Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 08/2015

Aġġornat 08/2015

Dazji tas-sisa


Aqsam fuq 
		Aqsam fuq Facebook
	
		Aqsam fuq Twiter
	
		Ixxerja fuq Google+
	
		Aqsam fuq linkedIn
Regoli bażiċi

Jekk il-kumpanija tiegħek tipproduċi jew tinnegozja oġġetti tas-sisa (alkoħol, xarbiet alkoħoliċi, prodotti tal-enerġija, elettriku, prodotti tat-tabakk), għandek tkun konxju mir-regoli dwar pagamenti ta’ dazji tas-sisa applikabbli.

Stħarreġ aktar fil-fond, pajjiż b’pajjiż:

Agħżel il-pajjiż

Agħżel il-pajjiż


* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali



Pajjiżi differenti tal-UE jistgħu jimponu taxxi oħra fuq dawn il-prodotti.

Nota: Ir-regoli tal-UE dwar id-dazji tas-sisa ma japplikawx f’dawn ir-reġjuni tal-UE:

Reġjuni

  • Il-Gżejjer Kanari
  • Iċ-Channel Islands
  • Il-Gżejjer Åland
  • Il-Gżira ta’ Heligoland
  • It-territorju ta’ Büsingen
  • Ceuta
  • Melilla
  • Livigno
  • Campione d'Italia
  • L-ilmijiet tal-Italja tal-Lag ta’ Lugano.

F’ċerti każi d-dazji tas-sisa mħallsa huma bbażati fuq dawk minn pajjiż ieħor:

  • In-negozji f' Monako għandhom iħallsu r-rati tas-sisa Franċiżi.
  • In-negozji f' San Marino għandhom iħallsu r-rati tas-sisa Taljani.
  • Iż-Żoni ta' Bażi Sovrana tar-Renju Unit ta' Akrotiri u Dhekelia għandhom iħallsu r-rati tas-sisa Ċiprjotta.
  • Il- Gżira ta' Man għandha tħallas ir-rati tas-sisa tar- Renju Unit.

Prodotti affettwati

Alkoħol/Xorb alkoħoliku

( Id-Direttivi tal-UE 92/83/KE u 92/84/KE )

  • Birra jew taħlitiet ta’ birra ma’ xarbiet mhux alkoħoliċi
  • Inbid.
  • Xorb iffermentat ieħor bħas-sidru
  • Prodotti intermedji bħax-sherry jew il-port.
  • Alkoħol etiliku — ħlief meta jkun użat għall-manifattura ta’ prodotti oħra mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem (jekk użati għal tisħin jew propulsjoni jista’ jiġi klassifikat bħala prodott tal-enerġija)
  • Spirti.

Rati mnaqqsa u eżenzjonijiet

 

Ir-regoli tal-UE jistabbilixxu rati minimi tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol/xorb alkoħoliku. Ara l-lista sħiħa tar-rati ta' taxxa tas-sisa applikabbli fl-UE fuq l- alkoħol/xorb alkoħoliku English .

Hemm xi regoli addizzjonali li jistgħu jiġu applikati wkoll f’ċerti pajjiżi:

  • Birreriji żgħar ( li jipproduċu massimu ta' 200,000 ettolitru ta' birra kull sena) jew distilleriji (li jipproduċu massimu ta' 10 ettolitri ta' alkoħol pur kull sena) jistgħu jirċievu tnaqqis sa 50% mit-taxxi standard.
  • Produtturi żgħar tal-inbid li jagħmlu anqas minn 1,000 ettolitru fis-sena jistgħu jirċievu wkoll tnaqqis jew eżenzjonijiet.
  • M'hemmx bżonn jitħallas dazju tas-sisa fuq prodotti lokali li ma jkunux magħmula għal skopijiet kummerċjali, ħlief għal spirti.
  • Rati mnaqqsa tat-taxxa tas-sisa jistgħu japplikaw għall-inbid u xorb iffermentat ta’ 8.5% alkoħol skont il-volum jew anqas.

