Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat : 20/11/2015

shopping

Ipoteki

Ipoteki

Bank f' pajjiż ieħor tal-UE jagħmel deċiżjoni kummerċjali fuq jekk jaċċettax l-applikazzjoni għal self, abbażi tal-profil ta' riskju tas-somma proposta. Il-pajjiż ta' residenza tiegħek jew il- lokalità tal-proprjetà li fuqha qed tintalab l-ipoteka bosta drabi jagħmluha diffiċli biex wieħed jikseb ipoteka (self għal xiri ta' dar).

Ħafna drabi l-banek jirrifjutaw li jagħtu ipoteki fuq proprjetajiet li jinsabu f'pajjiż ieħor, jew lil persuni li jaqilgħu l-għajxien tagħhom jgħixu f'pajjiż ieħor minn dak fejn hu stabbilit il-bank.

Il-banek huma liberi li jistipolaw dan it-tip ta' limitu fuq is-self. Madankollu, skont il-prinċipju ġenerali ta' nondiskriminazzjoni fuq bażi ta' nazzjonalità, ma jistgħux jiddiskriminaw bejn iċ-ċittadini tal-UE abbażi tan-nazzjonalità tagħhom.

Storja bħala eżempju

Staqsi lill-bank tiegħek dwar il-politika ta' riskju tiegħu lil hinn mix-xtut nazzjonali tagħhom

Peress li dalwaqt kien se jibda jaħdem fir-Renju Unit, Ismail biegħ l-appartamenti tiegħu fi Franza. Imbagħad ipprova jissellef il-flus mill bank Franċiż tiegħu biex jixtri appartament fir-Renju Unit.

Il-bank ċaħad it-talba għas-self peress li l-proprjetà li se tintuża bħala kollateral tkun tinsab barra minn Franza.

Il-bank għandu kull dritt jaċċetta jew jiċħad self b'sigurtà f'pajjiż ieħor. Bosta banek iqisu dan bħala riskju mhux aċċettabbli fil-każ ta' inadempjenza.

 

 

Leġiżlazzjoni tal-UE
Konsultazzjonijiet pubbliċi
    Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?
    Sib għajnuna u pariri

    F'dan il-każ, it-28 stat membru tal-UE + l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja

    Retour au texte en cours.