Mogħdija tan-navigazzjoni

Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn
Ara l-paġna fid-daqs normali tagħhaKabbar id-daqs b'200 fil-mijaImmarka din il-paġnaAgħżel kuluri li jikkuntrastaw

Regoli u proċeduri

Kull sena, aktar minn 250,000 awtorità pubblika fl-UE jonfqu madwar 18% tal-PDG fuq servizzi, xogħlijiet u provvisti. Bħala negozju rreġistrat fl-UE, għandek id-dritt li tikkompeti għal kuntratti pubbliċi f’pajjiżi oħra tal-UE.

Sabiex jinħoloq ambjent ekwu għan-negozji kollha madwar l-Ewropa, il-liġi tal-UE tistabbilixxi regoli minimi armonizzati  (ara d-direttivi dwar l-akkwist pubbliku). Dawn ir-regoli, trasposti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, japplikaw għall-offerti li l-valur monetarju tagħhom jaqbeż ċertu ammont (ara l-limiti hawn taħt). Dawn l-offerti 'ogħla mil-limitu' huma, x'aktarx, ta’ interess transkonfinali; fi kliem ieħor - il-valur tal-offerta jagħmilha interessanti għal negozju li jissottometti offerta barra l-pajjiż.

Għal offerti ta’ valur iktar baxx, japplikaw ir-regoli nazzjonali (li madankollu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ġenerali tal-liġi tal-UE). Il-proċeduri 'taħt il-limitu' jistgħu jiġu ssimplifikati meta mqabbla ma’ offerti madwar l-UE.

Għall-offerti kollha, l-awtoritajiet pubbliċi:

  • ma jistgħux jiddiskriminaw kontra negozju għaliex huwa rreġistrat f’pajjiż ieħor tal-UE
  • ma jistgħux jirreferu għal ditti speċifiċi, trademarks jew privattivi meta jiġu deskritti l-karatteristiċi tal-prodotti u s-servizzi li jixtiequ jixtru
  • ma jistgħux jirrifjutaw li jaċċettaw dokumenti ta’ sostenn (ċertifikati, diplomi, eċċ.) maħruġa minn pajjiż ieħor tal-UE, sakemm dawn jipprovdu l-istess livell ta’ garanzija
  • għandhom jagħmlu l-informazzjoni kollha dwar l-offerti disponibbli għall- kumpaniji interessati kollha, irrispettivament minn liema pajjiż tal-UE huma rreġistrati fih.

Awtorità pubblika għandha d-dritt li teskludi n-negozju tiegħek minn sejħa għal offerti jekk:

  • hu fallut jew qed jigi likwidat
  • ikun issospenda l-attivitajiet tiegħu jew l-attivitajiet tiegħu huma amministrati minn qorti
  • ikun instab ħati ta’ kondotta ħażina gravi
  • ma jkunx ħallas it-taxxi jew il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali
  • ikun għamel dikjarazzjonijiet foloz lil awtorità pubblika.

F’każijiet speċifiċi biss l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħtu kuntratti mingħajr ma jippubblikaw sejħa għal offerti:

  • emerġenzi minħabba avvenimenti mhux previsti
  • kuntratti li - għal raġunijiet tekniċi jew minħabba drittijiet esklussivi - jistgħu jsiru minn kumpanija partikolari waħda biss
  • kuntratti li bil-liġi huma esklużi mill-akkwist pubbliku (xiri/kiri ta’ bini eżistenti, kuntratti ta’ impjieg, materjal tal-programmi għax-xandir, eċċ.).


Limiti li jwasslu għal regoli tal-UE

L-ammonti hawn taħt ma jinkludux il-VAT u huma validi mill-1 ta’ Jannar 2014.

Awtoritajiet tal-gvern ċentrali

≥ €134,000

≥ €207,000

≥ €5,186,000

kuntratti ta' xogħlijiet kollha

Awtoritajiet pubbliċi oħra

≥ €207,000

kuntratti ta' provvisti u servizzi kollha

 

≥ €5,186,000

kuntratti ta' xogħlijiet kollha

 

Għall-fornituri tas-servizzi pubbliċi fl-oqsma tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-servizzi postali, il-limitu għall-kuntratti ta' provvisti u servizzi huwa ta’ €414,000. Għal kuntratti ta’ xogħlijiet, il-limitu huwa ta' €5,186,000.

