Is-sigurtà soċjali

Kull pajjiż tal-UE għandu l-liġijiet tas-sigurtà soċjali tiegħu. L-obbligi u d-drittijiet skont dawn il-liġijiet huma l-istess għall-ħaddiema kollha f'dak il-pajjiż, kemm jekk huma lokali kemm jekk huma barranin.

Madankollu, ir-regoli tal-UE jikkoordinaw is-sistemi nazzjonali, biex jiżguraw li l-persuni li jmorru jgħixu f'pajjiż ieħor tal-UE ma jitilfux il-kopertura tas-sigurtà soċjali tagħhom (pereżempju d-drittijiet tal-pensjoni u tal-kura tas-saħħa) u biex dejjem ikunu jafu liema liġijiet nazzjonali japplikaw għalihom.

Skont ir-regoli tal-UE, persuna qatt ma tista' tkun soġġetta għal-liġijiet tas-sigurtà soċjali ta' iktar minn pajjiż fl-istess ħin - għalhekk tkun trid tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tagħha f'dak il-pajjiż biss.

Ġeneralment japplikaw il-liġijiet tal-pajjiż fejn il-persuna taħdem (bħala impjegat jew impjegat għal-rasu), u l-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu hemmhekk. Ma jimpurtax fejn tgħix il-persuna (pereżempju jekk tivvjaġġa) jew fejn huwa bbażat min iħaddimha.

Hemm eċċezzjoni għal ħaddiema li ġew issekondati barra pajjiżhom għal inqas minn sentejn: jistgħu jibqgħu assikurati u jħallsu l-kontribuzzjonijiet fil-pajjiż minn fejn ikunu kollokati.
Għal persuni li jaħdmu simultanjament f'aktar minn pajjiż wieħed, regoli speċifiċi jiddeterminaw il-liġi ta' liema pajjiż tapplika u fejn għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet.

Nacionalinę informaciją rasite toliau.

Ara wkoll

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Il-Konsulent EURES tiegħek

Il-Konsulent EURES tiegħek jista’ jinfurmak kemm dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll jgħinek fil-proċeduri ta’ reklutaġġ f’pajjiżek jew fir-reġjun bejn il-fruntieri tiegħek.

Skambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (EESSI)

Il-bażi tad-dejta għal Skambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (EESSI) tippermettilek tfittex l-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi tal-UE li huma responsabbli għal mard, pensjonijiet, u benefiċċji tal-qgħad u tal-familja.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 08/03/2024
Ikkondividi din il-paġna