Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 04/2016

Aġġornat 04/2016

Termini kuntrattwali inġusti

Il- liġi tal-UE tistabbilixxi wħud mir-rekwiżiti ta' ġustizzja u trasparenza għall-kuntratti li int tiffirma mal-konsumaturi.

Liema termini kuntrattwali huma kkonċernati?

L-informazzjoni hawn taħt tikkonċerna biss il-bejgħ lil konsumaturi li jixtru barra mill-isfera professjonali tagħhom. Ma tapplikax jekk tbigħ lil negozji oħrajn.

Ir-rekwiżiti tal-UE japplikaw għal kwalunkwe terminu kuntrattwali li ma ġiex negozjat individwalment mal-konsumatur, bħal termini kuntrattwali standard tas-soltu abbozzati minn qabel. Kemm is-suġġett prinċipali tal-kuntratt tiegħek u l-aspetti ta' valur għall-flus huma speċifikament esklużi.

Ħu nota li jekk tixtieq tistrieħ fuq il-fatt li l-kuntratt ġie nnegozjat individwalment, jeħtieġ li tkun tista' turi dan.

Il-kuntratti għandhom ikunu ġusti

It-termini kuntrattwali standard użati matul in-negozju tiegħek, kemm jekk jissejħu "termini u kundizzjonijiet" u kemm jekk jagħmlu parti minn kuntratt dettaljat, għandhom ikunu ġusti.

Skont il- liġi tal-UE , it-termini kuntrattwali standard m'għandhomx:

  • imorru kontra r-rekwiżit ta' bona fede;
  • iqiegħdu lill- konsumaturi fi żvantaġġ (f'termini ta' drittijiet u obbligi), f'relazzjoni mal-bejjiegħa/fornituri.

Għandek taġixxi in bona fede, filwaqt li tqis l-interessi leġittimi tal-konsumaturi, billi tittrattahom b'mod ġust u ekwu.

Termini kuntrattwali inġusti mhumiex vinkolanti

Jekk termini speċifiċi f'kuntratt huma inġusti, dawn mhumiex vinkolanti għall-konsumaturi u ma tistax tistrieħ fuqhom, avolja l-konsumatur ikun iffirma l-kuntratt!

Sakemm it-terminu inġust mhux element essenzjali tal-kuntratt, il-bqija tal-kuntratt (iżda mhux it-terminu inġust) jibqa' jorbot lilek u lill-konsumatur.

Il-kuntratti għandhom ikunu trasparenti

It-termini kuntrattwali għandhom ikunu abbozzati f'lingwa ċara, li tinftiehem. It-termini kuntrattwali mhux biss iridu jkunu grammatikalment ċari iżda l-konsumatur irid ikun kapaċi jifhem il-konsegwenzi ekonomiċi tagħhom.

 

Oqgħod attent li kwalunkwe ambigwitajiet se jiġu interpretati favur il-konsumatur!

Eżempji ta' termini potenzjalment inġusti

Minbarra r-rekwiżit ġenerali ta' "bona fede" u ta' "bilanċ", ir-regoli tal-UE fihom lista ta' termini kuntrattwali speċifiċi li jistgħu jitqiesu inġusti.

Dawn huma xi sitwazzjonijiet fejn it-termini kuntrattwali jistgħu jitqiesu inġusti skont ir-regoli tal-UE:

 

1. Responsabbiltà meta konsumatur imut jew iweġġa'

Termini li jeskludu/jillimitaw ir-responsabbiltà tiegħek jekk konsumatur imut jew iweġġa' minħabba att/ommissjoni min-naħa tiegħek.

2. Kumpens jekk ma tonorax dak li twiegħed

Termini li jeskludu/jillimitaw b'mod inadegwat id-drittijiet tal-konsumaturi għal kumpens jekk ma twettaqx il-parti tiegħek tal-kuntratt.

3. Klawsola li tippermettilek tiżloq mill-kuntratt

Termini li jippermettulek tiżloq milli tipprovdi servizz sempliċement għax ma jgħoddux għalik, iżda li xorta waħda jorbtu lill-konsumatur.

4. Kumpens lil naħa waħda għal kanċellazzjoni

Termini li jippermettulek iżżomm pagamenti li jkunu saru minn qabel jekk il-konsumatur jikkanċella l-kuntratt mingħajr ma tippermetti li jingħata kumpens ekwivalenti lill-konsumatur meta int (in-negozjant) tikkanċella.

5. Kumpens eċċessiv

Termini li jeżiġu lil konsumatur li ma josservax obbligu li jħallas ammont għoli u irraġonevoli ta' kumpens.

6. Kanċellazzjoni magħmula minn naħa waħda

Termini li jippermettulek tħoll kuntratt b'mod unilaterali iżda fejn il-konsumatur ma jgawdix mill-istess dritt.