Għall-pajjiżi tal-UE li ma jużawx l-ewro, japplikaw il-limiti li ġejjin pdf български (bg)czech (cs)dansk (da)Deutsch (de)eesti (et)ελληνικά (el)English (en)español (es)Français (fr)Gaeilge (ga)italiano (it)latviešu (lv)lietuvių (lt)magyar (hu)Nederlands (nl)polski (pl)português (pt)română (ro)slovenčina (sk)slovenščina (sl)suomi (fi)svenska (sv) [721 KB] .



Regoli dwar l-akkwist pubbliku

Kriterji tal-għoti

L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jużaw kriterji differenti meta jevalwaw l-offerti - pereżempju huma jistgħu jagħżlu skont il-prezz l-iktar baxx offrut jew jistgħu jużaw kriterji oħra. Fil-każ ta' kriterji oħra, kull applikant għandu jiġi infurmat dwar il-kejl differenti mogħtija lill-kriterji differenti (pereżempju l-prezz, il-karatteristiċi tekniċi u l-aspetti ambjentali).

Pubblikazzjoni

Ċerti avviżi għandhom jiġu ppubblikati għal kwalunkwe offerta pubblika li taqbeż il-limiti u li għalihom jeżistu regoli għall-UE kollha:

  • avviż ta’ kuntratt jew avviż ta’ kompetizzjoni ta’ konkors tad-disinn: l-awtorità pubblika tista’ tippubblika dan l-avviż fil-livell nazzjonali iżda għandha wkoll tibagħtu lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE. L-avviż jiġi ppubblikat sħiħ f’lingwa uffiċjali waħda tal-UE u taqsira tiġi tradotta f’lingwi oħra
  • avviż ta' għoti ta' kuntratt li jħabbar ir-riżultati tal-offerta pubblika.

L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħżlu li jippubblikaw avviżi ta’ informazzjoni oħra, bħal avviż ta’ informazzjoni minn qabel (li jħabbar l-offerta li jmiss possibbli). Meta offerta eventwalment tiġi ppubblikata wara avviż ta’ informazzjoni minn qabel, il-limitu ta’ żmien biex jintbagħtu u jaslu l-offerti jista' jitnaqqas. Mod ieħor ta’ kif jitnaqqas il-limitu ta’ żmien hu li l-offerta tiġi ppubblikata b'mod elettroniku.

Lista ta' avviżi tista' tinstab fir-rokna tax-xerrejja fuq SIMAP, il-portal Ewropew għall-akkwist pubbliku.

Trasparenza

L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jibdew jevalwaw l-offerti wara l-iskadenza għas-sottomissjoni. Jekk bgħatt offerta, għandek id-dritt li tiġi informat kemm jista’ jkun malajr jekk irbaħtx il-kuntratt jew le. Jekk ma tiġix magħżul, int intitolat għal spjegazzjoni dettaljata għaliex l-offerta tiegħek ġiet miċħuda. L-awtorità pubblika għandha tosserva konfidenzalità stretta rigward l-iskambju u l-ħażna tad-dejta tiegħek.

Speċifikazzjonijiet tekniċi

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jiddefinixxu l-karatteristiċi tas-servizzi, il-provvista jew ix-xogħlijiet li l-awtorità pubblika biħsiebha tixtri. Dawn jistgħu jinkludu aspetti tal-prestazzjoni ambjentali, id-disinn, is-sikurezza, l-assigurazzjoni tal-kwalità jew l-evalwazzjoni tal-konformità. Għal kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi jistgħu wkoll jinkludu testijiet, spezzjonijiet u tekniki ta’ kostruzzjoni. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi m’għandhomx jeħtieġu l-użu ta’ marka speċifika, trade mark jew privattiva.

Tipi ta’ proċedura ta' akkwist pubbliku

Proċedura miftuħa

Fi proċedura miftuħa kwalunkwe negozju jista' jissottometti offerta. Il-limitu minimu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-offerti huwa ta' 52 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt. Jekk ġie ppubblikat avviż ta’ informazzjoni minn qabel, dan il-limitu ta’ żmien jista’ jitnaqqas għal 36 jum.

Proċedura ristretta

Fi proċedura ristretta kwalunkwe negozju jista' jitlob li jieħu sehem iżda dawk li jintgħażlu minn qabel biss se jiġu mistiedna li jissottomettu offerta. Il-limitu ta’ żmien biex titlob il-parteċipazzjoni hu ta' 37 jum mill-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt. L-awtorità pubblika mbagħad tagħżel tal-inqas 5 kandidati li għandhom il-kapaċitajiet meħtieġa, li mbagħad ikollhom 40 jum biex jissottomettu offerta mid-data meta l-istedina kienet mibgħuta. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jitnaqqas għal 36 jum, jekk avviż ta' informazzjoni minn qabel ikun ġie ppubblikat.

