Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn
Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaImmarka din il-paġnaAgħżel kuluri li jikkuntrastaw

Termini ta' impjieg

Aġġornat 08/2014

Kuntratti ta' impjieg

Ir-regoli tal-UE jistabbilixxu l-obbligi tiegħek dwar l-informazzjoni li jeħtieġlek tipprovdi lill-istaff tiegħek rigward il-kuntratti ta' impieg.

F'xi pajjiżi tal-UE li jinsabu hawn taħt ir-regoli jistgħu ma japplikawx għall-impjegati li jaħdmu għalik massimu ta' xahar jew għall-impjegati li jaħdmu anqas minn 8 sigħat fil-ġimgħa.

Obbligi ta' informazzjoni

Trid tipprovdi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja lill-impjegati meta jiġu jaħdmu miegħek l-ewwel darba:

  • partijiet tal-kuntratt tal-impjieg
  • post tax-xogħol - jekk ma jkunx hemm post fiss tax-xogħol, għandek tenfasizza li l-impjegat se jaħdem f'diversi lokalitajiet u tgħid fejn jinsab reġistrat in-negozju tiegħek
  • titlu, grad, kategorija tax-xogħol jew speċifikazzjoni/deskrizzjoni qasira
  • data tal-bidu
  • tul ta' żmien mistenni tar-relazzjoni ta' impjieg, jekk il-kuntratt huwa temporanju
  • għadd ta' vaganzi annwali bi ħlas
  • tul tal-perjodi tan-notice għalik u l-impjegat jekk wieħed minnkom jittermina l-kuntratt
  • salarju bażiku inizjali, kwalunkwe komponenti oħra ta' remunerazzjoni, il-frekwenza tal-ħlas
  • tul tal-jum normali tax-xogħol jew tal-ġimgħa tax-xogħol
  • regoli ta' kwalunkwe ftehim kollettiv li fuqu jimxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiem, jekk xieraq.

Għall-vaganzi annwali, it-tul tal-perjodi ta' notice, il-ħin tax-xogħol u r-remunerazzjoni, hu biżżejjed li tirreferi lill-impjegati għal xi liġijiet u dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti.

Jekk l-impjegati tiegħek se jintalbu jaħdmu f'pajjiż differenti (ara "Kollokament f'pajjiż barrani"), għandek ukoll tinfurmahom minn qabel dwar dan li ġej:

  • tul ta' żmien tal-impjieg barra mill-pajjiż
  • valuta li għandha tintuża għall-ħlas tas-salarju tagħhom
  • kwalunkwe allowances li se jkunu eliġibbli għalihom fil-pajjiż barrani
  • kundizzjonijiet rigward ir-ritorn tagħhom.

Tipprovdi informazzjoni - sa meta u kif?

Jeħtieġlek tagħti l-informazzjoni ta' hawn fuq lill-impjegati ġodda bil-miktub mhux aktar tard minn xahrejn wara li jibdew jaħdmu miegħek.

L-informazzjoni tista' tieħu forma ta':

  • kuntratt ta' xogħol bil-miktub
  • ittra ta' rbit
  • dokument jew aktar bil-miktub li jkun fiha/hom l-informazzjoni ta' hawn fuq.

Modifika ta' relazzjonijiet ta' impjieg

Għandek tinforma lill-impjegati bil-miktub dwar kull bidla fil-kuntratti tax-xogħol tagħhom mhux aktar tard minn xahar wara d-data li fiha l-bidla tidħol fis-seħħ. Jekk il-bidla hi neċessarja minħabba bidla fil-liġijiet jew dispożizzjonijiet amministrattivi, m'hemmx bżonn ta' dokument bil-miktub li jimmodifika l-kuntratt oriġinali.

Informa u kkonsulta mal-istaff tiegħek

Jekk il-kumpanija tiegħek għandha aktar minn 50 impjegat (jew 20 jekk hi unità ta' negozju akbar), inti obbligat legalment li tinfurmahom dwar:

  • żviluppi reċenti u futuri probabbli fl-attivitajiet u fis-sitwazzjoni ekonomika tal-kumpanija
  • sitwazzjoni tal-impjieg
  • bidliet sostanzjali probabbli fil-mod ta' kif ix-xogħol hu organizzat jew fir-relazzjonijiet kuntrattwali

Għandek ukoll tiżgura li tagħti l-informazzjoni fil-ħin biex ir-rappreżentanti tal-impjegati jippreparaw għal konsultazzjoni uffiċjali miegħek dwar kwistjonijiet relatati.

Ir-rappreżentanti tal-impjegati (jew kwalunkwe espert li jassistihom) huma pprojbiti bil-liġi milli jikxfu mal-istaff kwalunkwe informazzjoni li tingħatalhom b'mod kunfidenzjali

 

 

Kemm jista' jdum jaħdem l-istaff tiegħek?

 

 

Jekk inti tħaddem staff, jeħtieġlek tkun taf ir-regoli bażiċi dwar il-ħinijiet tax-xogħol. Dawn ir-regoli jkopru kemm il-perjodi minimi ta' mistrieħ ta' kuljum u ta' kull ġimgħa, kif ukoll il-liv annwali u l-ħin tax-xogħol massimu ta' kull ġimgħa. Il-pajjiżi tal-UE għandhom ukoll l-għażla li japplikaw regoli li huma aktar favorevoli.

Ħin massimu ta' xogħol fil-ġimgħa, serħan ta' kull ġimgħa u ta' kuljum

Bħala persuna li timpjega lil ħaddieħor, għandek tiżgura li l-ħin medju tax-xogħol kull ġimgħa għall-istaff tiegħek - inkluża s-sahra, ma għandux jaqbeż it-48 siegħa. L-impjegati tiegħek għandhom jistrieħu għal mill-anqas 11-il siegħa konsekuttiva kuljum. Ma' dan, fi kwalunkwe 7 ijiem jeħtieġlek tagħti wkoll lill-istaff tiegħek mill-anqas 24 siegħa ta' serħan bla interruzzjoni.

Brejks, liv annwali

Jekk l-istaff tiegħek jaħdem aktar minn 6 sigħat kuljum, għandek tiżgura li dan jingħata brejk (it-tul ta' żmien speċifikat fil-ftehimiet kollettivi jew mil-liġi nazzjonali).

Lil hinn mill-perjodi ta' mistrieħ ta' kuljum u ta' matul il-ġimgħa kull ħaddiem għandu dritt għal mill-anqas erba' ġimgħat ta' vaganzi mħallsa kull sena. Ma tistax tissostitwixxi dawn il-btajjel bi ħlas, sakemm ma tkunx intemmet ir-relazzjoni tal-impjieg qabel mal-membru tal-istaff ma jkun ħa l-liv kollu annwali tiegħu.

Xogħol ta' billejl

Xogħol ta' billejl tal-anqas hu xift ta' 7 sigħat, mill-anqas 3 sigħat minnhom iridu jkunu bejn nofsillejl u l-ħamsa ta' filgħodu.

Il-ħaddiema ta' billejl ma jistgħux jaħdmu aktar minn 8 sigħat kull 24 siegħa bħala medja. Jekk ix-xogħol jinvolvi perikolu speċjali jew strapazz fiżiku jew mentali, il-limitu ta' kuljum ta' 8 sigħat ma jistax jinqabeż.

Il-ħaddiema ta' billejl għandhom dritt għal eżami tas-saħħa bla ħlas qabel ma jibdew xogħol ta' billejl u huma intitolati għal verifika tas-saħħa regolari bla ħlas (li għandha tirrispetta l-kunfidenzjalità medika). Jekk il-ħaddiema ta' billejl tiegħek isofru minn problemi tas-saħħa relatati mal-fatt li jaħdmu l-iljieli, għandhom jiġu trasferiti kull meta jkun possibbli lejn xogħol ta' matul il-jum.

Meta s-sigħat tax-xogħol ma jiġux imkejla jew predeterminati, bħal fil-każ tal-eżekuttivi amministraturi jew ħaddiema tal-familja, l-obbligi tal-ħin tax-xogħol jistgħu ma japplikawx.

Aktar eżenzjonijiet mir-regoli huma possibbli fl-oqsma li ġejjin:

  • sigurtà u sorveljanza
  • industriji fejn ix-xogħol ma jistax jitwaqqaf għal raġunijiet tekniċi
  • trasport ferrovjarju
  • agrikultura
  • turiżmu

Ħaddiema bi skariġġ

Ħaddiema bi skariġġ huma membri tal-istaff li joperaw servizzi tat-trasport għall-passiġġieri jew għall-merkanzija permezz tat-toroq, il-ferrovija, l-ajru jew il-kanali tat-tbaħħir. Il-ħin tax-xogħol tagħhom  hu regolat b'mod differenti.

Impjegar taż-żgħażagħ

Jekk tixtieq timpjega żgħażagħ, l-età minima tal-impjieg hi ta' 15 -il sena (ogħla fejn it-tagħlim obbligatorju fi skola full time jkompli wara l-età ta' 15).

Żgħażagħ taħt 15-il sena jistgħu jiġu impjegati f'attivitajiet kulturali, artistiċi, sportivi jew attivitajiet ta' reklamar b'awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.

Tfal li għandhom tal-anqas 14-il sena (iżda għadhom mhumiex ta' 15-il sena) jistgħu jaħdmu wkoll bħala parti minn skema ta' xogħol/taħriġ jew skema ta' esperjenza ta' xogħol. Tfal li għandhom tal-anqas 14-il sena (f'ċerti każijiet 13-il sena) jistgħu wkoll iwettqu xogħol ħafif. Ir-regoli dwar il-ħin tax-xogħol, xogħol ta' billejl, u l-bqija huma pjuttost stretti għaż-żgħażagħ. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jistabbilixxu regoli aktar stretti mir-rekwiżiti minimi pdf български (bg)czech (cs)dansk (da)Deutsch (de)eesti (et)ελληνικά (el)English (en)español (es)Français (fr)Gaeilge (ga)italiano (it)latviešu (lv)lietuvių (lt)magyar (hu)Nederlands (nl)polski (pl)português (pt)română (ro)slovenčina (sk)slovenščina (sl)suomi (fi)svenska (sv) [718 KB] .

Fittex iktar fil-fond, pajjiż, pajjiż:

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Konsulent EURES tiegħek

Il-Konsulent EURES tiegħek jista' jinfurmak kemm dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol kif ukoll jgħinek fil-proċeduri ta' reklutaġġ f'pajjiżek jew fir-reġjun bejn il-fruntieri tiegħek.

Pariri tal-Ewropa Tiegħek

Pariri tal-Ewropa Tiegħek hu sors ta’ pariri esperti dwar kwalunkwe kwistjonijiet li tiltaqa’ magħhom f’pajjiż ieħor tal-UE li jinvolvu l-liġi tal-UE.

Ibgħat email lil organizzazzjoni kummerċjali qrib tiegħek

L-UE tmexxi netwerkDeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski (Enterprise Europe Network) ta' organizzazzjonijiet kummerċjali lokali f'ħafna mill-pajjiżi EwropejEnglish li jista' jkun ta' għajnuna għalik.

Agħżel il-pajjiż u r-raħal tiegħek u daħħal il-mistoqsija tiegħek hawn taħt.

