu, Eric reġa' kkuntattja l-provvedituri u rnexxielu jagħmel abbonament ta' sena biss.

Appoġġ speċjali għall-utenti b'diżabilità

Jekk int utent b'diżabilitajiet, int intitolat għall-istess firxa u għażla ta' servizzi li minnhom igawdu l-maġġoranza tal-konsumaturi.

Għandek mnejn tkun ukoll eleġibbli għal apparat ta' aċċessibilità speċjali mingħand il-provveditur tas-servizz tiegħek - bħal softwer li jkabbar it-tipa jew qarrej tal-iskrin, jekk inti nieqes mid-dawl.

L- awtoritajiet regolatorji nazzjonali English tiegħek għandu mnejn ikunu jistgħu jipprovduk b'aktar dettalji dwar dawn id-drittijiet tal-aċċess.

Storja bħala eżempju

Véronique, minn Franza, għandha problemi biex tara u teħtieġ għajnuna speċjali biex taqra s-siti web.

Fuq parir ta' ħabiba, ikkuntattjat il-provveditur tas-servizzi universali fi Franza biex tistaqsi dwar qarrej tal-iskrin. Il-provveditur ipprovda s-softwer li kellha bżonn Véronique.

Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri