Mogħdija tan-navigazzjoni

Ftuħ ta’ negozju

Anke fil-pajjiż tagħhom stess fl-UE, proċeduri kkumplikati, għaljin jew kumplessi involuti fil-ftuħ ta' negozju ħafna drabi jkunu ta' diżinċentiv kbir għal dawk li jixtiequ jsiru imprendituri. Madankollu, l-awtoritajiet pubbliċi u n-netwerks ta' appoġġ jistgħu jkunu ta' għajnuna.

Eżempju partikolari huwa billi jkun hemm one-stop shops għas-setturi kollha u punti ta' kuntatt uniku għas-settur tas-servizzi biex ikunu ssimplifikati l-formalitajiet meħtieġa għar-reġistrazzjoni ta' kumpanija. Dawn għandhom jippermettu lill-intraprendituri biex jirreġistraw negozju ġdid f'darba, u b'hekk jiffrankaw il-ħin u l-flus.

Barra l-pajjiż tagħhom fl-UE, il-libertà tal-UE fir-rigward tal-prinċipju tal-istabbiliment  tippermetti li l-intraprendituri jkunu jistgħu jistabbilixxu kumpanija fi kwalunkwe pajjiż tal-UE daqs iċ-ċittadini li jgħixu fih. Bħal dawn iċ-ċittadini, l-intraprendituri jridu jkunu konformi ma' ċerti kondizzjonijiet bħal ngħidu aħna, li iħarsu l-kodiċi tal-etika professjonali, li jiskbu awtorizzazzjonijiet xierqa u li jippruvaw li għandhom il-kwalifiki meħtieġa.

Minflok il-ftuħ ta' negozju ġdid, li tmexxi kumpanija eżistenti tista' tkun għażla attraenti għal intraprendituri ġodda, b'vantaġġi bħal strutturi ta' produzzjoni diġà lesti, netwerks ta' konsumaturi u r-reputazzjoni.

Għalkemm il-falliment huwa riskju potenzjali fil-ħajja ta' negozju, ħafna kumpaniji li għamlu suċċess illum jeżistu biss għaliex il-fundaturi tagħhom irrifjutaw li jċedu wara li fallew u emmnu f'opportunitajiet oħra.