Prodotti ta’ enerġija u tal-elettriku

( Id-Direttiva tal-UE 2003/96/KE )

Dawn huma ntaxxati meta użati bħala:

  • fjuwil tal-magni;
  • fjuwil għat-tisħin.

Il-prodotti tal-enerġija użati bħala materja prima jew għall-finijiet ta' tnaqqis kimiku, jew fi proċessi elettrolitiċi u metallurġiċi ma jaqgħux fl-iskop tad-Direttiva, dan ifisser li l-Istati Membri jistgħu jew ma jistgħux jiddeċiedu li jiġbru taxxa fuq użu ta' din ix-xorta.

Il-prodotti prinċipali li huma intaxxati huma:

  • żjut minerali;
  • fjuwils solidi: faħam, kokk, linjite;
  • gass naturali;
  • elettriku;
  • alkoħols, jekk dawn huma intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-karozzi;
  • żjut tal-annimali jew tal-ħejjex, jekk ikunu intenzjonati għall-użu bħala fjuwil tat-tisħin jew fjuwil tal-magni;

Rati mnaqqsa u eżenzjonijiet

Eżenzjonijiet mit-taxxa obbligatorji:

  • Prodotti tal-enerġija u tal-elettriku użati biex jiġi prodott l-elettriku (iżda li jistgħu jiġu intaxxati għal raġunijiet ambjentali).
  • Prodotti ta' enerġija forniti biex jintużaw bħala fjuwil għall-iskop ta' navigazzjoni bl-ajru, ħlief meta użati għal titjir privat ta' divertiment.
  • Prodotti ta' enerġija forniti għall-użu bħala fjuwil għall-finijiet ta' navigazzjoni fl-ilmijiet Komunitarji, ħlief meta użati għal opra tal-baħar għar-rikreazzjoni.

Eżenzjonijiet jew tnaqqis fakultattiv taħt il-livelli minimi tat-taxxa tal-UE:

  • Elettriku "Ekoloġiku".
  • Elettriku minn koġenerazzjoni effiċjenti ħafna ta' sħana u ta' enerġija.
  • Prodotti tal-enerġija użati f'koproduzzjoni ta' sħana u ta' enerġija.
  • Navigazzjoni f’passaġġi tal-ilma interni.
  • Elettriku, gass naturali, faħam u fjuwils solidi użati mid-djar.
  • Negozji li jużaw l-enerġija b’mod intensiv (ċerti regoli jeħtieġ li jiġu rispettati).
  • Bijofjuwil (ċerti regoli jeħtieġ li jiġu rispettati).

Differenzazzjonijiet ta' taxxi fakultattivi 'l fuq mil-livelli minimi tat-taxxa tal-UE:

  • Trasport pubbliku.
  • Ambulanza.
  • Użu kummerċjali taż-żejt tal-gass (trakkijiet kbar).
  • Id-differenzjazzjoni skont il-kwalità u l-kwantità tal-prodott tal-enerġija, (p.e. il-kontenut tal-kubrit tal-fjuwil).

Ir-regoli tal-UE jistabbilixxu rati minimi tat-taxxa tas-sisa fuq il-prodotti tal-energija. Ara l-lista sħiħa tar-rati ta' taxxa tas-sisa applikabbli fl-UE fuq il- prodotti tal-enerġija English .

Prodotti tat-tabakk

(Id-Direttiva tal-UE 2011/64/UE )

Il- leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-taxxi tas-sisa fuq tabakk manifatturat français Deutsch English tiddefinixxi l-kategoriji li tista' tinġabar sisa fuqhom li ġejjin:

  • Sigaretti.
  • Sigarri.
  • Sigarillos.
  • Tabakk tat-tipjip (bħal tabakk tal-brim maqtugħ fin).

Il-leġiżlazzjoni tal-UE tistabbilixxi l-prinċipji ta’ tassazzjoni u tistabbilixxi r-rati minimi li għandhom jiġu applikati.

Ara l-lista sħiħa tar-rati ta' taxxa tas-sisa applikabbli fl-UE fuq il- prodotti tat-tabakk English .

 

Eżenzjonijiet oħra

L-oġġetti tas-sisa huma ġeneralment eżentiti mid-dazju meta jiġu użati:

  • f’relazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari;
  • mill-forzi armati ta’ kwalunkwe membru tan-NATO;
  • minn organizzazzjonijiet internazzjonali.

Meta prodotti tas-sisa jintbagħtu għal dawn il-finijiet, iridu jkunu akkumpanjati minn ċertifikat ta’ eżenzjoni.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu wkoll jeżentaw oġġetti suġġetti għad-dazju tas-sisa mid-dazju tas-sisa meta dawn jinbiegħu:

  • fi ħwienet ħielsa mit-taxxa u jinġarru fil- bagalji personali ta’ vjaġġatur lejn pajjiż barra mill-UE jew lejn xi territorju tal-UE li mhux suġġett għar-regoli tas-sisa tal-UE;
  • abbord ajruplan jew vapur matul vjaġġ lejn jew minn pajjiż mhux fl-UE jew lejn jew minn territorju tal-UE li mhux suġġett għar-regoli tas-sisa tal-UE kollha.

 

 

Min iħallas u meta
 

Bejgħ lil negozju ieħor

Meta huma d-dazji tas-sisa pagabbli?

Hemm differenza importanti bejn il-punt meta prodott isir suġġett għad-dazju tas-sisa u l-punt meta dan id-dazju għandu jitħallas.

Ħafna mill-oġġetti tas-Sisa jsiru suġġetti għad-dazju tas-sisa malli jkunu prodotti, jew impurtati fl-UE.

Iżda dan id-dazju fil-fatt jista' effettivament ikun sospiż u ma għandux għaliex jitħallas sakemm il-prodott ma jiġix “rilaxxat għall-konsum”. Dan ifisser il-mument meta l-prodotti ma jkunux għadhom taħt arranġamenti ta’ sospensjoni tad-dazju. Innota li biex tkun tista' tipproduċi, taħżen u ċċaqlaq oġġetti tas-sisa mingħajr ma tħallas is-sisa (taħt is-sospensjoni tat-taxxa tas-sisa) teħtieġ awtorizzazzjoni speċjali mill-pajjiż inkwistjoni français Deutsch English .

Jekk prodotti tas-sisa jinqerdu jew jintilfu minħabba ċirkostanzi mhux mistennija jew diżastri naturali qabel ma jkunu rilaxxati għall-konsum, ma jridu jiġu mħallsa ebda dazji tas-sisa.

Min iħallas id-dazju tas-sisa?

Id-dazju tas-sisa jitħallas minn:

  • il-persuna jew in-negozju “ awtorizzat li jieħu ħsieb il-maħżen” tal-post fejn il-prodotti tas-sisa jiġu prodotti, proċessati, maħżuna, mibgħuta jew irċevuti;
  • kwalunkwe persuna oħra - min jibgħat, jirċievi, trasportatur, parti terza li tipprovdi garanzija ta’ moviment, eċċ. - li tkun ikkawżat li l-oġġetti tħalli l-arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju;
  • il- persuna li tiddikjara l-importazzjoni, jekk l-oġġetti huma importati u ma jitpoġġewx mill-ewwel taħt l- arrangament ta' sospensjoni tad-dazju.

Trasportazzjoni tal-oġġetti f’pajjiżi differenti fl-UE mingħajr ħlas ta' dazji

Biex tkun tista' — bħala bejjiegħ — tittrasporta oġġetti, iżda żżomm is-sospensjoni tat-taxxa tas-sisa (it-taxxa għandha titħallas mix-xerrej fil-pajjiż ta' destinazzjoni skont ir-rati tal-pajjiż) jeħtieġlek toqgħod għar-regoli segwenti.

 

Regola 1 - Garanzija kontra r-riskji tat-trasport

Il-pajjiż tal-UE minn fejn jintbagħtu l-oġġetti jirrikjedi li dawn ikunu koperti minn garanzija li tkopri r-riskji ta' trasport li tkun valida madwar l-UE kollha.

