Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 14/07/2017

Skema għall-iskambju tal-persunal (MobiliseSME)

Il-proġett MobiliseSME hu skema pilota ta' mobilità li jagħtik l-opportunità li tipparteċipa fi skambji transkonfinali tal-persunal. L-iskema għandha l-għan li ttejjeb il-kooperazzjoni u tippromwovi l-qsim tal-għarfien bejn kumpaniji f'pajjiżi differenti. Il-proġett hu ffinanzjat mill-programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazjoni Soċjali u l- imsieħba tal-proġettitalianoDeutschespañolfrançaisEnglish.

Kif taħdem?

Il-kumpanija tiegħek tista' tospita skambju jew tibgħat membru tal-persunal fuq skambju. Biex tieħu sehem trid tirreġistra fuq il- pjattaforma ta' pariġġarDeutschespañolfrançaisitalianoEnglish, fejn tista' tpoġġi l-profil tat-tip ta' impjegat li beħsiebek tibgħat jew tospita.

Ladarba tkun konness ma' kumpanija oħra permezz tal-pjattaforma, għandek tibgħat l-applikazzjoni tiegħek lill-punt ta' kuntatt nazzjonali korrispondenti (se jiġi allokat lilek meta tirreġistra) sabiex l-iskambju tiegħek ikun jista' jiġi vvalidat.

L-iskambji jistgħu jkunu għall-perjodi li ġejjin: ġimagħtejn, xahar, xahar u nofs u xahrejn. Id-data ta' skadenza tal-applikazzjoni hi l-31 ta' Lulju. L-iskema pilota se tibqa' miftuħa sa Settembru 2017 u l-iskambju tal-impjegati jrid jispiċċa mhux aktar tard mill-15 ta' Settembru 2017.

Min jista' japplika?

Pajjiżi eleġibbli

Biex tieħu sehem f'din l-iskema, il-kumpanija tiegħek trid tkun ibbażata f'wieħed minn dawn il-pajjiżi:

  • Pajjiżi fl-UE
  • Pajjiżi kandidati u pajjiżi kandidati potenzjali (l-Albanija, il-Maċedonja, il-Montenegro, is-Serbja, it-Turkija, il-Bosnja u Ħerzegovina, il-Kosovo)
  • Pajjiżi taż-ŻEE u l-pajjiżi tal-EFTA (il-Liechtenstein, l-Iżlanda, in-Norveġja)

Imsieħba fl-iskambju li jospitaw

Kwalunkwe tip jew daqs ta' kumpanija tista' tospita u m'hemm ebda limitu tal-ammont ta' skambji li tista' tospita.

Imsieħba fl-iskambju li jibagħtu

It-tipi ta' kumpaniji li ġejjin biss jistgħu japplikaw biex jibagħtu l-persunal fuq skambju:

  • Mikronegozji jew SMEs
  • Impriżi ta' persuna waħda
    (il-professjonijiet liberali li ġejjin biss: avukati, nutara, kontabilisti tat-taxxa, awdituri finanzjarji ċċertifikati, tobba, spiżjara, psikologi, periti, inġiniera)

Il-kumpaniji jistgħu jibagħtu sa 2 membri tal-persunal fuq skambju .

Appoġġ finanzjarju

Jekk l-iskambju tiegħek jiġi approvat, l-impjegat ospitat se jingħata appoġġ finanzjarju biex ikopri l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-għajxien tiegħu; dan l-ammont għandu limitu fiss:

Għajnuna finanzjarja skont il-pajjiż

Pajjiż ta' soġġorn ġimagħtejn 4 ġimgħat 6 ġimgħat 8 ġimgħat
Ammont massimu għal kull perjodu waqt li tkun f'dan il-pajjiż (f'EUR)
L-Albanija 567 756 1008 1260
L-Awstrija 972 1296 1728 2160
Il-Belġju 900 1200 1600 2000
Il-Bulgarija 603 804 1072 1340
Ir-Repubblika Ċeka 657 876 1168 1460
Il-Kroazja 774 1032 1376 1720
Ċipru 846 1128 1504 1880
Id-Danimarka 1170 1560 2080 2600
L-Estonja 720 960 1280 1600
Il-Finlandja 1026 1368 1824 2280
Franza 972 1296 1728 2160
F.Y.R.O.M 603 804 1072 1340
Il-Ġermanja 900 1200 1600 2000
Il-Ġreċja 846 1128 1504 1880
L-Ungerija 720 960 1280 1600
L-Iżlanda 972 1296 1728 2160
L-Irlanda 1080 1440 1920 2400
L-Italja 972 1296 1728 2160
Il-Latvja 657 876 1168 1460
Il-Liechtenstein 1170 1560 2080 2600
Il-Litwanja 603 804 1072 1340
Il-Lussemburgu 900 1200 1600 2000
Malta 774 1032 1376 1720
Il-Montenegro 603 804 1072 1340
In-Netherlands 900 1200 1600 2000
In-Norveġja 1170 1560 2080 2600
Il-Polonja 657 876 1168 1460
Il-Portugall 846 1128 1504 1880
Ir-Rumanija 603 804 1072 1340
Is-Serbja 603 804 1072 1340
Is-Slovenja 774 1032 1376 1720
Is-Slovakkja 657 876 1168 1460
Spanja 900 1200 1600 2000
L-Iżvezja 1026 1378 1824 2280
It-Turkija 810 1080 1440 1800
Ir-Renju Unit 1080 1440 1920 2400
Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi (UE) 1170 1560 2080 2600

Tista' taqra aktar dwar il-programm fuq is- sit web ta' MobiliseSMEDeutschespañolfrançaisitalianoEnglish.

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn. Biex tgħin lill-konsulent fiż-żona lokali tiegħek jirrispondi fil-ħin u b’mod korrett, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni kollha possibbli.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

IvaLE

Ċipru

Nicosia

Franza

Blagnac Cedex

Caen

Dijon

Guadeloupe, Martinique

Lille

Lyon

Paca

Paris, Ile-de-France, Centre, Nouvelle-Calédonie, Polynésie

Rennes

Saint-Denis

Id-Danimarka

Copenhagen

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Sofia

Il-Finlandja

Helsinki

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Erfurt

Hannover

Kiel

Leipzig

Magdeburg

Mainz

Mülheim an der Ruhr

München

Rostock

Stuttgart

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Oslo

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

Ir-Rumanija

Baciu Cluj

Bucuresti

Constanta

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Is-Slovenja

Ljubljana

Iżlanda

Reykjavík

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Stockholm

L-Italja

Firenze (Toscana, Umbria, Marche)

Milano (Lombardia, Emilia Romagna)

Napoli (Abruzzo, Calabria, Campania, Basilicata, Molise, Puglia, Sicilia)

Roma (Lazio, Sardegna)

Torino (Piemonte, Liguria, Valle d’Aosta)

Venezia (Veneto, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia)

L-Ungerija

Budapest

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.

Għajnuna u pariri

Il-Konsulent EURES tiegħek

Il-Konsulent EURES tiegħek jista' jinfurmak kemm dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll jgħinek fil-proċeduri ta' reklutaġġ f'pajjiżek jew fir-reġjun bejn il-fruntieri tiegħek.

L-Ombudsman Ewropew

Ressaq ilment dwar istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-UE.