Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 23/08/2017

Pagamenti tard

Skont il-liġi tal-UE, meta l-klijenti tan-negozju jħallsu l-invojsis tagħhom tard, jistgħu jintalbu imgħax fuq pagament tard.

Dan japplika għat-tranżazzjonijiet kummerċjali kollha ma' negozji oħrajn (inklużi kummerċjanti uniċi, bil-kundizzjoni li qed jaġixxu waqt l-attività ekonomika jew professjonali indipendenti tagħhom) u l-awtoritajiet pubbliċi.

Kundizzjonijiet:

  • Trid tkun issodisfajt l- obbligi kuntrattwali u legali tiegħek
  • Il-klijent hu responsabbli għad-dewmien (jiġifieri, li ma jkunx minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu).

Ma tistax titlob imgħax fuq pagament tard:

  • fi tranżazzjonijiet ma' konsumaturi;
  • jekk l-invojs hi għal pagamenti ta' kumpens għal danni (pereżempju minn kumpaniji tal-assigurazzjoni)

Fil- pajjiżi tal-UE, il-pagamenti ta' mgħaxijet tard ma japplikawx jekk il- klijent ikun fil-proċess ta' proċedimenti ta' insolvenza.

Meta pagament jitqies tard?

Limitu ta' żmien fiss għall-pagament

Tista' titlob imgħax mill- ewwel jum wara d-data preskritta.

  • Jekk il-klijent tiegħek hu awtorità pubblika, trid titħallas fi żmien 30 jum kalendarju.
  • Jekk il-klijent tiegħek hu kumpanija oħra, il-perjodu għall-pagament stabbilit fil-kuntratt ma jistax jaqbeż 60 jum kalendarju, sakemm ma tkunux espressament qbiltu mod ieħor u jekk dan ma jkunx inġust għalik bħala kreditur.

Perjodu għall-pagament mhux iffissat fil-kuntratt

L-imgħax ikun awtomatikament pagabbli 30 jum kalendarju wara li tasal l- invojs jew it-talba ta' pagament.

Jekk ma tafx meta ġiet riċevuta l-invojs, tista' titlob imgħaxijiet 30 jum kalendarju wara li pprovdejtis-servizz u/jew prodotti tiegħek.

Jekk tibgħat l- invojs lill-klijent qabel ma tipprovdi s-servizz u/jew prodott tiegħek, il-perjodu jibda biss wara l-kunsinna.

Imgħax fuq pagament tard

Ir-rata tal-imgħax statutorja għall-pagamenti tard tinkludi s- somma tar- rata ta' referenza u ta' rata addizzjonali stabbilita minn kull pajjiż individwali (minimu 8%). L-awtoritajiet pubbliċi mhumiex permessi jiffissaw rati tal-imgħax aktar baxxi. Għall-talbiet B2B — jekk ebda ftehim ma jintlaħaq — jiġi applikat l-imgħax statutorju għal pagament tard.

Rata ta' mgħax statutorja (%/sena)

Stat Membru L-1 ta' Lulju 2017 - il-31 ta' Diċembru 2017 Mill-1 ta' Jannar 2017 sat-30 ta' Ġunju 2017 L-1 ta' Lulju 2016 - il-31 ta' Diċembru 2016
L-Awstrija 8.58 8.58 8.58
Il-Belġju 8.00 8.00 8.00
Il-Bulgarija 10.00 10.00 10.00
Ċipru 8.00 8.00 8.00
Id-Danimarka 8.05 8.05 8.05
L-Estonja 8.05 8.05 8.05
Il-Finlandja 8.00 8.00 8.00
Franza 8.00 8.00 8.00
Il-Ġermanja 8.12 8.12 8.12
Il-Greċja 8.00 8.00 8.00
L-Irlanda 8.00 8.00 8.00
L-Italja 8.00 8.00 8.00
L-Iżvezja 7.50 7.50 7.50
Il-Kroazja 9.41 9.68 9.88
Il-Latvja 8.00 8.00 8.00
Il-Litwanja 8.00 8.00 8.00
Il-Lussemburgu 8.00 8.00 8.00
Malta 8.00 8.00 8.00
In-Netherlands 8.00 8.00 8.00
Il-Polonja 9.50 9.50 9.50
Il-Portugall 8.00 8.00 8.00
Ir-Renju Unit 8.25 8.25 8.50
Ir-Repubblika Ċeka 8.05 8.05 8.05
Ir-Rumanija 9.75 9.75 9.75
Is-Slovakkja 8.00 8.00 8.00
Is-Slovenja 8.00 8.00 8.00
Spanja 8.00 8.00 8.00
L-Ungerija 8.90 8.90 8.90
  • Ir- rata ta' referenza fiż-żona tal-euro hi r- rata ta' rifinanzjament ewlenjaEnglish tal-Bank Ċentrali Ewropew.
  • Ir-rata ta' referenza (ir-rata ta' mgħax li l-banek jeħtiġilhom iħallsu meta jissellfu l-flus mill-bank ċentrali tagħhom) għall-pajjiżi tal-UE li mhumiex jużaw l-euro hi stabbilita mill-banek ċentrali nazzjonali.

