Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 05/2016

Aġġornat 05/2016

VAT bejn il-fruntieri

Japplikaw regoli speċjali jekk tixtri jew tbigħ prodotti/servizzi minn jew għal pajjiżi oħra. 

Prodotti

Pajjiżi fl-UE

Bejgħ lil negozji

Jekk tbigħ merkanzija lil negozju ieħor u dawn il-prodotti jintbagħtu f'pajjiż ieħor tal-UE, m'għandekx iżżomm il-VAT - jekk il-klijent ikollu numru tal-VAT validu.

Tista' xorta tnaqqas il-VAT li int stess ħallast fuq spejjeż relatati (prodotti/servizzi mixtrija speċifikament biex tagħmel dak il-bejgħ).

Jekk il-klijent ma għandux numru tal-VAT validu, normalment trid iżżomm il-VAT fuq il-bejgħ bir- rata applikabbli f'pajjiżek.

Bejgħ lill-konsumaturi

Jekk tbigħ oġġetti u tibgħathom lil konsumaturi f'pajjiż ieħor tal-UE, għandek tirreġistra hemm u żżomm il-VAT bir-rata applikabbli f'dak il-pajjiż - sakemm il-valur totali tal-bejgħ tiegħek lejn dak il-pajjiż fis-sena ma jaqax taħt il-limitu stabbilit mill-pajjiż (EUR 35,000 jew EUR 100,000).

Aktar fil-fond, pajjiż pajjiż:

Agħżel il-pajjiż

Agħżel il-pajjiż


* Informazzjoni li għadha ma ġietx ipprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali

Jekk qed tbigħ prodotti tas-sisa jew mezzi ġodda ta' trasport (karozza, inġenji tal-baħar jew tal-ajru), jeżistu regoli speċjali English .

Xiri

Jekk tixtri u tirċievi merkanzija għal skopijiet ta' negozju minn pajjiż ieħor tal-UE, għandek tħallas il-VAT fuq it-tranżazzjoni daqslikieku inti begħt l-oġġetti int stess, bir- rata applikabbli f'pajjiżek.

Normalment, inti iktar tard tkun kapaċi li tnaqqas dan l-ammont.

Hemm diversi eċċezzjonijiet français Deutsch English importanti għal dawn ir-regoli bażiċi.

Pajjiżi barra l-UE

Bejgħ

Jekk tbigħ merkanzija lil klijenti barra l-UE, m'għandekx iżżomm VAT għalkemm tista' xorta tnaqqas il-VAT li int stess ħallast fuq spejjeż relatati (prodotti/servizzi mixtrija speċifikament biex tagħmel dak il-bejgħ).

Xiri

Jekk tixtri oġġetti għall-iskopijiet tan-negozju tiegħek mingħand fornitur ibbażat barra l-UE, ġeneralment trid tħallas il-VAT fil-punt ta' importazzjoni (u tista' tnaqqas l-ammont fid-dikjarazzjoni tal-VAT tiegħek li jmiss jekk tagħmel bejgħ taxxabbli).

 

Servizzi

 

Pajjiżi fl-UE

Bejgħ lil negozji

Normalment ma tiċċarġjax il-VAT lill-klijenti tiegħek. Il-klijenti tiegħek iħallsu l-VAT fuq servizzi rċevuti bir-rata applikabbli f'pajjiżhom (bl-użu tal-proċedura tar-reverse charge).

Tista' xorta tnaqqas il-VAT li int stess ħallast fuq spejjeż relatati (prodotti/servizzi mixtrija speċifikament biex tipprovdi dak is-servizz).

Bejgħ lill-konsumaturi

Normalment għandek iżżomm il-VAT mingħand il-klijenti bir- rata li tapplika f'pajjiżek, ħlief għas-servizzi elettroniċi, tat-telekomunikazzjoni u tax-xandir li dejjem jiġu ntaxxati fil-pajjiż minn fejn ikun il-klijent (fejn persuna privata għandha indirizz permanenti jew tgħix normalment jew fejn persuna mhux taxxabbli tkun stabbilita).

