Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 10/2015

Aġġornat 10/2015

Rapportar dwar importazzjonijiet/esportazzjonijiet

Jekk inti tesporta u/jew timporta fl-UE b'aktar minn ċertu valur, ikollok tipprovdi rapport statistiku dwar il-flussi kummerċjali tiegħek fl-UE ( sistema Intrastat - taqsira).

Il- limiti hawn fuq li għandek tirrapporta jiġu stabbiliti kull sena minn kull Stat Membru tal-UE (normalment fl-aħħar kwart) u japplikaw għas-sena kalendarja ta' wara. Jeżistu limiti separati (li jistgħu jvarjaw) għall-esportazzjonijiet (dispaċċi) u l-importazzjonijiet (il-kunsinni li jaslu).

Limiti ta' eżenzjoni

INTRASTAT: Limitu ta' eżenzjoni (ta' kull pajjiż) 2015 - Wasla - Euro 2015 - Wasla - Munita Nazzjonali 2015 - Dispaċċ - Euro 2015 - Dispaċċ - Munita Nazzjonali
AT  750,000  750,000  750,000  750,000
BE 1,500,000 1,500,000 1,000,000 1,000,000
BG  189,178  370,000  112,484  220,000
CY  100,000  100,000  55,000  55,000
CZ  320,000 8,000,000  320,000 8,000,000
DE  500,000  500,000  500,000  500,000
DK  805,000 6,000,000  671,000 5,000,000
EE  200,000  200,000  130,000  130,000
GR  150,000  150,000  90,000  90,000
ES  400,000  400,000  400,000  400,000
FI  500,000  500,000  500,000  500,000
FR  460,000  460,000  460,000  460,000
HR  235,000 1,800,000  130,600 1,000,000
HU  337,000 100,000,000  337,000 100,000,000
IE  191,000  191,000  635,000  635,000
IT  200,000  200,000  200,000  200,000
LT  290,000 1,001,312  215,000  742,352
LU  200,000  200,000  150,000  150,000
LV  170,000  170,000  130,000  130,000
MT   700   700   700   700
NL 1,500,000 1,500,000 1,500,000 1,500,000
PL  714,711 3,000,000  357,355 1,500,000
PT  300,000  300,000  250,000  250,000
RO  113,379  500,000  204,082  900,000
SE  900,000 9,000,000  450,000 4,500,000
SI  120,000  120,000  200,000  200,000
SK  200,000  200,000  400,000  400,000
UK 1,873,800 1,500,000  312,300  250,000

Fejn jibda l-obbligu tar-rappurtar?

L-Istat Membru "tiegħek" jstabbilixxi limitu li applikabbli għal sena kalendarja partikolari.

  • Jekk l-importazzjonijiet/esportazzjonijiet tiegħek tas- sena ta' qabel jaqbżu dak il-limitu mela jkollok tirrapporta minn Jannar ta' dik is-sena partikolari 'l quddiem.     

Eżempju: L-Istat Membru "tiegħek" jistabbilixxi limitu ta' importazzjoni għall-2016 ta' EUR 100,000. Jekk, fl-2015 importajt aktar minn EUR 100,000, jeħtieġlek tirrapporta minn Jannar 2016 'il quddiem.

  • L-importazzjonijiet/esportazzjonijiet tiegħek fis-sena ta' qabel ma qabżux il-limitu, iżda matul is-sena kurrenti jagħmlu dan, mela jkollok tibda tirrapporta mix-xahar li fih ikun inqabeż il-limitu.

Eżempju: L-Istat Membru "tiegħek" stabbilixxa limitu ta' importazzjoni għall-2015 ta' EUR 100,000. Minn Jannar sa Ġunju 2015 l-importazzjonijiet akkumulati tiegħek ammontaw għal EUR 90,000. F'Lulju, timporta oġġetti ta' EUR 15,000. Minħabba li qbiżt il-limitu f'Lulju 2015, trid tirraporta minn dan ix-xahar ‘l quddiem. L-ewwel dikjarazzjoni tal-Intrastat imbagħad tirrigwardja l-importazzjonijiet ta' Lulju ta' EUR 15,000.

Min għandu jirrapporta?

Negozji u individwi privati reġistrati għall-finijiet tal-VAT li jibagħtu u/jew jirċievu prodotti - jekk id-dispaċċi jew wasliet jaqbżu l-limiti annwali rispettivi.

Tista' tistaqsi kumpanija speċjalizzata tirrappreżentak u tipprovdi rapport f'ismek

Meta jeħtieġlek tirrapporta?

