Mogħdija tan-navigazzjoni

Tistabbilixxi negozju ġdid

Aġġornat 05/2011

L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (il-prinċipju tal-libertà ta' stabbiliment) jippermetti lill-intraprendituri jiftħu kumpanija f'kull pajjiż tal-UE.

L-UE qed tagħmilha eħfef u irħas li wieħed jiftaħ kumpanija ġdida bis-saħħa ta' "punti ta' kuntatt wieħed" elettroniċi u ta' "uffiċċji fiżiċi għall-qadi kollu".

Punti ta’ kuntatt wieħed

Id-Direttiva Ewropea tas-Servizzi tobbliga lill-pajjiżi tal-UE jissimplifikaw il-proċeduri kollha involuti fil-bidu u fit-twettiq ta' attività ta' servizz. Minn Diċembru 2009 l-kumpaniji u l-individwi jistgħu jimlew onlajn il-formalitajiet kollha meħtieġa, bħall-awtorizzazzjoni, in-notifiki, il-liċenzji ambjentali, permezz ta'  "punti ta' kuntatt wieħed".

Il-"punti ta' kuntatt wieħed" huma portali tal-gvern-e li kellhom jiġu stabbiliti f'kull pajjiż mill-amministraturi pubbliċi. Tista' tuża l-"punti ta' kuntatt wieħed":

Uffiċċji għall-qadi kollu:

Matul il-Kunsill tar-Rebbiegħa tal-2006, il-gvernijiet nazzjonali qablu dwar sensiela ta' simplifikazzjonijiet biex kumpanija tkun tista' titwaqqaf aktar malajr u b'anqas spejjeż kullimkien fl-Ewropa. Dawn is-simplifikazzjonijiet jirrikjedu proċeduri b'anqas spejjeż u aktar mgħaġġlin u l-implimentazzjoni ta' uffiċċju għall-qadi kollu tal-proċeduri amministrattivi kollha għall-ftuħ ta' kumpanija.

Dan l-impenn kien imġedded fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar fejn, barra dan, il-pajjiżi tal-UE ukoll ikkommettew ruħhom biex inaqqsu ż-żmien meħtieġ biex jinkisbu l-liċenzji ta' negozju.

Il-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2008 adotta l-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku li jitlob tnaqqis addizzjonali fil-proċeduri tal-ftuħ ta' kumpanija.

Finalment il-komunikazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa żiedet ċerti miri speċifiċi.

Attwalment il-miri rikjesti mill-pajjiżi tal-UE huma li:

  •  jistabbilixxu xi forma ta' uffiċċju għall-qadi kollu għat-twaqqif ta' negozji ġodda biex b'hekk l-intraprendituri jkunu jistgħu jwettqu l-proċeduri kollha meħtieġa (pereżempju r-reġistrazzjoni, it-taxxi, il-VAT u s-sigurtà soċjali) permezz ta' punt ta' kuntatt amministrattiv wieħed, jew fiżiku (uffiċċju), virtwali (web), jew it-tnejn li huma;
  • inaqqsu żmien biex jiġi reġistrat negozju ġdid għal 3 ijiem ;
  • inaqqsu l-ħlasijiet   għall-ftuħ ta' negozju għal anqas minn €100.

Għalkemm il-konformità tjiebet, il-livell tal-kisbiet ivarja sew minn pajjiż għal ieħor.

L-UE se tissorvelja t-twettiq ta' dawn l-impenji mill-gvernijiet nazzjonali.

Minbarra proċeduri għall-ftuħ ta' negozji bla problemi, kwalunkwe negozju ġdid li jrid jagħmel suċċess jeħtieġ strateġija kummerċjali tajba u finanzjament sikur.

  • Aċċess għall-finanzi

Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Għad għandek bżonn l-għajnuna?

Aktar għajnuna

Enterprise Europe Network jipprovdi informazzjoni u pariri għall-intraprendituri l-ġodda.

 SOLVIT   jgħin lin-negozji jsolvu l-problemi li jqumu meta l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw b'mod ħażin ir-regoli tas-suq tal-UE.

Jekk tixtieq tistabbilixxi negozju jew toffri servizzi temporanji f'pajjiżi differenti fiż-żona tal-UE/ŻEE (is-27 stat membru tal-UE, flimkien mal-Islanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja), żur it-taqsima 'Punti ta' Kuntatt Waħdieni (PKW)' - Membri tan-Netwerk EUGO - li jgħinuk timla’ l-proċeduri amministrattivi meħtieġa onlajn! Ikseb  it-tagħrif li teħtieġ u ssottometti onlajn l-applikazzjonijiet tiegħek lill-awtoritajiet responsabbli. M’għandekx għalfejn tħabbel rasek li trid toqgħod tikkuntattja bosta awtoritajiet differenti waħda waħda - il-PKW se jagħmel dan għalik!