Termini ta' impjieg

Meta timpjega l-persunal għandek tagħtihom it-termini ta' impjieg tagħhom bil-miktub. Idealment, għandek tagħtihom it-termini ta' impjieg qabel ma jibdew jaħdmu jew fil-jum meta jibdew jaħdmu. F'xi pajjiżi tal-UE għandek bejn ġimgħa u xahrejn wara l-ewwel jum tax-xogħol biex tagħti t-termini ta' impjieg lill-impjegati ġodda tiegħek.

Il-kuntratti tal-persunal tiegħek, jew dikjarazzjonijiet bil-miktub ekwivalenti li jikkonfermaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol - bħal ittri ta' impenn - għandu jkun fihom minn tal-inqas din l-informazzjoni li ġejja, jew jirreferu għal-liġi rilevanti:

  • il-partijiet għall-kuntratt ta' impjieg (min iħaddem u l-impjegat)
  • il-post tax-xogħol – jekk ma jkunx hemm post fiss tax-xogħol, għandek tenfasizza li l-impjegat se jaħdem f'diversi lokalitajiet u tgħid fejn jinsab reġistrat in-negozju tiegħek
  • it-titlu, il-grad, il-kategorija tax-xogħol jew deskrizzjoni tax-xogħol / speċifikazzjoni qasira tal-kompiti
  • id-data tal-bidu
  • it-tul ta' żmien mistenni tax-xogħol jekk il-kuntratt huwa temporanju
  • in-numru ta' jiem ta' btajjel annwali mħallsin
  • it-tul tal-perjodi ta' avviż għalik u l-impjegat jekk wieħed minnkom jittermina l-kuntratt
  • is-salarju bażiku inizjali, il-frekwenza tal-pagament, u kwalunkwe komponent ieħor ta' remunerazzjoni
  • it-tul tal-jum normali tax-xogħol jew tal-ġimgħa tax-xogħol (sigħat ta' xogħol)
  • ir-regoli ta' kwalunkwe ftehim kollettiv li jirregola l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegat, jekk xieraq.

Għall-btajjel annwali, it-tul tal-perjodi ta' avviż, il-ħin tax-xogħol u r-remunerazzjoni, hu biżżejjed li tirreferi lill-impjegati għal kwalunkwe liġi nazzjonali/reġjonali u dispożizzjoni amministrattiva rilevanti.

Twissija

Xi pajjiżi tal-UE japplikaw skemi ta' xogħol simplifikati għal persunal impjegat għal massimu ta' xahar jew inqas minn 8 sigħat fil-ġimgħa.

Fittex hawn taħt għal aktar informazzjoni nazzjonali dwar skemi simplifikati ta' xogħol li jistgħu jkunu disponibbli f'pajjiżek:

Ħaddiema minn pajjiżi oħra tal-UE: trattament ugwali u ebda permess tax-xogħol

Bħala persuna li timpjega n-nies, għandek dritt li timpjega staff minn kwalunkwe pajjiż tal-UE. Jeħtieġlek tagħti lil dawk li qed ifittxu x-xogħol minn pajjiżi oħrajn tal-UE l-istess trattament mogħti lill-applikanti minn pajjiżek. Ma tistax timponi kriterji diskriminatorji - pereżempju abbażi tan-nazzjonalità - matul il-fażi tar-reklutaġġ. Għandek tipprovdi wkoll lil ċittadini oħrajn tal-UE bl-istess kundizzjonijiet tax-xogħol (salarju, liv annwali mħallas, eċċ.) bħalma toffri liċ-ċittadini ta' pajjiżek. Dawk li qed ifittxu x-xogħol minn pajjiż ieħor tal-UE ma għandhomx bżonn permess tax-xogħol biex jaħdmu f'pajjiż ieħor tal-UE.

Tista' tistaqsi lil dawk li japplikaw għal xogħol minn pajjiżi oħra tal-UE biex juru l-ħiliet lingwistiċi meħtieġa għall-impjieg, iżda l-livell meħtieġ tal-għarfien tal-lingwa għandu jkun raġonevoli għall-kariga.

Tista' ssib għajnuna dwar ir-reklutaġġ madwar l-UE f'EURES - Il-portal Ewropew għall-impjiegi bg .

Jekk in-negozju tiegħek jinsab f'reġjun mal-fruntieri, EURES jista' wkoll jagħtik parir kif għandek timxi amministrattivament ma' kwalunkwe membru tal-istaff tiegħek li jivvjaġġa minn pajjiż ġar.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Il-Konsulent EURES tiegħek

Il-Konsulent EURES tiegħek jista’ jinfurmak kemm dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll jgħinek fil-proċeduri ta’ reklutaġġ f’pajjiżek jew fir-reġjun bejn il-fruntieri tiegħek.

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 08/11/2023
Ikkondividi din il-paġna