Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn
Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaImmarka din il-paġnaAgħżel kuluri li jikkuntrastaw

Fużjonijiet ma' kumpaniji barranin

Aġġornat 08/2014

Jekk qed tfittex opportunitajiet ġodda ta’ negozju, tista’ tikkunsidra wkoll li tagħmel fużjoni ma’ kumpanija eżistenti oħra jew li tieħu kontroll ta' kumpanija. Ir-regoli li ġejjin jikkonċernaw lill-“kumpaniji b’responsabbiltà limitata” irregolati mil-liġijiet ta’ mill-inqas żewġ pajjiżi differenti tal-UE.

X’forom ta’ fużjonijiet huma koperti mir-regoli?

Ir-regoli tal-UE għandhom jiġu applikati f’dawn it-3 sitwazzjonijiet:

  • kumpanija waħda jew aktar qed jiġu mixtrija minn kumpanija terza - f’dan il-każ l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-kumpaniji mixtrija jiġu trasferiti lill-kumpanija akkwirenti. Effettivament dan ifisser ix-xoljiment tal-kumpaniji mixtrija, iżda uffiċjalment din ma tgħoddx bħala likwidazzjoni. Il-kumpanija akkwirenti trid toħroġ it-titoli (bħal ishma) li jirrappreżentaw il-kapital tal-kumpanija, bi skambju għall-assi li rċeviet permezz tat-trasferiment. Jistgħu jiġu meħtieġa wkoll pagamenti fi flus, sa massimu ta’ 10% tal-valur nominali jew tal-valur tal-kontabilità tat-titoli tal-kumpanija akkwirenti.
  • żewġ kumpaniji jew aktar jittrasferixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħhom lil kumpanija kompletament ġdida li huma se jiffurmaw. F’dan il-każ il-kunpaniji li jittrasferixxu l-assi jiġu xolti wkoll fi tmiem il-proċess mingħajr ma jgħaddu minn proċedura uffiċjali ta’ likwidazzjoni. Il-kumpanija ffurmata ġdida trid toħroġ titoli (bħal ishma) li jirrapreżentaw il-kapital tagħha lis-sidien tal-kumpaniji li qed jittrasferixxu l-assi. Jistgħu jiġu meħtieġa wkoll pagamenti fi flus, sa massimu ta’ 10% tal-valur nominali jew tal-valur tal-kontabilità ta' dawn it-titoli.
  • kumpanija tittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha lil kumpanija oħra li diġà għandha t-titoli kollha tagħha. Wara t-trasferiment, il-kumpanija li qed tittrasferixxi l-assi tiġi xolta mingħajr ma tgħaddi mill-proċedura uffiċjali ta’ likwidazzjoni.

Il-pajjiżi tal-UE għandhom id-dritt li ma japplikawx dawn ir-regoli għal fużjonijiet bejn pajjiżi differenti li jinvolvu soċjetajiet kooperattivi, anki jekk jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ kumpanija b’responsabbiltà limitata.

Il-fużjonijiet bejn pajjiżi differenti li jinvolvu kumpaniji li jinvestu kapital provdut minn investituri privati jew pubbliċi huma eżenti mir-regoli tal-UE dwar il-fużjonijiet t'hawn taħt.

Termini komuni ta' fużjoni

Fl-ewwel fażi, l-amministrazzjoni ta’ kull kumpanija involuta fil-fużjoni għandha tfassal dokument - it-termini komuni tal-fużjoni - li jindirizza tal-anqas il-punti li ġejjin:

  • l-isem u l-uffiċċju rreġistrat tal-kumpaniji involuti, u tal-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni
  • il-proporzjon u t-termini tal-allokazzjoni għall-iskambju tat-titoli (eż. l-għadd tal-ishma tal-kumpanija akkwirenti li se jiġi offrut lill-azzjonisti tal-kumpaniji akkwistati) u ammonti possibbli ta’ ħlas fi flus kontanti
  • l-effetti probabbli fuq l-impjiegi
  • id-data minn meta d-detenturi l-ġodda tat-titoli tal-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni se jkollhom id-dritt għal dividendi
  • l-istatuti tal-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni
  • informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti lill-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni.