F’każijiet urġenti l-awtorità pubblika tista’ tiffissa limitu ta’ żmien ta’ 15-il jum biex tirċievi talbiet ta’ parteċipazzjoni (jekk l-avviż ikun intbagħat elettronikament, dan jista’ jitnaqqas għal 10 ijiem) u 10 ijiem għas-sottomissjoni tal-offerti

Proċedura nnegozjata

Fi proċedura nnegozjata l-awtorità pubblika tistieden tal-inqas 3 negozji li magħhom se tinnegozja t-termini tal-kuntratt.

Ħafna awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw din il-proċedura f’għadd limitat ta’ każijiet biss, pereżempju għal provvisti maħsubin esklussivament għar-riċerka jew għal skopijiet ta’ ttestjar. L-awtoritajiet kontraenti f’setturi bħall-ilma, l-enerġija, it-trasport jew is-servizzi postali jistgħu jużawha bħala proċedura standard.

Il-limitu ta’ żmien biex titlob il-parteċipazzjoni hu ta' 37 jum mill-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt. F’każijiet estremament urġenti dan jista’ jitnaqqas għal 15-il jum (jew 10 ijiem jekk l-avviż ikun intbagħat b'mod elettroniku).

Skont ċerti kundizzjonijiet din il-proċedura tista’ tkun magħżula anki mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, pereżempju f'każ fejn l-ebda offerti ma jkunu ġew sottomessi fi proċedura miftuħa jew ristretta, f’każijiet urġenti jew f’każijiet fejn, għal raġunijiet tekniċi, il-kuntratt jista’ jitwettaq minn negozju wieħed biss.

Djalogu kompetittiv

Din il-proċedura spiss tintuża għal kuntratti kumplessi bħal proġetti kbar ta’ infrastruttura fejn l-awtorità pubblika ma tistax tiddefinixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi mill-bidu. Wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt, in-negozji interessati jkollhom 37 jum biex jitolbu l-parteċipazzjoni. L-awtorità pubblika għandha tistieden tal-inqas 3 kandidati għal djalogu fejn l-aħħar aspetti tekniċi, legali u ekonomiċi huma definiti. Wara d-djalogu l-kandidati jissottomettu l-offerti finali tagħhom.

Id-djalogu kompetittiv ma jistax jintuża minn fornituri ta’ servizzi pubbliċi fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u s-setturi tas-servizzi postali.

Irkantijiet elettroniċi

L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jagħtu wkoll kuntratti permezz tal-irkant elettroniku. Qabel ma jibda l-irkant, l-awtorità għandha tagħmel evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti u tippermetti biss lil dawk ammissibbli jieħdu sehem. L-istedina għal parteċipazzjoni fl-irkant għandha tiddikjara d-data u l-ħin tal-irkant u l-għadd ta’ sessjonijiet ta’ offerti. Għandha tistipula wkoll il-formola matematika li tiddetermina l-klassifiki awtomatiċi. F’kull rawnd ta' offerti trid tkun tista’ tara l-klassifika tiegħek imqabbla mal-kompetituri tiegħek, mingħajr ma jkunu jafu l-identità tagħhom.

L-irkanti elettroniċi ma jistgħux jintużaw għal ċerti tipi ta’ kuntratti - bħalma huwa d-disinn ta’ xogħlijiet (pereżempju pjanijiet arkitettoniċi għal xi bini).



Fittex iktar fil-fond, pajjiż, pajjiż:

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Pariri tal-Ewropa Tiegħek  hu sors ta’ pariri esperti dwar kwalunkwe kwistjonijiet li tiltaqa’ magħhom f’pajjiż ieħor tal-UE li jinvolvu l-liġi tal-UE.

Solvit jista’ jassistik sabiex issolvi tilwima ma’ entità uffiċjali ta’ Stat Membru mingħajr ma jkollok għaliex tmur il-qorti u mingħajr ħlas.
Ippreżenta l-ilment onlajn  jew żur ċentru Solvit f’pajjiżek.

Ibgħat email lil organizzazzjoni kummerċjali qrib tiegħek

L-UE tmexxi netwerkDeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski (Enterprise Europe Network) ta' organizzazzjonijiet kummerċjali lokali f'ħafna mill-pajjiżi EwropejEnglish li jista' jkun ta' għajnuna għalik.

Agħżel il-pajjiż u r-raħal tiegħek u daħħal il-mistoqsija tiegħek hawn taħt.