7. Kanċellazzjoni fl-aħħar minuta

Termini li jawtorizzawk li ttemm kuntratt fl-aħħar minuta mingħajr data ta' tmiem fissa, ħlief meta jkun assolutament iġġustifikat.

8. Estensjonijiet awtomatiċi ta' kuntratti b'limitu ta' żmien fiss

Termini fejn konsumatur għandu jinnotifika intenzjoni biex itemm kuntratt iżda fejn il-limitu ta' żmien biex jagħmel dan hu minn qabel irraġonevolment.

9. Termini moħbijin

Termini li jorbtu l-konsumaturi anki jekk huma ma setgħux ikunu konxji minnhom qabel ma ffirmaw il-kuntratt.

10. Tibdiliet unilaterali fil-kuntratt

Termini li jippermettulek tbiddel kuntratt b'mod unilaterali sakemm il-kuntratt ma jiddikjarax raġuni valida biex isir dan.

11. Tibdiliet unilaterali lil prodott jew lil servizz

Termini li jippermettulek tagħmel tibdiliet lill-prodott jew lis-servizz li għandu jingħata b'mod unilaterali u mingħajr raġuni valida.

12. Varjazzjonijiet fil-prezzijiet

Termini fejn tista' tiffissa jew iżżid il-prezz finali tal-kunsinna — mingħajr ma tagħti l-konsumaturi l-għażla li jikkanċellaw il-kuntratt — jekk l-ammont ikun bil-wisq ogħla milli miftiehem fil-bidu.

13. Interpretazzjoni unilaterali tal-kuntratt

Termini fejn int waħdek għandek id-dritt li tinterpreta kwalunkwe klawsola tal-kuntratt u li tiddeċiedi jekk il-prodott jew is-servizz jikkonformax mal-kuntratt.

14. Meta ma tonorax dikjarazzjonijiet magħmulin mill-persunal tiegħek

Termini li bis-saħħa tagħhom tipprova tiżgiċċa mill-impenji magħmulin mill-persunal tiegħek jew fejn tali impenji huma soġġetti għal kundizzjonijiet oħrajn.

15. Konformità unilaterali mal-obbligi

Termini li jobbligaw lill-konsumaturi li josservaw l-obbligi tagħhom meta int ma tonorax l-obbligi tiegħek.

16. Trasferimenti ta' kuntratti lejn negozjanti oħrajn b'kundizzjonijiet anqas vantaġġużi

Termini li jippermettulek tittrasferixxi l-kuntratt mingħajr il-kunsens tal-konsumatur u li jistgħu jagħtu lill-konsumatur ftehim anqas vantaġġuż.

17. Drittijiet limitati għal azzjoni legali

Termini li jirrestrinġu kif u fejn il-konsumaturi jistgħu jieħdu azzjoni legali u li jobbligawhom li jagħtu prova li hi r-responsabbiltà tal-parti l-oħra tal-kuntratt.

Dettalji dwar regoli nazzjonali

Jekk jogħġbok ftakar li r-regoli tal-UE dwar termini kuntrattwali inġusti jistabbilixxu standard minimu li jista' jissaħħaħ aktar jew jiġi estiż permezz ta' liġijiet nazzjonali.

Għal informazzjoni dettaljata dwar regoli applikabbli jekk jogħġbok ikseb parir minn Netwerk Enterprise Europe f'pajjiż.

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min-Netwerk Enterprise Europe. Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min-Netwerk Enterprise Europe. Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

Ċipru

Nicosia

Franza

Blagnac Cedex

Caen

Dijon

Guadeloupe, Martinique

Lille

Lyon

Paca

Paris, Ile-de-France, Centre, Nouvelle-Calédonie, Polynésie

Rennes

Saint-Denis

Id-Danimarka

Copenhagen

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Sofia

Il-Finlandja

Helsinki

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Erfurt

Hannover

Kiel

Leipzig

Magdeburg

Mainz

Mülheim an der Ruhr

München

Rostock

Stuttgart

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Oslo

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

Ir-Rumanija

Baciu Cluj

Bucuresti

Constanta

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Is-Slovenja

Ljubljana

Iżlanda

Reykjavík

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Stockholm

L-Italja

Firenze (Toscana, Umbria, Marche)

Milano (Lombardia, Emilia Romagna)

Napoli (Abruzzo, Calabria, Campania, Basilicata, Molise, Puglia, Sicilia)

Roma (Lazio, Sardegna)

Torino (Piemonte, Liguria, Valle d’Aosta)

Venezia (Veneto, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia)

L-Ungerija

Budapest

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta’ assistenza speċjalizzati français English

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE / Solvi problemi ma’ entità pubblika français English