Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 23/10/2017

Ir-Rati tal-VAT

Għalkemm il-VAT tiġi imposta fl-UE kollha, kull pajjiż membru huwa responsabbli għall-issettjar tar-rati tiegħu. Tista' tikkonsulta r-rati fit-tabella hawn taħt biex tiżgura ruħek li għandek ir-rata korretta, hu rrakkomandat li int tiċċekkja l-aħħar rati mal-uffiċċju lokali tal-VAT tiegħek.

Rati tal-VAT applikati fil-pajjiżi membri tal-UE

Il-lista tar-rati tal-VAT applikati fl-Istati Membri (aġġornata darbtejn fis-sena - f'Jannar u f'Lulju)
Stat Membru Kodiċi tal-pajjiż Rata standard Rata mnaqqsa Rata mnaqqsa ħafna Parking rate
L-Awstrija AT 20 10 / 13 - 13
Il-Belġju BE 21 6 / 12 - 12
Il-Bulgarija BG 20 9 - -
Ċipru CY 19 5 / 9 - -
Ir-Repubblika Ċeka CZ 21 10 / 15 - -
Il-Ġermanja DE 19 7 - -
Id-Danimarka DK 25 - - -
L-Estonja EE 20 9 - -
Il-Greċja EL 24 6 / 13 - -
Spanja ES 21 10 4 -
Il-Finlandja FI 24 10 / 14 - -
Franza FR 20 5.5 / 10 2.1 -
Il-Kroazja HR 25 5 / 13 - -
L-Ungerija HU 27 5 / 18 - -
L-Irlanda IE 23 9 / 13.5 4.8 13.5
L-Italja IT 22 5 / 10 4 -
Il-Litwanja LT 21 5 / 9 - -
Il-Lussemburgu LU 17 8 3 14
Il-Latvja LV 21 12 - -
Malta MT 18 5 / 7 - -
In-Netherlands NL 21 6 - -
Il-Polonja PL 23 5 / 8 - -
Il-Portugall PT 23 6 / 13 - 13
Ir-Rumanija RO 19 5 / 9 - -
L-Iżvezja SE 25 6 / 12 - -
Is-Slovenja SI 22 9,5 - -
Is-Slovakkja SK 20 10 - -
Ir-Renju Unit UK 20 5 - -

 

Biex taqra dwar ir-rati tal-VAT b'mod aktar dettaljat tista' taċċessa s-sit web tad- Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni DoganaliDeutschfrançaisEnglish (TAXUD).

Jeżistu diversi tipi ta' rati tal-VAT applikabbli li jiddependu mill-prodott jew is-servizz involut fit-transazzjoni.

Rata standard

Kull pajjiż għandu rata standard li tapplika għall-parti l-kbira tal-provvisti. Din ma tistax tkun anqas minn 15%.

Rata mnaqqsa

Jistgħu jiġu applikati rati mnaqqsa (mass. 2) għal varjetà limitata ta' bejgħ u normalment ma jistgħux ikunu anqas minn 5%.

Rati speċjali

Uħud mill-pajjiżi għandhom il-permess li japplikaw rati speċifiċi dwar xi bejgħ.

Rata mnaqqsa ħafna

Uħud mill-pajjiżi japplikaw rata mnaqqsa taħt il-5% msejħa rata mnaqqsa ħafna fuq xi wħud mill-bejgħ. Pereżempju fi Spanja hi applikata rata mnaqqsa ħafna ta' 4% għal ċerti servizzi, bħall-manutenzjoni u l-adattament ta' mezzi ta' trasport għal persuni b'diżabilitajiet.

Rata żero

Uħud mill-pajjiżi japplikaw ukoll rata żero fuq ċertu bejgħ. Meta tiġi applikata rata żero ma titħallas ebda VAT mill-konsumatur iżda int xorta waħda jkollok id- dritt li tnaqqas il-VAT li tkun ħallast fuq xiri b'mod dirett relatat mal-bejgħ p.e. għall-esportazzjonijiet u għal ċerti servizzi finanzjarji lill-klijenti barra l-UE.

Parking rate (jew rata intermedjarja)

Il-parking rate tapplika għall- ċerti oġġetti u servizzi li mhumiex eliġibbli għal rata mnaqqsa, li fuqhom uħud mill-pajjiżi tal-UE diġà kienu qed japplikaw rati mnaqqsa fl-1 ta' Jannar 1991. Dawn il-pajjiżi jitħallew ikomplu japplikaw rati mnaqqsa fuqhom minflok ir-rata standard bil-kundizzjoni li r-rata ma kinitx anqas minn 12%.

Dawn ir-rati speċjali kienu maħsubin bħala arranġamenti transizzjonali għal xift aħjar mid-derogazzjonijiet għar-regoli meta s-suq intern daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1993: kien maħsub li jitneħħew gradwalment.

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn. Biex tgħin lill-konsulent fiż-żona lokali tiegħek jirrispondi fil-ħin u b’mod korrett, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni kollha possibbli.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

IvaLE

Ċipru

Nicosia

Franza

Blagnac Cedex

Caen

Dijon

Guadeloupe, Martinique

Lille

Lyon

Paca

Paris, Ile-de-France, Centre, Nouvelle-Calédonie, Polynésie

Rennes

Saint-Denis

Id-Danimarka

Copenhagen

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Sofia

Il-Finlandja

Helsinki

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Erfurt

Hannover

Kiel

Leipzig

Magdeburg

Mainz

Mülheim an der Ruhr

München

Rostock

Stuttgart

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Oslo

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

Ir-Rumanija

Baciu Cluj

Bucuresti

Constanta

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Is-Slovenja

Ljubljana

Iżlanda

Reykjavík

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Stockholm

L-Italja

Firenze (Toscana, Umbria, Marche)

Milano (Lombardia, Emilia Romagna)

Napoli (Abruzzo, Calabria, Campania, Basilicata, Molise, Puglia, Sicilia)

Roma (Lazio, Sardegna)

Torino (Piemonte, Liguria, Valle d’Aosta)

Venezia (Veneto, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia)

L-Ungerija

Budapest

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.