Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 08/2015

Aġġornat 08/2015

Garanziji tal-konsumatur


Aqsam fuq 
		Aqsam fuq Facebook
	
		Aqsam fuq Twiter
	
		Ixxerja fuq Google+
	
		Aqsam fuq linkedIn

 Il-liġi tal-UE tagħti lill-konsumaturi d-dritt għal minimu sentejn garanzija.

Iżda f’xi pajjiżi, il-liġi nazzjonali tista’ titolbok tipprovdi garanziji itwal.

Ivverifika r-rekwiżiti tal-pajjiż billi tagħżel iċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur f’pajjiżek English .

Ir-relazzjoni tiegħek mal-klijenti ma tispiċċax meta jixtru l-prodott tiegħek. Anke wara l-konsenja, inti responsabbli lejn il-klijenti jekk il-prodott jinzerta difettuż.

Apparti dan, bħala manifattur jew importatur inti responsabbli wkoll għal ħsara kkawżata minn difett fl-prodott tiegħek.

Difettuż — xi jfisser dan?

Jekk int bejjiegħ bl-imnut, il-konsumaturi tiegħek jistgħu jitolbu għal rimedju taħt “garanzija legali” prevista mil-liġi tal-UE — jekk oġġett:

  • ma jkunx jaqbel mad-deskrizzjoni tal-prodott, jew ikollu kwalitajiet differenti mill-mudell irriklamat jew li ntwera lill-klijent;

    Inti marbut legalment bi kwalunkwe stqarrija pubblika li tagħmel dwar il-prodotti tiegħek (speċjalment riklami u tabelli).

  • ma jkunx tajjeb għall-għan tiegħu (jew l-għan standard tiegħu jew xi għan speċifiku li ordna l-klijent - li int aċċettajt);
  • ma għandux il-kwalità u l-prestazzjoni normali ta' prodotti tal-istess tip;
  • (fejn hija meħtieġa l-installazzjoni qabel l-użu) ma ġiex installat tajjeb (jew minnek, jew mill-konsumatur, minħabba nuqqasijiet fl-istruzzjonijiet).

Jekk int tinforma lill-konsumatur tiegħek li l-prodott li tkun ser tbigħlu fih problemi ta’ kwalità, dan ma jistax jitolob ebda rimedju mingħandek dwar dan id-difett partikolari .

Rimedju — x’jista' jitolbok il-konsumatur?

Il-klijenti tiegħek għandhom id-dritt jitolbuk għal kull waħda minn dawn li ġejjin — bla ma jħallsu (għall-posta, xogħol, materjal, eċċ.):

  • issewwi l-prodott
  • tibdel il-prodott
  • tnaqqas il-prezz
  • tikkanċella l-kuntratt u tħallashom lura kompletament.*

Kif jaħdem dan kollu?

  1. Tiswija u tibdil — fil-maġġoranza tal-pajjiżi, il-klijent irid jibda billi jistaqsi għal waħda minn dawn — u int għandek tagħmel dan fi żmien raġonevoli u mingħajr inkonvenjenza sinifikanti lill-klijent.**
  2. Tnaqqis fil-prezz / ħlas lura komplet

Il-klijent jista' jitolbok għal dan jekk it-tiswija/tibdil:

  • ma tkunx possibbli;
  • tkun wisq għalja, meta wieħed jikkunsidra l-prodott/difett;
  • tkun inkonvenjenti ħafna għall-klijent;
  • ma tkunx tista' titlesta min-negozju tiegħek fi żmien raġonevoli.


* f'xi pajjiżi, il-kuntratt ta' bejgħ ma jistax jiġi kkanċellat jekk id-difett ikun ċkejken (eż. girfa fuq kaxxa ta' CD).

** f’xi pajjiżi, il-klijenti jistgħu jaqbżu l-ewwel pass jitolbu dan mill-ewwel.

Biex tara eżattament x’inhuma l-obbligi tiegħek f’kull pajjiż, staqsi liċ-Ċentru Ewropew tal-Konsumatur għal dak il-pajjiż .

