Teħid ta' negozju
Aġġornat 07/2011
-
Unjoni Ewropea
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes
Li tieħu kumpanija eżistenti hija alternattiva tajba biex tistabbilixxi negozju ġdid. L-intraprendituri jistgħu jgawdu minn reputazzjoni stabbilita, struttura ta' produzzjoni u minn netwerk ta' konsumaturi, li jagħmlu l-bidu tan-negozju tagħhom aktar faċli.
Is-sidien tan-negozji qed jixjieħu u madwar terz minnhom - li jirrappreżentaw madwar 690,000 negozju u 2.8 miljun impjieg - se jkunu qed jirtiraw fis-snin li ġejjin. Dan se jwassal biex ħafna kumpaniji jkollhom bżonn sidien ġodda.
Fl-Ewropa, jiġu trasferiti madwar 450,000 negozju kull sena. Hu stimat li terz ta' dawn in-negozji, li jirrappreżentaw madwar 600,000 impjieg, jistgħu jintilfu kull sena minħabba nuqqas ta' effiċjenza fis-sistemi legali, tat-taxxa u finanzjarji, jew minħabba swieq ta' trasferiment superfiċjali jew mhux trasparenti biżżejjed.
Biex jitjiebu l-kundizzjonijiet għat-trasferiment tal-pussess, il-Kummissjoni Ewropea rrakkomandat miżuri differenti lill-awtoritajiet fil-pajjiżi tal-UE.
Fl-2011, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat komunikazzjoni bit-titlu "Ir-reviżjoni tal-Att għan-Negozji ż-Żgħar", fejn talbet lill-pajjiżi tal-UE biex:
- jiżviluppaw swieq u bażijiet ta' dejta aċċessibbli u appoġġjati b'mod wiesa' għan-negozji trasferibbli;
- jipprovdu taħriġ u appoġġ biex iżidu l-għadd ta' trasferimenti tan-negozji li jirnexxu, inklużi kampanji ta' komunikazzjoni biex titqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa għal tħejjija minn kmieni tat-trasferimenti tan-negozju.
-
Ir-reviżjoni tal-Att għan-Negozji ż-Żgħar






















[122 KB]
Assigurar ta' aċċess għall-finanzi
It-trasferiment tad-dritt tal-pussess fil-fatt jirrikjedi iżjed finanzjament milli meta jinbeda negozju. Għandu jkun hemm disponibbli self, garanzija u faċilitajiet għall-bidu mhux biss għat-twaqqif ta' negozji ġodda, iżda wkoll biex jitkomplew dawk diġà eżistenti. Is-sidien għandhom ikunu infurmati aħjar dwar il-finanzjament intermedjarju (kombinazzjoni ta' self u ishma) - partikolarment adatti għal trasferimenti tan-negozju.
Impenn biex titqajjem kuxjenza u konsulenza
Iktar kumpaniji jistgħu jittieħdu minn sidien ġodda jekk it-trasferimenti tal-pussess ikunu ppjanati bil-quddiem: dan japplika mhux biss għall-maniġers oriġinali, iżda wkoll għas-suċċessuri tagħhom. Is-sidien il-ġodda jeħtieġu perjodu ta' tranżizzjoni biex isiru jafu n-negozju.
Il-komplessità ta’ dawn l-operazzjonijiet tagħmel l-għajnuna prattika importanti ħafna matul il-proċedura kollha.
L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jippromwovu u jappoġġjaw b'mod attiv skemi ta' konsulenza pprovduti mill-kmamar tal-kummerċ, konsorzji u korpi simili.
Organizzazzjoni ta' swieq trasparenti għal trasferimenti tan-negozju
It-tqabbil bejn il-bejjiegħa u x-xerrejja potenzjali għandu jkun appoġġjat minn servizzi trasparenti. Dawn is-servizzi għandhom imorru lil hinn minn sempliċement bażijiet tad-dejta li jelenkaw in-negozji disponibbli, u joffru servizz ta’ medjazzjoni komprensiv għal trasferimenti bla intoppi fi spirtu ta’ sħubija.
Assigurar ta' sistemi tat-taxxa favorevoli għat-trasferimenti
Dawn jistgħu jieħdu waħda minn dawn il-forom:
- eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-profitti mill-bejgħ ta' negozju (b'mod partikolari meta investiti mill-ġdid f'negozju ieħor jew użati biex jiffinanzjaw l-irtirar tas-sid tan-negozju);
- riforma fit-taxxi tas-suċċessjoni u r-rigali (għal trasferimenti fil-familji stess);
- eżenzjonijiet ta’ taxxi fuq l-investimenti mill-ħaddiema fil-kumpaniji tagħhom (għall-akkwist ta’ impriżi mill-impjegati).
Komunikazzjoni tal-2006 mill-Kummissjoni Ewropea ssuġġeriet li kważi nofs il-pajjiżi tal-UE ma kinux implimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tagħha tal-1994 għal dan il-għan. Hemm bżonn isir sforz akbar f'kull pajjiż sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet tat-trasferiment tan-negozju.
-
Il-politika tal-UE dwar it-trasferimenti tan-negozju
-
Trasferimenti tan-negozji - dokumenti ta' referenza
Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes





