Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn
Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaImmarka din il-paġnaAgħżel kuluri li jikkuntrastaw

Bejgħ mill-bogħod

Aġġornat 03/2013

Il-bejgħ mill-bogħod - bit-telefown jew bl-internet - joffri bosta vantaġġi, iżda jinvolvi wkoll ċerti obbligi.

X’kuntratti jgħoddu bħala “bejgħ mill-bogħod”?

Il-“bejgħ mill-bogħod” isir meta ma tarax il-klijent tiegħek wiċċ imb wiċċ meta, pereżempju, tbigħ jew tirċievi ordnijiet:

  • fuq l-internet
  • fuq it-telefown, b'interazzjoni umana jew le
  • bl-email
  • bil-faks
  • b'ittra standard.

Ir-regoli għall-bejgħ mill-bogħod ma japplikawx għal:

  • prodotti mibjugħa f’magni awtomatiċi tal-bejgħ jew bl-irkant
  • ikel u xorb għall-konsum ta’ kuljum
  • akkomodazzjoni, trasport, kejtering u servizzi ta’ divertiment (bil-kundizzjoni li timpenja ruħek li tipprovdi dawn is-servizzi f’data speċifika jew fi żmien perjodu speċifiku).

Il-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti finanzjarji, tal-assigurazzjoni u ta’ prodotti u servizzi ta’ investiment hu soġġett għal regoli separati.

X’inhuma l-obbligi tiegħek?

  • Trid tipprovdi l-informazzjoni lill-klijenti tiegħek qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt
  • Trid tibgħat konferma bil-miktub lill-klijenti tiegħek
  • Trid tippermetti lill-klijenti tiegħek jirtiraw mill-kuntratt
  • Trid twassal il-prodotti/is-servizzi tiegħek u tipprovdi servizzi ta’ wara l-bejgħ jekk xieraq.

X'informazzjoni għandek tipprovdi?

Qabel ma tikkonkludi l-kuntratt mal-klijent tiegħek, għandek tipprovdi l-informazzjoni li ġejja, f’termini ċari u li jistgħu jinftiehmu:

  • il-prezz tal-prodotti/is-servizzi tiegħek inklużi t-taxxi kollha u l-perjodu ta’ validità tal-prezz
  • kwalunkwe spejjeż tal-konsenja
  • possibbiltajiet ta’ ħlas
  • il-karatteristiċi ewlenin tal-prodott jew is-servizz tiegħek
  • kemm jiswa lill-klijent biex jikkomunika miegħek (jekk mhux ikkalkulati f’rata bażika - eż. telefonati b’rata ogħla minn sejħiet lokali)
  • il-kundizzjonijiet li jirregolaw id-dritt ta' rtirar tal-klijent.

Kif tista’ tikkonferma l-kuntratt?

Għandek tikkonferma l-punti ewlenin tal-kuntratt - diġà spjegati fil-“fażi ta' informazzjoni” - f’ittra jew email (jew permezz ta’ mezz durabbli ieħor).

Meta jista' jirtira l-klijent tiegħek?

Il-klijent tiegħek għandu tal-anqas 7 ijiem ta’ xogħol biex jirtira mill-kuntratt mingħajr penali u mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni. L-uniċi spejjeż li l-klijent huwa obbligat li jħallas huma l-ispejjeż tar-ritorn tal-oġġetti konsenjati.

Sakemm tkun tajt l-informazzjoni meħtieġa kollha, il-perjodu ta’ rtirar jibda fil-jum meta l-klijent tiegħek jirċievi l-prodott. Jekk tkun begħt servizz, jibda fil-jum meta l-kuntratt kien konkluż.

Jekk ma tkunx ipprovdejt l-informazzjoni kollha meħtieġa, il-klijent għandu 3 xhur biex jirtira mill-kuntratt. Jekk f’xi punt matul dawk it-3 xhur inti tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa kollha, il-perjodu ta’ rtirar jibda f’dak iż-żmien.

X’għandek tagħmel jekk il-klijent tiegħek jirtira mill-kuntratt?

Għandek tħallas lura l-flus li rċevejt mingħand il-klijent fi żmien 30 jum. Jekk il-klijent ħallas b’karta tal-kreditu, għandek tħassar it-tranżazzjoni.

Il-klijent tiegħek ma jistax jirtira jekk il-kuntratt kien għal:

  • servizz li bdejt tipprovdi, bil-kunsens tiegħu, qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ rtirar
  • prodott magħmul speċifikament skont l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu
  • merkanzija li tiskadi
  • reġistrazzjonijiet awdjo, reġistrazzjonijiet viżivi jew softwer li jkun neħħa mill-ippakkjar tagħhom
  • gazzetti jew rivisti, servizzi tal-lotterija jew logħob tal-azzard.

Regoli għal konsenja tal-prodotti/is-servizzi tiegħek

Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor fil-kuntratt, għandek twassal il-prodotti/is-servizzi tiegħek fi żmien 30 jum wara li tkun saret l-ordni.

Jekk ma tkunx tista’ twassal il-prodott fi żmien 30 jum, għandek tinforma lill-klijent u tħallsu lura fi żmien 30 jum.

F’ċerti pajjiżi tal-UE int intitolat li tforni lill-klijent tiegħek bi prodott jew servizz simili bl-istess prezz jekk din l-alternattiva tidher qabel ma l-kuntratt jiġi konkluż jew fil-kuntratt. Jekk il-klijent tiegħek jibgħat lura l-prodott alternattiv, ikollok tħallas l-ispejjeż tar-ritorn.



Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Il-Punt ta’ Kuntatt għall-ProdottEnglish tiegħek jista’ jinfurmak dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prodott u jgħinek fl-aċċess għal suq nazzjonali ieħor fl-UE.

Punti ta’ kuntatt waħdieni  onlajn f’kull pajjiż tal-UE jistgħu jgħinuk ma’ kull pass tal-proċedura biex tistabbilixxi s-servizzi tan-negozju tiegħek f’pajjiż barrani.

Tilwima kummerċjali ma’ fornitur jew klijent minn pajjiż tal-UE ieħor? Għal klejms li jammontaw sa € 2000 uża l-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar biex tikklejmja l-flus tiegħek lura mingħajr inkwiet.

Pariri tal-Ewropa Tiegħek  hu sors ta’ pariri esperti dwar kwalunkwe kwistjonijiet li tiltaqa’ magħhom f’pajjiż ieħor tal-UE li jinvolvu l-liġi tal-UE.

Solvit jista’ jassistik sabiex issolvi tilwima ma’ entità uffiċjali ta’ Stat Membru mingħajr ma jkollok għaliex tmur il-qorti u mingħajr ħlas.
Ippreżenta l-ilment onlajn  jew żur ċentru Solvit f’pajjiżek.

Ibgħat email lil organizzazzjoni kummerċjali qrib tiegħek

L-UE tmexxi netwerkDeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski (Enterprise Europe Network) ta' organizzazzjonijiet kummerċjali lokali f'ħafna mill-pajjiżi EwropejEnglish li jista' jkun ta' għajnuna għalik.

Agħżel il-pajjiż u r-raħal tiegħek u daħħal il-mistoqsija tiegħek hawn taħt.