Din il-garanzija tista’ wkoll tiġi pprovduta minnek bħala l-bejjiegħ (jew li tieħu ħsieb il-maħżen jew jekk inti rreġistrat bħala speditur), jew mit-trasportatur jew xerrej - jew minn tnejn jew aktar minnhom/minnkom.

Il-pajjiż tal-UE tad-dispaċċ jista' ma jirrikjedix dan ir-rekwiżit jekk l-oġġetti huma trasportati biss fil-fruntieri tiegħu.

Bl-istess mod, l-ebda garanzija ma hi meħtieġa għal movimenti ta’ prodotti ta’ enerġija fi ħdan l-UE bil-kundizzjoni li dan il-moviment iseħħ bil-baħar jew permezz ta’ pipeline fiss, u jekk ikun hemm ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati.

 

Regola 2 - Dokument amministrattiv elettroniku (e-AD)

 

Apparti l-garanzija, għandek ukoll tibgħat dokument amministrattiv elettroniku (e-AD) lill-awtorità responsabbli għas-sisa f'pajjiżek bl-użu tas- Sistema kompjuterizzata tal-movimenti u tal-kontrolli intrakomunitarji ta' prodotti soġġetti għas-sisa (EMCS) français Deutsch English .

L-awtorità:

  • tibgħat l-e-AD lill-awtorità kontraparti tagħha fil-pajjiż tax-xerrej tal-UE (li tibgħatha lix-xerrej).

Qabel ma jibda t-trasport, għandek tipprintja l-e-AD bil-kodiċi ta’ referenza amministrattiva tagħha u tagħtiha lill-kumpanija tat-trasport.

Fi kwalunkwe ħin qabel ma jibda t-trasport, inti tista’ tikkanċella l-e-AD. Matul it-trasport, tista’ wkoll tbiddel id-destinazzjoni bl-użu tas-sistema EMCS.

Jekk is-sistema EMCS ma tkunx disponibbli, inti xorta tista' tittrasporta l-oġġetti mingħajr ma tħallas dazju tas-sisa jekk:

  • ikunu akkumpanjati minn dokument fuq karta li jkun fih l-istess dejta tal-e-AD;
  • tinnotifika l-awtorità responsabbli fil-pajjiz tad-dispaċċ dwar dan. Xi pajjiżi jinsistu li l-kummerċjant jingħata permess qabel ma jitħalla jitlaq.

Regola 3 - oġġetti riċevuti

Ix-xerrej għandu ħamest ijiem tax-xogħol biex jikkonferma li rċieva l-oġġetti fis-sistema EMCS. Imbagħad:

  • l-awtorità responsabbli fil-pajjiż destinatarju tal-UE tiċċekkja l-validità tal-konferma;
  • tirreġistra rapport ta' riċevuta u tibagħtu lill-awtorità kontraparti tagħha fil-pajjiż tad-dispaċċ - li tibagħtu lilek, il-bejjiegħ.

Wara li tirċievi dan ir-rapport, tista’ titlob li l-garanzija tiegħek tiġi rilaxxata.

Jekk timxi ma’ dawn it-3 regoli, ma għandekx - bħala l-bejjiegħ - ikollok tħallas dazju tas-sisa fuq oġġetti trasportati.

Oqgħod attent b'mod partikulari għall-kwantità indikata fir-rapport ta' rċevuta — hu biss għal din il- kwantità ikkonfermata li fuqha m’intix obbligat tħallas id-dazju.

Jekk xi prodotti jintilfu jew jiġrilhom ħsara matul it-trasport — u dan ikkonfermat mill-awtoritajiet fil-pajjiż li fih seħħ jew ġie skopert it-telf jew il-ħsara — tista' tibdel il-kwantità riċevuta u kkonfermata fuq id-dokumentazzjoni skont il-każ.