Pajjiż

Ċipru

Nicosia

Franza

Amiens

Annecy

Aulnat

Besançon

Bordeaux

Bourg en Bresse

Caen

Cayenne

Chalons-en-Champagne

Chambéry

Dijon

Fort-de-France

Grenoble

Lille

Limoges

Lyon

Marseille

Marseille

Marseille

Montpellier

Montpellier

Nancy

Nantes

Orléans

Paris

Pointe-à-Pitre

Poitiers

Privas

Rennes

Rouen

Saint-Denis

Saint-Etienne

Strasbourg

Toulouse

Valence

Id-Danimarka

Aalborg

Copenhagen

Herning

Kolding

Viborg

Il-Belġju

Antwerpen

Arlon

Brugge

Brussels

Charleroi

Gent

Hasselt

Leuven

Libramont

Liège

Mons

Namur

Nivelles

Il-Bulgarija

Dobrich

Plovidiv

Ruse

Sandanski

Sofia

Sofia

Stara Zagora

Vratsa

Yambol

Il-Finlandja

Helsinki

Oulu

Tampere

Turku

Vantaa

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Bremenhaven

Chemnitz

Dresden

Düsseldorf

Erfurt

Frankfurt/Oder

Freiburg

Hamburg

Hannover

Kaiserslautern

Kiel

Konstanz

Leipzig

Magdeburg

Mannheim

Mülheim an der Ruhr

München

Osnabrück

Potsdam

Reutlingen

Rostock

Saabrücken

Stuttgart

Trier

Ulm

Villingen-Schwenningen

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Heraklion

Ioannina

Kavala

Kozani

Thessaloniki

Tripolis

Volos

Il-Kroazja

Osijek

Rijeka

Split

Varazdin

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Kaunas

Klaipėda

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Nieuwegein

Il-Polonja

Bialystok

Gdańsk

Kalisz

Katowice

Kielce

Konin

Kraków

Lublin

Lublin

Olsztyn

Opole

Poznań

Rzeszów

Szczawno-Zdrój

Szczecin

Szczecin

Toruń

Warsaw

Warsaw

Wroclaw

Zielona Góra

Łódź

Il-Portugall

Aveiro

Braga

Coimbra

Évora

Faro

Funchal

Lisboa

Ponta Delgada

Porto

In-Norveġja

Ås

Oslo

Stavanger

Tromsø

Ir-Renju Unit

Belfast

Bristol

Cambridge

Cardiff

Coventry

Inverness

London

Manchester

Newcastle

Yorkshire and Humber

Ir-Repubblika Ċeka

Brno

Liberec

Ostrava

Ostrava

Pardubice

Plzen

Praha

Usti nad Labem

Ir-Rumanija

Arad

Bacau

Bucuresti

Cluj-Napoca

Constanta

Craiova

Galati

Iasi

Ramnicu Valcea

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Prešov

Is-Slovenja

Koper

Ljubljana

Maribor

L-Awstrija

Feldkirch

Graz

Innsbruck

Klagenfurt

Linz

Salzburg

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Borlänge

Göteborg

Jönköping

Kramfors

Luleå

Malmö

Örebro

Östersund

Stockholm

Umeå

Västerås

Växjö

L-Italja

Abruzzo

Aosta

Apulia

Apulia

Ascoli Piceno

Basilicata

Bologna

Bologna

Cagliari

Calabria

Calabria

Campania

Catania

Catania

Florence

Genova

Gorizia

Milano

Milano

Milano

Molise

Naples

Naples

Palermo

Palermo

Perugia

Pesaro

Pordenone

Ravenna

Rome

Rovereto

Sassari

Sicily

Terni

Torino

Torino

Torino

Trieste

Trieste

Udine

Venezia

Venezia

Venezia

L-Ungerija

Budapest

Debrecen

Győr

Nyíregyháza

Pécs

Szeged

Székesfehérvár

Zalaegerszeg

Malta

Pieta`

Spanja

Albacete

Alicante

Badajoz

Barcelona

Bilbao

Bilbao

Ciudad Real

Donostia-San Sebastian

Ferrol

Las Palmas de Gran Canaria

Llanera

Logroño

Madrid

Murcia

Oviedo

Palma

Pamplona

Paterna (Valencia)

Santa Cruz de Tenerife

Santander

Santiago de Compostela

Sevilla

Toledo

Valencia

Valladolid

Vitoria-Gazteiz

Zaragoza

Daħħal il-messaġġ tiegħek hawn

* qasam obbligatorju (għandek iddaħħal dejta hawn)