Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn
Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaImmarka din il-paġnaAgħżel kuluri li jikkuntrastaw

Trattament ugwali

Aġġornat 03/2013

Ħaddiema minn pajjiżi oħra tal-UE: trattament ugwali u ebda permess tax-xogħol

Bħala persuna li timpjega n-nies, għandek dritt li timpjega staff minn kwalunkwe pajjiż tal-UE. Jeħtieġlek tagħti lil dawk li qed ifittxu x-xogħol minn pajjiżi oħrajn tal-UE l-istess trattament mogħti lill-applikanti minn pajjiżek. Ma tistax timponi kriterji diskriminatorji - pereżempju abbażi tan-nazzjonalità - matul il-fażi tar-reklutaġġ. Għandek tipprovdi wkoll lil ċittadini oħrajn tal-UE bl-istess kundizzjonijiet tax-xogħol (salarju, liv annwali mħallas, eċċ.) bħalma toffri liċ-ċittadini ta’ pajjiżek. Dawk li qed ifittxu x-xogħol minn pajjiż ieħor tal-UE ma għandhomx bżonn permess tax-xogħol biex jaħdmu f’pajjiż ieħor tal-UE.

Iċ-ċittadini mill-Bulgarija, ir-Rumanija u l-Kroazja jista’ jkun jeħtiġilhom permess tax-xogħol f’xi pajjiżi tal-UE. Din ir-restrizzjoni se tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013 għall-Bulgarija u r-Rumanija u fit-30 ta’ Ġunju 2020 għall-Kroazja.

Tista’ tistaqsi lil dawk li japplikaw għal xogħol minn pajjiżi oħra tal-UE biex juru l-ħiliet lingwistiċi meħtieġa għall-impjieg, iżda l-livell meħtieġ tal- għarfien tal-lingwa għandu jkun raġonevoli għall-kariga.

Hu wkoll ipprojbit bil-liġi li tiddiskrimina minħabba:

  • sess (p.e. il-liv għall-ġenituri, il-promozzjoni, il-paga)
  • oriġini razzjali jew etnika
  • reliġjon jew twemmin
  • diżabilità
  • età
  • orjentament sesswali.

Tista’ ssib għajnuna dwar ir-reklutaġġ madwar l-UE f'EURES - Il-portal Ewropew għall-impjiegi.

Jekk in-negozju tiegħek jinsab f’reġjun mal-fruntieri, EURES jista’ wkoll jagħtik parir kif għandek timxi amministrattivament ma’ kwalunkwe membru tal-istaff tiegħek li jivvjaġġa minn pajjiż ġar.

Għarfien tal-kwalifiki

Meta tirrekluta staff għal professjoni regolata f’pajjiżek Deutsch English français u tirċievi l-applikazzjonijiet minn dawk li qed ifittxu x-xogħol bi kwalifiki miksubin minnhom minn pajjiż ieħor tal-UE, dawn jeħtiġilhom jingħataw għarfien għall-kwalifiki professjonali u l-esperjenza  tagħhom minn Awtorità Kompetenti f’pajjiżek Deutsch English français. Innota li jeżistu regoli speċifiċi tal-UE f’ċerti setturi (avukati, kontrolluri tat-traffiku tal-ajru, piloti, eċċ.) dwar l-għarfien tal-kwalifiki professjonali miksubin f’pajjiż differenti tal-UE.

Ir-regoli għall-għarfien tal-kwalifiki japplikaw ukoll għal:

ċittadini b’ċittadinanza doppja, fejn waħda minnhom hi nazzjonalità tal-UE

persuni li mhumiex mill-pajjiżi tal-UE miżżewġin lil ċittadin(a) tal-UE.

Jekk int tirrekluta persuni għal professjoni li tinvolvi attivitajiet differenti, u applikant għal impjieg minn pajjiż differenti tal-UE kkwalifika f’pajjiżu għal wieħed biss mill-attivitajiet involuti - u dik l-attività tingħaraf bħala professjoni indipendenti f’pajjiżu tal-UE  - l-applikant jista’ japplika biss għall-għarfien parzjali tal-kwalifiki tiegħu f’pajjiżek - għal dawk l-attivitajiet relatati mal-impjieg li għalihom min ikun qed ifittex ix-xogħol hu kwalifikat.