Fiż-żewġ każijiet, ir- rati ta' referenza (ippubblikati fl-1 ta' Jannar u fl-1 ta' Lulju ta' kull sena huma validi għat-tranżazzjonijiet kollha għas-6 xhur li jmiss wara l-pubblikazzjoni. Pereżempju, jekk l-invojs mhix imħallsa kienet dovuta fil-15 ta' Marzu, ir-rata ta' referenza valida tkun dik stabbilita fl-1 ta' Jannar.

 

Kalkulatur tal-imgħax

Agħżel pajjiżek
Ammont dovut
Ġranet wara d-data ta' skadenza tal-pagament
Ammont totali pagabbli (inkluż l-imgħax):   

Biex jgħinu jipproteġu lill-SMEs u n-negozji fit-tranżazzjonijiet kummerċjali ma' negozji jew awtoritajiet pubbliċi, l-intrapriżi jistgħu attwalment jisfidaw b'mod aktar faċli termini u prattiki sfaċċatament inġusti quddiem il-qrati nazzjonali.

Kumpens għall-ispejjeż ta' rkupru

Barra mill-imgħax dovut, int awtomatikament intitolat għal somma fissa minima ta' EUR 40 bħala kumpens għall-ispejjeż ta' rkupru. (F'ċerti pajjiżi tal-UE l-ammont jista' jkun akbar, ikkalkulat skont il-valur tal-invojs). Int intitolat ukoll li takkwista aktar kumpens raġonevoli mid-debitur għal kwalunkwe spiża ta' rkupru li taqbeż is-somma fissa u li saret minħabba pagament tard (p.e. miżati lil-avukat/lill-aġenzija tal-ġbir tad-dejn).

Ħelpdesk elettronika għall-Pagamenti Tard

Għal aktar informazzjoni dwar pagament tard  tista' tikkuntattja l-Ħelpdesk elettronika: GROW-LATE-PAY-E-DESK@ec.europa.euEnglish

Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-kumpaniji u liċ-ċittadini biex jaqsmu informazzjoni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva f'pajjiżhom stess, u li jibagħtu kwalunkwe evidenza ta' problemi esperjenzati meta japplikaw id-drittijiet mogħtija bid-Direttiva.

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn. Biex tgħin lill-konsulent fiż-żona lokali tiegħek jirrispondi fil-ħin u b’mod korrett, jekk jogħġbok ipprovdi l-informazzjoni kollha possibbli.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

IvaLE

Ċipru

Nicosia

Franza

Blagnac Cedex

Caen

Dijon

Guadeloupe, Martinique

Lille

Lyon

Paca

Paris, Ile-de-France, Centre, Nouvelle-Calédonie, Polynésie

Rennes

Saint-Denis

Id-Danimarka

Copenhagen

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Sofia

Il-Finlandja

Helsinki

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Erfurt

Hannover

Kiel

Leipzig

Magdeburg

Mainz

Mülheim an der Ruhr

München

Rostock

Stuttgart

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Oslo

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

Ir-Rumanija

Baciu Cluj

Bucuresti

Constanta

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Is-Slovenja

Ljubljana

Iżlanda

Reykjavík

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Stockholm

L-Italja

Firenze (Toscana, Umbria, Marche)

Milano (Lombardia, Emilia Romagna)

Napoli (Abruzzo, Calabria, Campania, Basilicata, Molise, Puglia, Sicilia)

Roma (Lazio, Sardegna)

Torino (Piemonte, Liguria, Valle d’Aosta)

Venezia (Veneto, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia)

L-Ungerija

Budapest

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.

Għajnuna u pariri

Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Sib soluzzjoni ta’ tilwin mal-fornituri jew mal-klijenti minn pajjiż ieħor tal-UE, għal talbiet li jammontaw għal EUR 2 000.