It-termini komuni ta' fużjoni jridu jiġu ppubblikati mill-inqas xahar qabel il-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali tal-kumpaniji li se jiddeċiedu dwar il-fużjoni. Il-pubblikazzjoni tista’ ssir fuq il-websajts tal-kumpaniji jew fuq websajt apposta għall-fużjonijiet fil-pajjiżi tal-UE kkonċernati.

Ir-rapporti biex tħejji qabel il-laqgħat ġenerali

Żewġ rapporti għandhom ikunu ppreparati qabel il-laqgħat ġenerali:

  • rapport mill-maniġment jew korpi amministrattivi biex jispjegaw l-aspetti legali u ekonomiċi u l-implikazzjonijiet tal-fużjoni għas-sidien, il-kredituri u l-impjegati. Dan ir-rapport għandu jkun lest mill-inqas xahar qabel il-laqgħa ġenerali u għandu jingħata lis-sidien tal-kumpanija u r-rappreżentanti tal-istaff
  • rapport espert indipendenti għas-sidien tal-kumpaniji involuti biss.  Dan ir-rapport għandu jkun lest mill-inqas xahar qabel il-laqgħa ġenerali u għandu jindika l-proporzjon ta' skambju stipulat fit-termini komuni ta' fużjoni għat-titoli offerti bi skambju għall-assi akkwistati.

Ir-rapport tal-espert indipendenti jista' ma jkunx meħtieġ jekk ikun hemm qbil fost is-sidien kollha ta’ kull kumpanija involuta.

Laqgħat ġenerali

Il-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji involuti għandhom iwasslu għal approvazzjoniaħħarija tat-termini tafużjoni abbozzati. Kwalunkwe kumpanija involuta għandha d-dritt li tagħmel l-implimentazzjoni tal-fużjoni kondizzjonali fuq l-eżistenza ta’ regoli għall-parteċipazzjoni tal-istaff fil-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni.

Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jiddeċiedu li l-ebda laqgħa ġenerali mhi meħtieġa għall-approvazzjoni tal-fużjoni mill-kumpanija akkwirenti jekk jintleħqu ċerti kundizzjonijiet, pereżempju li l-kumpanija akkwirenti tippubblika t-termini komuni ta' fużjoni abbozzati mill-inqas xahar qabel il-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji kollha li se takkwista. Fl-istess ħin għandha wkoll tagħmel disponibbli d-dokumenti l-oħra kollha rilevanti għall-fużjoni - bħal kontijiet annwali u rapporti annwali ta’ kumpaniji li se jkunu akkwistati - għal spezzjoni mill-azzjonisti tagħhom stess.

Kontroll tal-legalità tal-fużjoni

F’kull pajjiż tal-UE kkonċernat, awtorità maħtura - pereżempju qorti jew nutar - irid jispezzjona l-legalità tal-fużjoni fir-rigward tal-liġi nazzjonali tagħhom. Jekk kollox ikun kif suppost, l-awtorità toħroġ ċertifikat ta' qabel il-fużjoni dwar it-twettiq xieraq tal-formalitajiet ta’ qabel il-fużjoni.

L-aħħar kontroll għandu jikkonċentra fuq it-tlestija tal-fużjoni - pereżempju li l-kumpaniji kollha involuti approvaw l-istess termini komuni ta' fużjoni - u l-awtorità rilevanti fil-pajjiż fejn il-kumpanija l-ġdida se tiġi maħluqa u rreġistrata għandha tikkontrolla l-legalità tal-formazzjoni takumpanija ġdida.

Id-dħul fis-seħħ

Id-data li fiha l-fużjoni tidħol fis-seħħ - fi kwalunkwe każ wara l-kontroll tal-legalità - se tiġi determinata mil-liġi tal-pajjiż fejn il-kumpanija akkwirenti jew ġdida hi rreġistrata. Kull kumpanija għandha tippubliċizza l-fużjoni fir-reġistru pubbliku nazzjonali tagħha stess. Ir-reġistrazzjonijiet il-qodma jistgħu imbagħad jiġu mħassra.

