Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 14/07/2017

Talbiet Żgħar

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Għal xiex tintuża?

Tista' tuża l- Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar biex tagħmel talba kontra:

  • negozju ieħor
  • organizzazzjoni
  • konsumatur

Il-proċedura tkopri talbiet sa €5,000 (mingħajr spejjeż) fi kwalunkwe pajjiż tal-UE minbarra d-Danimarka.

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija alternattiva għall-proċeduri nazzjonali. Sentenza għal din il-proċedura hija rikonoxxuta u infurzabbli fi Stat Membru ieħor tal-UE u ma tistax tiġi kkontestata (sakemm ma jkunx hemm inkonsistenzi ma' sentenza eżistenti fil-pajjiż l-ieħor tal-UE bejn l-istess partijiet).

Vantaġġi:

  • m'għandekx għalfejn tqabbad avukat biex tibda Proċedura għal Talbiet Żgħar
  • it-talba għandha tiġi solvuta aktar malajr
  • il-proċedura hija aktar sempliċi, speċjalment għal talbiet transkonfinali

Kemm se jqum flus dan kollu?

Normalment ikollok tħallas tariffa tal-qorti . Tirċievi rimborż jekk tirbaħ il-każ tiegħek.

F'każijiet transkonfinali, jaf ikollok tħallas ukoll għat-traduzzjoni tal-formoli. Tirċievi rimborż ta' dawn l-ispejjeż jekk tirbaħ il-każ tiegħek.

Kif taħdem il-proċedura tat-talba?

Tista' tagħmel talba billi tuża l- formoli għal talbiet żgħar .

  1. Imla l- Formola AEnglish u ibgħatha lill- qorti li għandha ġuriżdizzjoni fuq it-talba. Dan jista' jkun fil-pajjiż fejn huwa stabbilit in-negozju tiegħek jew fil-pajjiż l-ieħor tal-UE kkonċernat.
  2. Ladarba l-qorti tirċievi l-formola tal-applikazzjoni għandha timla l-parti tal- formola tat-tweġibaEnglish.
  3. Il-qorti tista' titolbok timla l- formola BEnglish jekk tqis li għandek iżżid aktar informazzjoni.
  4. Fi żmien 14-il jum minn meta tirċievi l-formola tal-applikazzjoni, il-qorti għandha tgħaddi kopja tagħha, flimkien mal-formola tat-tweġiba, lill-konvenut.
  5. Il-konvenut irid jimla l-parti tiegħu tal- formola tat-tweġibaEnglish fi żmien 30 jum.
  6. Il-qorti għandha tibgħatlek kopja ta' kwalunkwe tweġiba fi żmien 14-il jum.
  7. Il-qorti għandha 30 jum wara li tirċievi t-tweġiba tal-konvenut (jekk ikun il-każ) biex:
  • tagħti sentenza dwar it-talba żgħira
  • titlob aktar dettalji bil-miktub mingħand kwalunkwe waħda mill-partijiet (inti jew il-konvenut)
  • issejjaħ il-partijiet għal seduta orali (għas-seduti orali l-ebda avukat ma jkun preżenti)

Ir-riżultat tat-talba u l-infurzar

L-awtoritajiet tal-infurzar jimplimentaw id-deċiżjoni billi jsegwu r-regoli nazzjonali.

Qorti tista' biss tirrifjuta li tinforza s-sentenza jekk din tkun inkompatibbli ma' sentenza preċedenti bejn il-kumpanija tiegħek u l-konvenut dwar l-istess kwistjoni.

Is-sentenza se tkun valida għall-pajjiżi kollha tal-UE, ħlief għad-Danimarka.

Tgħallem aktar dwar il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Tista' taqra aktar dwar kif tagħmel talba fil- gwida għall-utentEnglish komprensiva.

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn. Biex tgħin lill-konsulent fiż-żona lokali tiegħek jirrispondi fil-ħin u b’mod korrett, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni kollha possibbli.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

IvaLE

Ċipru

Nicosia

Franza

Blagnac Cedex

Caen

Dijon

Guadeloupe, Martinique

Lille

Lyon

Paca

Paris, Ile-de-France, Centre, Nouvelle-Calédonie, Polynésie

Rennes

Saint-Denis

Id-Danimarka

Copenhagen

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Sofia

Il-Finlandja

Helsinki

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Erfurt

Hannover

Kiel

Leipzig

Magdeburg

Mainz

Mülheim an der Ruhr

München

Rostock

Stuttgart

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Oslo

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

Ir-Rumanija

Baciu Cluj

Bucuresti

Constanta

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Is-Slovenja

Ljubljana

Iżlanda

Reykjavík

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Stockholm

L-Italja

Firenze (Toscana, Umbria, Marche)

Milano (Lombardia, Emilia Romagna)

Napoli (Abruzzo, Calabria, Campania, Basilicata, Molise, Puglia, Sicilia)

Roma (Lazio, Sardegna)

Torino (Piemonte, Liguria, Valle d’Aosta)

Venezia (Veneto, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia)

L-Ungerija

Budapest

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.

Għajnuna u pariri

Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Sib soluzzjoni ta’ tilwin mal-fornituri jew mal-klijenti minn pajjiż ieħor tal-UE, għal talbiet li jammontaw għal EUR 2 000.