Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 21/04/2016

shopping

Pagamenti, trasferimenti u ċekkijiet

Pagamenti, trasferimenti u ATMs

Tariffi għall-pagamenti internazzjonali bl-euro

Jekk tagħmel pagament internazzjonali bl-euro, bil-krona Żvediża jew bil-lei Rumen fi ħdan l- UE, il-banek għandhom jipprovdu informazzjoni ċara dwar kwalunkwe tariffa jew ħlasijiet applikabbli.

M'għandhomx jiċċarġjawk aktar minn kemm kieku jiċċarġjawk għal tranżazzjoni nazzjonali tal-istess valur bl-euro

Din ir-regola tapplika għall-pagamenti pproċessati kollha elettronikament bl-euro, bil-krona Żvediża jew bil-lei Rumen, inklużi:

  • trasferimenti bejn kontijiet tal-bank f'pajjiżi differenti tal-UE
  • irtirar ta' flus minn ATMs f'pajjiżi tal-UE
  • pagamenti bil-karti ta' debitu jew ta' kreditu madwar l-UE
  • tranżazzjonijiet ta' debitu dirett
  • rimessi ta' flus.

Anke l-banek ibbażati fil-pajjiżi tal-UE barra ż- żona tal-euro jridu japplikaw din ir-regola:

Tul tal-ipproċessar għall-pagamenti u t-trasferimenti elettroniċi

Il-pagamenti elettroniċi tiegħek bl-euro fiż-żona tal-euro għandhom isiru fi żmien ġurnata waħda ta' xogħol.

Dawn ir-regoli se jiġu estiżi għall-pajjiżi li ma jużawx l-euro mill-31 ta' Ottubru 2016.

Storja bħala eżempju

Kun af li l-banek xorta jista' jkollhom tariffi domestiċi għal pagamenti internazzjonali

Lidia, fl-Italja, ħadet xokk bit-tariffi għoljin li talbuha tħallas biex titrasferixxi EUR 1,000 lejn il-Ġermanja. Ikkuntattjat liċ- ċentru tal-konsumatur English lokali biex tiċċekkja jekk kienx hemm ksur tad-drittijiet tagħha skont il-liġi tal-UE.

Irriżulta li ż-żewġ banek involuti kellhom it-tariffi korretti għal tranżazzjonijiet ta' pagamenti nazzjonali. Il-bank Taljan tagħha żammilha l-istess tariffa bħal ma jżomm għal trasferiment nazzjonali fl-Italja stess, mentri l-bank Ġermaniż żamm l-istess tariffa bħal ma jżomm għal pagament li jkun ġej mill-Ġermanja stess.

It-tariffi tal-banek ivarjaw ħafna bejn bank u ieħor u bejn pajjiż u ieħor.

Ċekkijiet

Ir- regoli tal-UE dwar it-tariffi tal-banek għal pagamenti internazzjonali u nazzjonali f'euro ma jgħoddux għaċ-ċekkijiet.

Xi kultant ikun hemm tariffi ta' tranżazzjoni għoljin wisq biex wieħed issarraf ċekk minn pajjiż ieħor tal-UE. Barra minn hekk, iċ-ċekkijiet ma għadhomx aċċettatibħala metodu ta' pagament f'ħafna pajjiżi tal-UE.

Leġiżlazzjoni tal-UE
Konsultazzjonijiet pubbliċi
Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
Sib għajnuna u pariri

F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

Retour au texte en cours.

l-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.

Retour au texte en cours.

l-Awstrija, il-Belġju, Ċipru, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja u Spanja.

Retour au texte en cours.