Parteċipazzjoni tal-istaff

Bħala regola ġenerali, il-parteċipazzjoni tal-istaff hi determinata mil-liġijiet tal-pajjiż tal-UE fejn il-kumpanija akkwirenti jew il-kumpanija ffurmata ġdida hija rreġistrata.

Ir-regoli tal-pajjiż tareġistrazzjoni ma jistgħux japplikaw għall-parteċipazzjoni tal-istaff fil-kumpanija li tirriżulta mill-fużjoni jekk:

  • ma jippermetux l-istess livell taparteċipazzjoni tal-istaff kif kien hemm fil-kumpaniji akkwistati
  • Tal-anqas waħda mill-kumpaniji involuta fil-fużjoni kellha iktar minn 500 impjegat fuq medja fis-6 xhur qabel il-pubblikazzjoni tat-termini komuni ta' fużjoni.

Fużjonijiet b'dimensjoni Ewropea

Il-kumpaniji b’fatturat ta’ aktar minn ċerti limiti (li jibdew minn €2.5 biljun tal-valur tal-bejgħ dinji totali kkombinat) li jagħmlu negozju fl-UE u jixtiequ jingħaqdu f'fużjoni għandhom jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea għall-approvazzjoni - irrispettivament minn fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali tagħhom. Il-kundizzjonijiet speċifiċi u l-limiti huma elenkati fl-Artikolu 1(2) u 1(3) tar-Regolament dwar il-Fużjonijiet tal-KE български (bg)czech (cs)dansk (da)Deutsch (de)eesti (et)ελληνικά (el)English (en)español (es)Français (fr)Gaeilge (ga)italiano (it)latviešu (lv)lietuvių (lt)magyar (hu)Nederlands (nl)polski (pl)português (pt)română (ro)slovenčina (sk)slovenščina (sl)suomi (fi)svenska (sv). Il-Kummissjoni teżamina l-impatt tal-fużjoni proposta fuq il-kompetizzjoni fl-UE. Il-fużjonijiet li jirrestrinġu b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni fl-UE huma miċħuda. Xi drabi l-fużjonijiet huma approvati b'ċerti kundizzjonijiet mehmuża.

Fittex iktar fil-fond, pajjiż, pajjiż:

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Iċċekkja s-saħħa finanzjarja tan-negozju tiegħek

Iċċekkja s-saħħa finanzjarja tan-negozju tiegħek български čeština dansk Deutsch ελληνικά English español eesti suomi français English magyar italiano lietuvių latviešu Nederlands polski português română slovenčina slovenščina svenska
Dan il-kwestjonarju ta' skrining jista' jgħinek tidentifika sinjali bikrin ta' inkwiet English u jurik fejn tista' tingħata għajnuna u parir English f'kull pajjiż tal-UE.

Pariri tal-Ewropa Tiegħek

Pariri tal-Ewropa Tiegħek hu sors ta’ pariri esperti dwar kwalunkwe kwistjonijiet li tiltaqa’ magħhom f’pajjiż ieħor tal-UE li jinvolvu l-liġi tal-UE.

Ibgħat email lil organizzazzjoni kummerċjali qrib tiegħek

L-UE tmexxi netwerkDeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski (Enterprise Europe Network) ta' organizzazzjonijiet kummerċjali lokali f'ħafna mill-pajjiżi EwropejEnglish li jista' jkun ta' għajnuna għalik.

Agħżel il-pajjiż u r-raħal tiegħek u daħħal il-mistoqsija tiegħek hawn taħt.