Iċċekkja n-numru tas-sisa ta' sieħeb fin-negozju

Jekk tixtieq tkun taf jekk in-numru amministrattiv tas-sisa ta' sieħeb fin-negozju hux validu jew le, tista’ tuża s-sistema SEED dwar l-awtorizzazzjoni tas-sisa .

Jekk dan ikollu numru validu, is-sistema SEED għandha turik lista ta’ prodotti li huma awtorizzati għall-kummerċ.

Bejgħ lil klijenti privati

Jekk tbigħ oġġetti tas-sisa direttament lil klijenti privati u l-post ta’ bejgħ huwa pajjiżek, trid iżżomm dazji tas-sisa skont ir-rati validi f’pajjiżek.

M'hemm ebda limitu fuq dak li persuni privati jistgħu jixtru u jieħdu magħhom meta jivvjaġġaw bejn pajjiżi tal-UE, sakemm il-prodotti mixtrijin huma għall-użu personali u mhux biex jinbiegħu mill-ġdid, bl-eċċezzjoni ta' mezzi ġodda ta' trasport. It-taxxi (il- VAT čeština Nederlands Ελληνικά English u s- sisa français Deutsch English ) se jkunu inklużi fil-prezz tal-prodotti fl-Istat Membru fejn jinxtara l-oġġett u ebda ħlas ieħor ta’ taxxi ma jista' jkun dovut f'xi Stat Membru ieħor.

It-tabakk u l-alkoħol

Madankollu, regoli speċjali japplikaw fil-każ ta' ċerti prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, bħax-xorb alkoħoliku u l-prodotti tat-tabakk. Jekk persuna privata tixtri prodotti ta' din ix-xorta fi Stat Membru u toħodhom fi Stat Membru ieħor, il-prinċipju li ebda dazju tas-susa ma għandu jitħallas fl-Istat Membru ta' destinazzjoni japplika biss jekk l-oġġetti huma:

  • għall-użu personali tal-vjaġġatur; u
  • trasportat minnu stess.

Sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn il-prodotti humiex għal użu personali tal-vjaġġatur, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-fatturi rilevanti kollha. Wieħed mill-fatturi hu l-kwantità ta’ oġġetti. L-Istati Membri jistgħu jissettjaw il- livelli ta' gwida biex jindikaw sa liema kwantità l-oġġetti huma ġeneralment ikkunsidrati bħala għall-użu personali tal-vjaġġatur. Il-livelli ta' gwida għandhom ikunu tal-anqas:

a) Prodotti tat-tabakk

  • sigaretti 800 wieħed
  • sigarillos (sigarri li ma jkunux jiżnu aktar minn 3 g kull wieħed) 400 wieħed
  • sigarri 200 wieħed
  • tabakk tat-tipjip 1.0 kg

b) Xorb alkoħoliku

  • xorb spirituż 10 litri
  • prodotti intermedjarji 20 litri
  • inbejjed (inkluż massimu ta’ 60 litru ta’ nbejjed bil-gass) 90 litru
  • birer 110 litri

Fir-rigward ta’ prodotti tat-tabakk, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jillimitaw in-numru ta’ sigaretti li tista’ ddaħħal miegħek minn ċerti pajjiżi oħra tal-UE li għad ma għandhomx il-livell minimu ta' ħlas ta’ dazju tas-sisa. Dan il-limitu ma jistax ikun anqas minn 300 sigarett.

Kif inhi s-sitwazzjoni bħalissa, l-Awstrija, il-Kroazja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, is-Slovenja u l-Iżvezja japplikaw limitu aktar baxx għall-vjaġġaturi li jkunu ġejjin mill-Bulgarija, il-Kroazja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja u r-Rumanija.

Bejgħ onlajn u mill-bogħod

Jekk tbigħ oġġetti tas-sisa lil klijenti privati fuq l- internet, għandek tħallas id-dazju tas-sisa u r-rati tal- pajjiż fejn jgħixu l-klijenti.

Fil-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-UE l-ħatra ta' rappreżentant tat-taxxa hi obbligatorja; wieħed mir-rwoli tiegħu hu li jħallas id-dazju tas-sisa f'ismek, jekk l-awtorità responsabbli ta' dak il-pajjiż français Deutsch English tapprova din l-azzjoni.

