Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 13/06/2017

Soluzzjoni għat-tilwim

Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim

Jekk għandek nuqqas ta' ftehim ma' konsumatur u tixtieq tevita proċedura tal-qorti, is-Soluzzjoni Alternattiva għat-TilwimEnglish għandha mnejn tkun l-għażla tiegħek. Meta mqabbla ma' li tmur il-qorti, is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim spiss hi aktar malajr, eħfef u irħas. Dan it-terminu jiddeskrivi l-modi differenti kollha għas-soluzzjoni ta' lment li ma jinvolvux li wieħed imur il-qorti. Jista' jkun li tafha bħala "medjazzjoni", "konċiljazzjoni", "arbitraġġ", "ombudsman" jew "bord tal-ilmenti".

Jew int jew il-konsumatur jitlob terza parti newtrali biex tintervieni u taġixxi bħala intermedjarju bejnhom u bejnek; din it-terza parti hi msejħa korp tas-soluzzjoni għat-tilwim. Dan il-korp jista' jissuġġerixxi soluzzjoni għall-ilment, jimponi soluzzjoni fuq iż-żewġ partijiet jew sempliċement ilaqqagħhom flimkien biex jiddiskutu kif tista' tinstab soluzzjoni.

Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, il-korpi tas-soluzzjoni għat-tilwim huma evalwati mill-Istati Membri u għandhom jissodisfaw għadd ta' rekwiżiti ta' kwalità li jiggarantixxu li joperaw b'mod effettiv, ġust, imparzjali, indipendenti u trasparenti meta jittrattaw it-tilwim tiegħek. Jintlaħaq normalment riżultat fi żmien 90 ġurnata.

Għandek aċċess għal dawn il-korpi tat- tilwim kuntrattwali kollu li jista' jkollok mal-klienti tiegħek fil-pajjiżi tal-UE kollha. Sib korp tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim f'pajjiżek.

Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim tista' tiffrankalek l-ispejjeż tal-litigazzjoni u tiffaċilita l-bejgħ ta' oġġetti u servizzi f'pajjiżek jew barra minn pajjiżek, onlajn jew offlajn. Tista' tgħinek ukoll biex tinżamm ir-reputazzjoni tan-negozju u relazzjonijiet tajba mal-konsumatur tiegħek.

Soluzzjoni Onlajn għat-Tilwim

Din il-pjattaforma hi biss għal tilwim bejn in-Negozji u l-Konsumaturi.

Jekk għandek tilwima ma' konsumatur dwar xiri onlajn u tixtieq tevita proċedura l-qorti, il-pjattaforma tas-soluzzjoni onlajn għat-tilwim tista' tkun l-għodda adatta għalik biex tikseb soluzzjoni malajr u ekonomika. Tista' tuża din il-pjattaforma biex tagħmel ilment dwar klijent (p.e. nuqqas ta' ħlas) jew il-klijent tiegħek jista' jużaha biex jagħmel ilment dwarek.

Dan is-sit web interattiv hu disponibbli bil-lingwi tal-UE kollha u hu bla ħlas. Wieħed mill-korpi tas-soluzzjoni għat-tilwim li huma rreġistrati mal-pjattaforma jirċievi u jittratta t-tilwima tiegħek. Il-proċeduri kollha jsiru onlajn.

Tista' tiddawnlowdja infografika għal ħarsa ġenerali dwar kif taħdem il-pjattaforma tas-Soluzzjoni Onlajn għat-Tilwim u l-obbligi tiegħek bħala negozjant.

Liema proċedura għandi nsegwi?

Jekk ilment jiġi sottomess permezz tal- pjattaforma tas-soluzzjoni onljan għat-tilwim int u l-klijent tiegħek jeħtiġilkom li taqblu dwar il- korp tas-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim li għandu jittratta l-ilment. Kun af, li kull korp tas-soluzzjoni għat-tilwim għandu l-proċeduri tiegħu, li possibbilment jinkludu ħlas.

Waqt li t-tilwima tkun qed tiġi pproċessata, il-korp tas-soluzzjoni għat-tilwim jista' jikkuntattjak biex jitolbok biex tagħti aktar informazzjoni jew dokumenti jew biex jistiednek għal laqgħa.

Tista' taħtar rappreżentant biex jassistik. Dan ifisser li qed tistaqsi lil xi ħadd ieħor iressaq l-ilment jew isegwi l-każ f'ismek.

Fi kwalunkwe stadju tal-proċedura tista' titlob informazzjoni jew għajnuna. Hemm punt ta' kuntatt nazzjonali f'kull pajjiż tal-UE li jista' jgħinek rigward l-ilment tiegħek.

Kun af li ċerti punti ta' kuntatt jistgħu jgħinuk biss f'tilwim transkonfinali.

Illinkjar mal-pjattaforma ta' soluzzjoni onlajn għat-tilwim (ODR)

Jekk tinnegozja onlajn jeħtieġlek tipprovdi link dirett għall-pjattaforma tal-ODR mis-sit web tiegħek. Barra minn hekk, l-indirizz tal-email tiegħek għandu jkunu jidher b'mod ċar fuq is-sit web tiegħek.

Meta obbligat (bil-liġi, bi skema ta' sħubija jew ta' kuntratt) li tuża korp speċifiku ta' soluzzjoni għat-tilwim, jeħtieġlek:

  • tinforma lill-konsumaturi — permezz tas-sit web tiegħek — dwar dan il-korp ta' soluzzjoni għat-tilwim u tinkludih ukoll fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħek;
  • tinforma lill-konsumaturi dwar il-pjattaforma tal-ODR fit-termini u l-kundizzjonijiet tiegħek u fl-offerti tal-emails tiegħek.

Għandek l-opzjoni li tillinkja mal-pjattaforma tal-ODR billi tuża l- banners tal-webEnglish tagħna.

 

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn. Biex tgħin lill-konsulent fiż-żona lokali tiegħek jirrispondi fil-ħin u b’mod korrett, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni kollha possibbli.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

IvaLE

Ċipru

Nicosia

Franza

Blagnac Cedex

Caen

Dijon

Guadeloupe, Martinique

Lille

Lyon

Paca

Paris, Ile-de-France, Centre, Nouvelle-Calédonie, Polynésie

Rennes

Saint-Denis

Id-Danimarka

Copenhagen

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Sofia

Il-Finlandja

Helsinki

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Erfurt

Hannover

Kiel

Leipzig

Magdeburg

Mainz

Mülheim an der Ruhr

München

Rostock

Stuttgart

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Oslo

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

Ir-Rumanija

Baciu Cluj

Bucuresti

Constanta

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Is-Slovenja

Ljubljana

Iżlanda

Reykjavík

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Stockholm

L-Italja

Firenze (Toscana, Umbria, Marche)

Milano (Lombardia, Emilia Romagna)

Napoli (Abruzzo, Calabria, Campania, Basilicata, Molise, Puglia, Sicilia)

Roma (Lazio, Sardegna)

Torino (Piemonte, Liguria, Valle d’Aosta)

Venezia (Veneto, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia)

L-Ungerija

Budapest

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.

Għajnuna u pariri

Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Sib soluzzjoni ta’ tilwin mal-fornituri jew mal-klijenti minn pajjiż ieħor tal-UE, għal talbiet li jammontaw għal EUR 2 000.

L-Ombudsman Ewropew

Ressaq ilment dwar istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-UE.