It-tip ta' kuntratt

Kuntratti għal żmien fiss

Bħala regola, trid tittratta l-ħaddiema tiegħek b’kuntratt għal żmien fiss bl-istess mod bħall-istaff permanenti tiegħek. Meta postijiet vakanti għal karigi permanenti jsiru disponibbli, għandek tinformahom. Ħaddiema għal żmien fiss għandhom jitqiesu wkoll meta jiġi kkalkolat il-limitu li 'l fuq minnu trid tistabbilixxi l-entitajiet rappreżentattivi tal-istaff fil-kumpanija tiegħek.

Tinsiex li l-pajjiżi tal-UE huma obbligati li jintroduċu waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin fil-liġijiet nazzjonali tagħhom sabiex ikun evitat l-użu ħażin ta’ kuntratti suċċessivi għal żmien fiss (minflok kuntratti miftuħin):

  • raġunijiet oġġettivi għat-tiġdid ta’ kuntratti għal żmien fiss
  • tul ta’ żmien massimu totali ta’ kuntratti għal żmien fiss suċċessivi
  • għadd massimu ta’ tiġdidiet ta’ kuntratti għal żmien fiss.

Xogħol part-time

Meta torganizza x-xogħol tal-istaff tiegħek, ikkunsidra l-ħtiġijiet tiegħu għal mudelli tax-xogħol flessibbli. Mod li tista’ tagħmel dan hu li tuża kuntratti part-time. L-istaff part-time ma’ jistax jiġi trattat anqas favorevolment mill-impjegati full-time tiegħek.

Sa fejn hu possibbli, ikkunsidra t-talbiet mill-istaff tiegħek biex jittrasferixxi ruħu għal pożizzjonijiet part-time jew lura għal impjieg full-time meta jkun jixtieq jaħdem għal darb’oħra fuq bażi full-time.

Jekk tixtieq tittrasferixxi wieħed mill-membri tal-istaff tiegħek minn full-time għal pożizzjoni part-time u hu jirrifjuta, dan ma jagħtikx raġuni valida biex tilliċenzjah.



Liv tal-ġenituri

Impjegati (irġiel u nisa) għandhom id-dritt għal liv tal-ġenituri mat-twelid jew l-adozzjoni ta’ tifel jew tifla - irrispettivament mit-tip tal-kuntratt tagħhom (part-time, full-time, eċċ.).

Ma tistax tilliċenzja membri tal-istaff għaliex huma jitolbu liv tal-ġenituri, jew tittrattahom b’mod anqas favorevoli minn staff ieħor.

Iż-żewġ ġenituri għandhom id-dritt tal-anqas għal 4 xhur liv kull wieħed. Bħala regola ġenerali, l-impjegati ma jistgħux jittrasferixxu dritt ta’ liv tal-ġenituri lil xulxin. Madankollu, xi pajjiżi jistgħu jippermettulhom li tiġi trasferita parti minn dak li għandhom dritt għalih, iżda għal mhux aktar minn 3 xhur.

Skont ir-regoli tal-UE, l-istaff jista’ jieħu liv tal-ġenituri meta jrid sakemm it-tfal jagħlqu tmien snin. Madankollu, dan il-limitu ta’ età jista’ jkun aktar baxx f’xi pajjiżi, skont il-liġi nazzjonali.

Wara li jieħu l-liv tal-ġenituri, impjegat għandu dritt jirritorna għall-istess impjieg. Jekk dan mhux possibbli, ikollok toffrilu impjieg simili skont il-kuntratt tax-xogħol tiegħu.

Jekk impjegati li jkunu qed jirritornaw għax-xogħol jitolbu tibdil temporanju fil-ħinijiet/skemi tax-xogħol tagħhom, inti obbligat li tikkunsidra b’mod xieraq din it-talba u tagħti raġunijiet kummerċjali sodi għal kull rifjut.

Fittex iktar fil-fond, pajjiż, pajjiż:

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Pariri tal-Ewropa Tiegħek  hu sors ta’ pariri esperti dwar kwalunkwe kwistjonijiet li tiltaqa’ magħhom f’pajjiż ieħor tal-UE li jinvolvu l-liġi tal-UE.

Ibgħat email lil organizzazzjoni kummerċjali qrib tiegħek

L-UE tmexxi netwerkDeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski (Enterprise Europe Network) ta' organizzazzjonijiet kummerċjali lokali f'ħafna mill-pajjiżi EwropejEnglish li jista' jkun ta' għajnuna għalik.

Agħżel il-pajjiż u r-raħal tiegħek u daħħal il-mistoqsija tiegħek hawn taħt.