Qabel it-trasport għandek:

  • informa l-awtorità responsabbli fil-pajjiż destinatarju dwar il-kunsinna;
  • tipprovdi garanzija li d-dazju tas-sisa se jitħallas.

Kif tikseb rimborż tad-dazju

Jekk inti diġà ħallast dazji tas-sisa f’pajjiżek fuq l-oġġetti li begħt (biex tevita li tħallas darbtejn), tista' tiġi rimburżat għal dan l-ammont. Biex tagħmel dan, għandek:

  • tinforma l-awtorità tiegħek stess dwar il-kunsinna, (kif ukoll il-pajjiz ta’ destinazzjoni);
  • tipprovdilhom evidenza li ħallast dazju fuq l-oġġetti fil-pajjiż ta’ destinazzjoni.

Prodotti tat-tabakk

Bejgħ onlajn ta’ prodotti tat-tabakk f’xi pajjiżi tal-UE jista' jeħtieġ il-bejjiegħ:

  • juża l- bolol tat-taxxa tal-pajjiż destinatarju jew marki fiskali oħrajn biex juri li tħallas id-dazju tas-sisa hemmhekk;
  • jipprovdi twissijiet dwar is-saħħa bl-ilsien/ilsna tal-pajjiż ta’ destinazzjoni;
  • jirreġistra fl-Istat Membru fejn il-bejjiegħ hu stabbilit u fl-Istat Membru tal-konsumatur.

L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk lill-konsumaturi abbażi tal-Artikolu 18 tad- Direttiva tal-UE 2014/40/UE .

Appoġġ għan-negozji lokali

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min- Netwerk Enterprise Europe . Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

Pajjiż

Ċipru

Nicosia

Franza

Amiens

Annecy

Aulnat

Besançon

Bordeaux

Bourg en Bresse

Caen

Cayenne

Chalons-en-Champagne

Chambéry

Dijon

Fort-de-France

Grenoble

Lille

Limoges

Lyon

Marseille

Marseille

Montpellier

Montpellier

Nancy

Nantes

Orléans

Paris

Pointe-à-Pitre

Poitiers

Privas

Rennes

Rouen

Saint-Denis

Saint-Etienne

Strasbourg

Toulouse

Valence

Id-Danimarka

Aalborg

Copenhagen

Herning

Kolding

Næstved

Viborg

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Dobrich

Plovidiv

Ruse

Sandanski

Sofia

Stara Zagora

Vratsa

Yambol

Il-Finlandja

Helsinki

Oulu

Tampere

Turku

Vantaa

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Bremenhaven

Chemnitz

Dresden

Düsseldorf

Erfurt

Frankfurt/Oder

Freiburg

Hamburg

Hannover

Kaiserslautern

Kiel

Konstanz

Leipzig

Magdeburg

Mannheim

Mülheim an der Ruhr

München

Potsdam

Reutlingen

Rostock

Saabrücken

Stuttgart

Trier

Ulm

Villingen-Schwenningen

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Nieuwegein

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Ås

Oslo

Stavanger

Tromsø

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Brno

Brno

Liberec

Ostrava

Ostrava

Pardubice

Plzen

Praha

Usti nad Labem

Ir-Rumanija

Arad

Bacau

Bucuresti

Cluj-Napoca

Constanta

Craiova

Galati

Iasi

Ramnicu Valcea

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Prešov

Is-Slovenja

Ljubljana

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Borlänge

Göteborg

Jönköping

Kramfors

Luleå

Malmö

Örebro

Östersund

Stockholm

Umeå

Västerås

Växjö

L-Italja

Firenze

Milano

Napoli

Pieta

Roma

Torino

Venezia

L-Ungerija

Budapest

Debrecen

Eger

Győr

Miskolc

Nyíregyháza

Pécs

Szeged

Székesfehérvár

Zalaegerszeg

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.

Għajnuna u pariri