Xiri

Jekk tixtri u tirċievi servizzi għal skopijiet ta' negozju minn pajjiż ieħor tal-UE, għandek tħallas il-VAT fuq it-tranżazzjoni daqslikieku begħt is-servizzi int stess, bir- rata applikabbli f'pajjiżek (bl-użu ta' proċedura ta' inverżjoni tal-ħlas, sistema ta' awtovalutazzjoni).

Normalment, inti iktar tard tkun kapaċi li tnaqqas dan l-ammont.

Hemm diversi eċċezzjonijiet français Deutsch English importanti għal dawn ir-regoli bażiċi.

Ir-regoli tal-VAT għandhom jiġu applikati fl-UE, minkejja li hemm xi territorji li jappartjenu għal jew huma marbuta mal-pajjiżi membri fejn, minħabba ċirkostanzi speċifiċi, ir-regoli ma japplikawx:

Territorji speċjali

 

  • Il-Gżejjer Åland
  • It-territorju ta' Büsingen
  • Il-gżira ta' Heligoland
  • Mount Athos
  • Campione d'Italia
  • L-ilmijiet tal-Italja tal-Lag ta' Lugano
  • Livigno
  • il-Gżejjer Kanarji
  • Ceuta
  • Melilla
  • Iċ-Channel Islands
  • Ġibiltà

Hemm ukoll postijiet barra mill-UE fejn japplikaw ir-regoli dwar il-VAT tal-UE:

  • Monako
  • L-Isle of Man
  • Bażijiet tar-Renju Unit f'Ċipru

Pajjiżi barra l-UE

Bejgħ

Jekk tipprovdi servizzi lil klijenti barra l-UE, normalment m'għandekx iżżomm il-VAT (iżda jekk is-servizz jintuża f'pajjiż ieħor tal-UE, dak il-pajjiż jista' jiddeċiedi li jżomm il-VAT) , għalkemm tista' xorta tnaqqas il-VAT li int stess ħallast fuq spejjeż relatati (prodotti/servizzi mixtrija speċifikament biex tagħmel dak il-bejgħ).

Xiri għan-negozji

Jekk tirċievi servizzi għall-iskopijiet tan-negozju tiegħek mingħand fornitur ibbażat barra l-UE, għandek ġeneralment tħallas il-VAT bir- rata li tapplika f'pajjiżek, daqslikieku pprovdejt is-servizz inti stess (bl-użu ta' proċedura ta' inverżjoni tal-ħlas, sistema ta' awtovalutazzjoni).

Normalment, inti iktar tard tkun kapaċi li tnaqqas dan l-ammont.

 

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min-Netwerk Enterprise Europe. Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min-Netwerk Enterprise Europe. Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

IvaLE

Ċipru

Nicosia

Franza

Blagnac Cedex

Caen

Dijon

Guadeloupe, Martinique

Lille

Lyon

Paca

Paris, Ile-de-France, Centre, Nouvelle-Calédonie, Polynésie

Rennes

Saint-Denis

Id-Danimarka

Copenhagen

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Sofia

Il-Finlandja

Helsinki

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Erfurt

Hannover

Kiel

Leipzig

Magdeburg

Mainz

Mülheim an der Ruhr

München

Rostock

Stuttgart

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Oslo

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

Ir-Rumanija

Baciu Cluj

Bucuresti

Constanta

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Is-Slovenja

Ljubljana

Iżlanda

Reykjavík

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Stockholm

L-Italja

Firenze (Toscana, Umbria, Marche)

Milano (Lombardia, Emilia Romagna)

Napoli (Abruzzo, Calabria, Campania, Basilicata, Molise, Puglia, Sicilia)

Roma (Lazio, Sardegna)

Torino (Piemonte, Liguria, Valle d’Aosta)

Venezia (Veneto, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia)

L-Ungerija

Budapest

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.

Għajnuna u pariri

Agħmel kuntatt ma' servizzi ta' assistenza speċjalizzati

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE / Solvi problemi ma' entità pubblika