Pajjiż

Ċipru

Nicosia

Franza

Amiens

Annecy

Aulnat

Besançon

Bordeaux

Bourg en Bresse

Caen

Cayenne

Chalons-en-Champagne

Chambéry

Dijon

Fort-de-France

Grenoble

Lille

Limoges

Lyon

Marseille

Marseille

Marseille

Montpellier

Montpellier

Nancy

Nantes

Orléans

Paris

Pointe-à-Pitre

Poitiers

Privas

Rennes

Rouen

Saint-Denis

Saint-Etienne

Strasbourg

Toulouse

Valence

Id-Danimarka

Aalborg

Copenhagen

Herning

Kolding

Viborg

Il-Belġju

Antwerpen

Arlon

Brugge

Brussels

Charleroi

Gent

Hasselt

Leuven

Libramont

Liège

Mons

Namur

Nivelles

Il-Bulgarija

Dobrich

Plovidiv

Ruse

Sandanski

Sofia

Sofia

Stara Zagora

Vratsa

Yambol

Il-Finlandja

Helsinki

Oulu

Tampere

Turku

Vantaa

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Bremenhaven

Chemnitz

Dresden

Düsseldorf

Erfurt

Frankfurt/Oder

Freiburg

Hamburg

Hannover

Kaiserslautern

Kiel

Konstanz

Leipzig

Magdeburg

Mannheim

Mülheim an der Ruhr

München

Potsdam

Reutlingen

Rostock

Saabrücken

Stuttgart

Trier

Ulm

Villingen-Schwenningen

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Heraklion

Ioannina

Kavala

Kozani

Thessaloniki

Tripolis

Volos

Il-Kroazja

Osijek

Rijeka

Split

Varazdin

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Kaunas

Klaipėda

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Nieuwegein

Il-Polonja

Bialystok

Gdańsk

Kalisz

Katowice

Kielce

Konin

Kraków

Lublin

Lublin

Olsztyn

Opole

Poznań

Rzeszów

Szczawno-Zdrój

Szczecin

Szczecin

Toruń

Warsaw

Warsaw

Wroclaw

Zielona Góra

Łódź

Il-Portugall

Aveiro

Braga

Coimbra

Évora

Faro

Funchal

Lisboa

Ponta Delgada

Porto

In-Norveġja

Ås

Oslo

Stavanger

Tromsø

Ir-Renju Unit

Belfast

Bristol

Cambridge

Cardiff

Coventry

Inverness

London

Manchester

Newcastle

Yorkshire and Humber

Ir-Repubblika Ċeka

Brno

Liberec

Ostrava

Ostrava

Pardubice

Plzen

Praha

Usti nad Labem

Ir-Rumanija

Arad

Bacau

Bucuresti

Cluj-Napoca

Constanta

Craiova

Galati

Iasi

Ramnicu Valcea

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Prešov

Is-Slovenja

Koper

Ljubljana

Maribor

L-Awstrija

Feldkirch

Graz

Innsbruck

Klagenfurt

Linz

Salzburg

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Borlänge

Göteborg

Jönköping

Kramfors

Luleå

Malmö

Örebro

Östersund

Stockholm

Umeå

Västerås

Växjö

L-Italja

Abruzzo

Aosta

Apulia

Apulia

Ascoli Piceno

Basilicata

Bologna

Bologna

Cagliari

Calabria

Calabria

Campania

Catania

Catania

Florence

Genova

Gorizia

Milano

Milano

Milano

Molise

Naples

Naples

Palermo

Palermo

Perugia

Pesaro

Pordenone

Ravenna

Rome

Rovereto

Sassari

Sicily

Terni

Torino

Torino

Torino

Trieste

Trieste

Udine

Venezia

Venezia

Venezia

L-Ungerija

Budapest

Debrecen

Győr

Nyíregyháza

Pécs

Szeged

Székesfehérvár

Zalaegerszeg

Malta

Pieta`

Spanja

Albacete

Alicante

Badajoz

Barcelona

Bilbao

Bilbao

Ciudad Real

Donostia- San Sebastian

Ferrol

Las Palmas de Gran Canaria

Llanera

Logroño

Madrid

Murcia

Oviedo

Palma

Pamplona

Paterna (Valencia)

Santa Cruz de Tenerife

Santander

Santiago de Compostela

Sevilla

Toledo

Valencia

Valladolid

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

Daħħal il-messaġġ tiegħek hawn

* qasam obbligatorju (għandek iddaħħal dejta hawn)