Limiti taż-żmien

Ir-responsabbiltà għar-rimedju tiegħek jibda fil-jum tal-konsenja u jibqa’ validu għal sentejn.

F'xi pajjiżi tal-UE, il-konsumaturi għandhom xahrejn biex jinfurmawk wara li jiskopru l-problema bil-prodott tiegħek.

Jekk il-problema tinsab fi żmien 6 xhur mill-konsenja, il-prodott tiegħek hu meqjus li kien difettużi fiż-żmien tal-konsenja. Jekk jilħqu jaqbżu 6 xhur, il-konsumatur jeħtieġ li juri li l-problema kienet teżisti fil-mument tal-konsenja.

F'xi pajjiżi tal-UE, jekk tbigħ prodotti użati (second-hand), inti tista’ tiftiehem mal-konsumatur dwar perjodu ta' responsabbiltà ta’ inqas minn sentejn — iżda mhux inqas minn sena.

Il-garanziji kummerċjali

Tista' tagħti lill-klijenti garanziji addizjonali — iżda dawn ma jaffettwawx id-drittijiet bażiċi tal-klijenti li jitolbu għal rimedju, jew il-limiti ta' żmien, kif spjegat aktar 'il fuq.

M'għandekx tiżgwida lill-klijent dwar id-drittijiet legali tiegħu.

X’jiġri jekk int biss id-distributur — iżda huwa l-produttur għandu tort?

Jekk il-konsumatur tiegħek jirritorna prodott difettuż, inti wkoll għandek ċerti drittijiet bħala d-distributur.

B’mod partikolari, jekk il-ħsara hija r-riżultat ta’ xi difett tal-manifattura, inti tista’ titlob l-istess tipi ta’ rimedju mill-produttur kif il-klijent jista’ miegħek.

Appoġġ għan-negozji lokali

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min- Netwerk Enterprise Europe . Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

Pajjiż

Ċipru

Nicosia

Franza

Amiens

Annecy

Aulnat

Besançon

Bordeaux

Bourg en Bresse

Caen

Cayenne

Chalons-en-Champagne

Chambéry

Dijon

Fort-de-France

Grenoble

Lille

Limoges

Lyon

Marseille

Marseille

Montpellier

Montpellier

Nancy

Nantes

Orléans

Paris

Pointe-à-Pitre

Poitiers

Privas

Rennes

Rouen

Saint-Denis

Saint-Etienne

Strasbourg

Toulouse

Valence

Id-Danimarka

Aalborg

Copenhagen

Herning

Kolding

Næstved

Viborg

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Dobrich

Plovidiv

Ruse

Sandanski

Sofia

Stara Zagora

Vratsa

Yambol

Il-Finlandja

Helsinki

Oulu

Tampere

Turku

Vantaa

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Bremenhaven

Chemnitz

Dresden

Düsseldorf

Erfurt

Frankfurt/Oder

Freiburg

Hamburg

Hannover

Kaiserslautern

Kiel

Konstanz

Leipzig

Magdeburg

Mannheim

Mülheim an der Ruhr

München

Potsdam

Reutlingen

Rostock

Saabrücken

Stuttgart

Trier

Ulm

Villingen-Schwenningen

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Nieuwegein

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Ås

Oslo

Stavanger

Tromsø

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Brno

Brno

Liberec

Ostrava

Ostrava

Pardubice

Plzen

Praha

Usti nad Labem

Ir-Rumanija

Arad

Bacau

Bucuresti

Cluj-Napoca

Constanta

Craiova

Galati

Iasi

Ramnicu Valcea

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Prešov

Is-Slovenja

Ljubljana

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Borlänge

Göteborg

Jönköping

Kramfors

Luleå

Malmö

Örebro

Östersund

Stockholm

Umeå

Västerås

Växjö

L-Italja

Firenze

Milano

Napoli

Pieta

Roma

Torino

Venezia

L-Ungerija

Budapest

Debrecen

Eger

Győr

Miskolc

Nyíregyháza

Pécs

Szeged

Székesfehérvár

Zalaegerszeg

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.

Għajnuna u pariri