Pajjiż

Ċipru

Nicosia

Franza

Amiens

Annecy

Aulnat

Besançon

Bordeaux

Bourg en Bresse

Caen

Cayenne

Chalons-en-Champagne

Chambéry

Dijon

Fort-de-France

Grenoble

Lille

Limoges

Lyon

Marseille

Marseille

Marseille

Montpellier

Montpellier

Nancy

Nantes

Orléans

Paris

Pointe-à-Pitre

Poitiers

Privas

Rennes

Rouen

Saint-Denis

Saint-Etienne

Strasbourg

Toulouse

Valence

Id-Danimarka

Aalborg

Copenhagen

Herning

Kolding

Viborg

Il-Belġju

Antwerpen

Arlon

Brugge

Brussels

Charleroi

Gent

Hasselt

Leuven

Libramont

Liège

Mons

Namur

Nivelles

Il-Bulgarija

Dobrich

Plovidiv

Ruse

Sandanski

Sofia

Sofia

Stara Zagora

Vratsa

Yambol

Il-Finlandja

Helsinki

Oulu

Tampere

Turku

Vantaa

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Bremenhaven

Chemnitz

Dresden

Düsseldorf

Erfurt

Frankfurt/Oder

Freiburg

Hamburg

Hannover

Kaiserslautern

Kiel

Konstanz

Leipzig

Magdeburg

Mannheim

Mülheim an der Ruhr

München

Osnabrück

Potsdam

Reutlingen

Rostock

Saabrücken

Stuttgart

Trier

Ulm

Villingen-Schwenningen

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Heraklion

Ioannina

Kavala

Kozani

Thessaloniki

Tripolis

Volos

Il-Kroazja

Osijek

Rijeka

Split

Varazdin

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Kaunas

Klaipėda

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Nieuwegein

Il-Polonja

Bialystok

Gdańsk

Kalisz

Katowice

Kielce

Konin

Kraków

Lublin

Lublin

Olsztyn

Opole

Poznań

Rzeszów

Szczawno-Zdrój

Szczecin

Szczecin

Toruń

Warsaw

Warsaw

Wroclaw

Zielona Góra

Łódź

Il-Portugall

Aveiro

Braga

Coimbra

Évora

Faro

Funchal

Lisboa

Ponta Delgada

Porto

In-Norveġja

Ås

Oslo

Stavanger

Tromsø

Ir-Renju Unit

Belfast

Bristol

Cambridge

Cardiff

Coventry

Inverness

London

Manchester

Newcastle

Yorkshire and Humber

Ir-Repubblika Ċeka

Brno

Liberec

Ostrava

Ostrava

Pardubice

Plzen

Praha

Usti nad Labem

Ir-Rumanija

Arad

Bacau

Bucuresti

Cluj-Napoca

Constanta

Craiova

Galati

Iasi

Ramnicu Valcea

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Prešov

Is-Slovenja

Koper

Ljubljana

Maribor

L-Awstrija

Feldkirch

Graz

Innsbruck

Klagenfurt

Linz

Salzburg

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Borlänge

Göteborg

Jönköping

Kramfors

Luleå

Malmö

Örebro

Östersund

Stockholm

Umeå

Västerås

Växjö

L-Italja

Abruzzo

Aosta

Apulia

Apulia

Ascoli Piceno

Basilicata

Bologna

Bologna

Cagliari

Calabria

Calabria

Campania

Catania

Catania

Florence

Genova

Gorizia

Milano

Milano

Milano

Molise

Naples

Naples

Palermo

Palermo

Perugia

Pesaro

Pordenone

Ravenna

Rome

Rovereto

Sassari

Sicily

Terni

Torino

Torino

Torino

Trieste

Trieste

Udine

Venezia

Venezia

Venezia

L-Ungerija

Budapest

Debrecen

Győr

Nyíregyháza

Pécs

Szeged

Székesfehérvár

Zalaegerszeg

Malta

Pieta`

Spanja

Albacete

Alicante

Badajoz

Barcelona

Bilbao

Bilbao

Ciudad Real

Donostia- San Sebastian

Ferrol

Las Palmas de Gran Canaria

Llanera

Logroño

Madrid

Murcia

Oviedo

Palma

Pamplona

Paterna (Valencia)

Santa Cruz de Tenerife

Santander

Santiago de Compostela

Sevilla

Toledo

Valencia

Valladolid

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

Daħħal il-messaġġ tiegħek hawn

* qasam obbligatorju (għandek iddaħħal dejta hawn)