  • Tal-anqas darba kull xahar dwar l-andamenti tal-kummerċ tiegħek għax-xahar ta' qabel.
  • L- iskadenza għas-sottomissjoni hi stabbilita mill-awtorità nazzjonali rilevanti f'kull Stat Membru.

L-andamenti kummerċjali li għandhom jiġu rapportati?

Il-moviment fiżiku tal-merkanzija mill- Istat Membru tal-dispaċċ sal-Istat Membru tal-wasla (u vice versa).

Jekk għandek awtorizzazzjoni għall-proċedura tad-dwana pproċessar 'il ġewwa Deutsch français English - u l-merkanzija mhux proċessata/proċessata tiċċaqlaq bejn Stati Membri - inti obbligat tirrapporta dawn il-movimenti (sa minn Mejju 2014).

Nota: Servizzi "trade in" - li ma jinkludu ebda moviment ta' merkanzija bejn il-fruntieri - ma jeħtiġux rapportar skont is-sistema Intrastat.

Liema dejta għandek tirrapporta?

Ir-rapporti Intrastat ta' kull xahar tiegħek jeħtiġilhom jinkludu dan li ġej:

  • in- numru tal-VAT tiegħek
  • il- perjodu (xahar) li qed tirrapporta dwaru
  • id-direzzjoni tal-andament kummerċjali: l- dispaċċ jew il- wasla
  • il- kodiċi bi 8 ċifri tal-prodott tan‑Nomenklatura Magħquda (NM) (In-NM tiġi ppubblikata kull sena fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE)
  • il- kodiċi tal-pajjiż tal-UE tad-dispaċċ/tad-destinazzjoni
  • il- valur tal-prodotti – esklużi l-VAT u d-dazji tas-sisa

(Jekk il-valur għandu x'jaqsam ma' attivitajiet ta' pproċessar, ikollok tikseb il-valur tal-merkanzija pproċessata, u mbagħad taħdem il-valur tal-merkanzija mhux ipproċessata u tgħoddha mal-valur miżjud waqt l-ipproċessar, eż għall-materjali u l-pagi).

Eżempju: għandek kuntratt tiksi pajpijiet tal-metall li se jintbagħtulek minn Stat Membru ieħor. Il-valur li tirrapporta għall- importazzjonijiet tiegħek ikun tal-valur tal-pajpjiet mhux ipproċessati; għall- esportazzjonijiet tiegħek ikollok tirrapporta l-valur tal-pajpijiet miksija, ipproċessati (li mbagħad ikunu jikkonsistu fil-valur tal-pajpijiet mhux ipproċessati flimkien ma' kwalunkwe spejjeż oħra: ħlasijiet ta' servizzi u materjali).

  • il- kwantità tal-prodotti f' massa netta (bi tnaqqis tat-toqol tal-ippakkjar)
  • l- unità ta' kejl skont in-NM (pereżempju litru, għadd ta' oġġetti, metri kwadri)
  • il-kodiċi għan-naturi ta' tranżazzjoni (li jidentifika l-attività ta' xiri, bejgħ jew ipproċessar).

Jista' jkollok tipprovdi aktar tagħrif bħat-termini tal-konsenja (eż. EXW, CIF, FOB) jew it-tip ta' trasport (eż. baħar/triq/ferrovija).

Referenzi

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min-Netwerk Enterprise Europe. Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min-Netwerk Enterprise Europe. Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

Ċipru

Nicosia

Franza

Blagnac Cedex

Caen

Dijon

Guadeloupe, Martinique

Lille

Lyon

Paca

Paris, Ile-de-France, Centre, Nouvelle-Calédonie, Polynésie

Rennes

Saint-Denis

Id-Danimarka

Copenhagen

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Sofia

Il-Finlandja

Helsinki

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Erfurt

Hannover

Kiel

Leipzig

Magdeburg

Mainz

Mülheim an der Ruhr

München

Rostock

Stuttgart

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Nieuwegein

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Oslo

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

Ir-Rumanija

Baciu Cluj

Bucuresti

Constanta

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Is-Slovenja

Ljubljana

Iżlanda

Reykjavík

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Stockholm

L-Italja

Firenze (Toscana, Umbria, Marche)

Milano (Lombardia, Emilia Romagna)

Napoli (Abruzzo, Calabria, Campania, Basilicata, Molise, Puglia, Sicilia)

Roma (Lazio, Sardegna)

Torino (Piemonte, Liguria, Valle d’Aosta)

Venezia (Veneto, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia)

L-Ungerija

Budapest

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.

Għajnuna u pariri