Pajjiż

Ċipru

Nicosia

Franza

Amiens

Annecy

Aulnat

Besançon

Bordeaux

Bourg en Bresse

Caen

Cayenne

Chalons-en-Champagne

Chambéry

Dijon

Fort-de-France

Grenoble

Lille

Limoges

Lyon

Marseille

Marseille

Marseille

Montpellier

Montpellier

Nancy

Nantes

Orléans

Paris

Pointe-à-Pitre

Poitiers

Privas

Rennes

Rouen

Saint-Denis

Saint-Etienne

Strasbourg

Toulouse

Valence

Id-Danimarka

Aalborg

Copenhagen

Herning

Kolding

Viborg

Il-Belġju

Antwerpen

Arlon

Brugge

Brussels

Charleroi

Gent

Hasselt

Leuven

Libramont

Liège

Mons

Namur

Nivelles

Il-Bulgarija

Dobrich

Plovidiv

Ruse

Sandanski

Sofia

Sofia

Stara Zagora

Vratsa

Yambol

Il-Finlandja

Helsinki

Oulu

Tampere

Turku

Vantaa

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Bremenhaven

Chemnitz

Dresden

Düsseldorf

Erfurt

Frankfurt/Oder

Freiburg

Hamburg

Hannover

Kaiserslautern

Kiel

Konstanz

Leipzig

Magdeburg

Mannheim

Mülheim an der Ruhr

München

Osnabrück

Potsdam

Reutlingen

Rostock

Saabrücken

Stuttgart

Trier

Ulm

Villingen-Schwenningen

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Heraklion

Ioannina

Kavala

Kozani

Thessaloniki

Tripolis

Volos

Il-Kroazja

Osijek

Rijeka

Split

Varazdin

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Kaunas

Klaipėda

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Nieuwegein

Il-Polonja

Bialystok

Gdańsk

Kalisz

Katowice

Kielce

Konin

Kraków

Lublin

Lublin

Olsztyn

Opole

Poznań

Rzeszów

Szczawno-Zdrój

Szczecin

Szczecin

Toruń

Warsaw

Warsaw

Wroclaw

Zielona Góra

Łódź

Il-Portugall

Aveiro

Braga

Coimbra

Évora

Faro

Funchal

Lisboa

Ponta Delgada

Porto

In-Norveġja

Ås

Oslo

Stavanger

Tromsø

Ir-Renju Unit

Belfast

Bristol

Cambridge

Cardiff

Coventry

Inverness

London

Manchester

Newcastle

Yorkshire and Humber

Ir-Repubblika Ċeka

Brno

Liberec

Ostrava

Ostrava

Pardubice

Plzen

Praha

Usti nad Labem

Ir-Rumanija

Arad

Bacau

Bucuresti

Cluj-Napoca

Constanta

Craiova

Galati

Iasi

Ramnicu Valcea

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Prešov

Is-Slovenja

Koper

Ljubljana

Maribor

L-Awstrija

Feldkirch

Graz

Innsbruck

Klagenfurt

Linz

Salzburg

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Borlänge

Göteborg

Jönköping

Kramfors

Luleå

Malmö

Örebro

Östersund

Stockholm

Umeå

Västerås

Växjö

L-Italja

Abruzzo

Aosta

Apulia

Apulia

Ascoli Piceno

Basilicata

Bologna

Bologna

Cagliari

Calabria

Calabria

Campania

Catania

Catania

Florence

Genova

Gorizia

Milano

Milano

Milano

Molise

Naples

Naples

Palermo

Palermo

Perugia

Pesaro

Pordenone

Ravenna

Rome

Rovereto

Sassari

Sicily

Terni

Torino

Torino

Torino

Trieste

Trieste

Udine

Venezia

Venezia

Venezia

L-Ungerija

Budapest

Debrecen

Győr

Nyíregyháza

Pécs

Szeged

Székesfehérvár

Zalaegerszeg

Malta

Pieta`

Spanja

Albacete

Alicante

Badajoz

Barcelona

Bilbao

Bilbao

Ciudad Real

Donostia-San Sebastian

Ferrol

Las Palmas de Gran Canaria

Llanera

Logroño

Madrid

Murcia

Oviedo

Palma

Pamplona

Paterna (Valencia)

Santa Cruz de Tenerife

Santander

Santiago de Compostela

Sevilla

Toledo

Valencia

Valladolid

Vitoria-Gazteiz

Zaragoza

Daħħal il-messaġġ tiegħek hawn

* qasam obbligatorju (għandek iddaħħal dejta hawn)