Pajjiż

Ċipru

Nicosia

Franza

Amiens

Annecy

Aulnat

Besançon

Bordeaux

Bourg en Bresse

Caen

Cayenne

Chalons-en-Champagne

Chambéry

Dijon

Fort-de-France

Grenoble

Lille

Limoges

Lyon

Marseille

Marseille

Marseille

Montpellier

Montpellier

Nancy

Nantes

Orléans

Paris

Pointe-à-Pitre

Poitiers

Privas

Rennes

Rouen

Saint-Denis

Saint-Etienne

Strasbourg

Toulouse

Valence

Id-Danimarka

Aalborg

Copenhagen

Herning

Kolding

Viborg

Il-Belġju

Antwerpen

Arlon

Brugge

Brussels

Charleroi

Gent

Hasselt

Leuven

Libramont

Liège

Mons

Namur

Nivelles

Il-Bulgarija

Dobrich

Plovidiv

Ruse

Sandanski

Sofia

Sofia

Stara Zagora

Vratsa

Yambol

Il-Finlandja

Helsinki

Oulu

Tampere

Turku

Vantaa

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Bremenhaven

Chemnitz

Dresden

Düsseldorf

Erfurt

Frankfurt/Oder

Freiburg

Hamburg

Hannover

Kaiserslautern

Kiel

Konstanz

Leipzig

Magdeburg

Mannheim

Mülheim an der Ruhr

München

Potsdam

Reutlingen

Rostock

Saabrücken

Stuttgart

Trier

Ulm

Villingen-Schwenningen

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Heraklion

Ioannina

Kavala

Kozani

Thessaloniki

Tripolis

Volos

Il-Kroazja

Osijek

Rijeka

Split

Varazdin

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Kaunas

Klaipėda

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Nieuwegein

Il-Polonja

Bialystok

Gdańsk

Kalisz

Katowice

Kielce

Konin

Kraków

Lublin

Lublin

Olsztyn

Opole

Poznań

Rzeszów

Szczawno-Zdrój

Szczecin

Szczecin

Toruń

Warsaw

Warsaw

Wroclaw

Zielona Góra

Łódź

Il-Portugall

Aveiro

Braga

Coimbra

Évora

Faro

Funchal

Lisboa

Ponta Delgada

Porto

In-Norveġja

Ås

Oslo

Stavanger

Tromsø

Ir-Renju Unit

Belfast

Bristol

Cambridge

Cardiff

Coventry

Inverness

London

Manchester

Newcastle

Yorkshire and Humber

Ir-Repubblika Ċeka

Brno

Liberec

Ostrava

Ostrava

Pardubice

Plzen

Praha

Usti nad Labem

Ir-Rumanija

Arad

Bacau

Bucuresti

Cluj-Napoca

Constanta

Craiova

Galati

Iasi

Ramnicu Valcea

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Prešov

Is-Slovenja

Koper

Ljubljana

Maribor

L-Awstrija

Feldkirch

Graz

Innsbruck

Klagenfurt

Linz

Salzburg

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Borlänge

Göteborg

Jönköping

Kramfors

Luleå

Malmö

Örebro

Östersund

Stockholm

Umeå

Västerås

Växjö

L-Italja

Abruzzo

Aosta

Apulia

Apulia

Ascoli Piceno

Basilicata

Bologna

Bologna

Cagliari

Calabria

Calabria

Campania

Catania

Catania

Florence

Genova

Gorizia

Milano

Milano

Milano

Molise

Naples

Naples

Palermo

Palermo

Perugia

Pesaro

Pordenone

Ravenna

Rome

Rovereto

Sassari

Sicily

Terni

Torino

Torino

Torino

Trieste

Trieste

Udine

Venezia

Venezia

Venezia

L-Ungerija

Budapest

Debrecen

Győr

Nyíregyháza

Pécs

Szeged

Székesfehérvár

Zalaegerszeg

Malta

Pieta`

Spanja

Albacete

Alicante

Badajoz

Barcelona

Bilbao

Bilbao

Ciudad Real

Donostia- San Sebastian

Ferrol

Las Palmas de Gran Canaria

Llanera

Logroño

Madrid

Murcia

Oviedo

Palma

Pamplona

Paterna (Valencia)

Santa Cruz de Tenerife

Santander

Santiago de Compostela

Sevilla

Toledo

Valencia

Valladolid

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

Daħħal il-messaġġ tiegħek hawn

* qasam obbligatorju (għandek iddaħħal dejta hawn)