Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 09/2015

Aġġornat 09/2015

Ir-rapportaġġ tal-irregolaritajiet

Jekk ħadt sehem f'sejħa pubblika għall-offerti u tħoss li ġejt diskriminat, jew innotajt irregolaritajiet fil-proċedura, għandek bosta possibilitajiet biex tfittex rimedju.

Reviżjoni

Kull min issottometta offerta f'sejħa pubblika għall-offerti għandu d-dritt li jitlob reviżjoni tal-proċedura sħiħa. Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jeħtieġu li inti għandek l-ewwel titlob reviżjoni mill-awtorità pubblika li mexxiet il-proċedura - f'dan il-każ it-talba tiegħek għal reviżjoni tissospendi immedjatament il-proċedura tal-ikkuntrattar.

Meta korp indipendenti ikun qed jeżamina t-talba għal reviżjoni tiegħek, l-awtorità pubblika ma tistax tikkonkludi l-kuntratt qabel it-tmiem tar-reviżjoni.

 

Irid ikollok tal-anqas 10 ijiem mill-jum meta rċevejt deċiżjoni ta' rifjut permezz ta' faks jew email (15-il jum jekk id-deċiżjoni ġiet mibgħuta bil-posta) biex titlob reviżjoni. Dan huwa l-perjodu sospensiv li matulu l-awtorità pubblika ma tistax tikkonkludi l-kuntratt.

Ma hemm l-ebda perjodu sospensiv meta:

  • ebda pubblikazzjoni minn qabel tal-avviż tal-kuntratt ma kienet meħtieġa
  • l-uniku offerent ikun ġie mogħti l-kuntratt
  • il-kuntratt kien ibbażat fuq ftehim qafas

Kuntratti ineffettivi

Il-korp indipendenti ta' reviżjoni jiddikjara kuntratt li diġà ngħata ineffettiv jekk:

  • l-awtorità pubblika tat kuntratt mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta' avviż ta' kuntratt meta l-pubblikazzjoni kienet meħtieġa
  • offerenti li ma ngħatawx il-kuntratt ma ngħatatilhom l-ebda opportunità li jfittxu rimedju (pereżempju perjodu sospensiv mhux rispettat)
  • hemm evidenza ta' diskriminazzjoni kontra l-offerenti miċħuda
 

Jekk tixtieq li proċedura tiġi riveduta u possibbilment iddikjarata ineffettiva, irid ikollok tal-anqas 30 jum kalendarji (dan il-perjodu jista' jkun ta' massimu ta' 6 xhur) wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-għoti tal-kuntratt biex tinforma l-korp tar-reviżjoni.

F'ċerti pajjiżi tal-UE kuntratt għandu mnejn jibqa' validu anke jekk il-korp tar-reviżjoni jsib irregolaritajiet u normalment jiddikjara kuntratt ineffettiv - pereżempju meta l-korp tar-reviżjoni jqis li huwa fl-interess pubbliku ġenerali li l-kuntratt jinżamm. F'każijiet bħal dawn penali alternattivi (bħal multa) għandhom jiġu imposti fuq l-awtorità pubblika, jew it-tul ta' żmien tal-kuntratt jista' jitqassar.

Għajnuna mingħand in-Netwerk tal-Akkwist Pubbliku Ewropew

In-Netwerk tal-Akkwist Pubbliku Ewropew (PPN) jaħdem biex jittejjeb l-infurzar tar-regoli tal-akkwist permezz ta' skambju tal-esperjenza bejn l-esperti tal-akkwist u permezz ta' kooperazzjoni informali effettiva, inkluża l-proċedura informali għas-soluzzjoni tal-problemi f'każijiet transkonfinali. Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-istatus ta' osservatur tan-Netwerk u tappoġġa l-attivitajiet tiegħu.

Jekk ħadt sehem f'offerti pubbliċi barranin u tħoss li ġejt diskriminat, jew tissuspetta xi irregolarità, tista' titlob l-għajnuna min-Netwerk billi tikkuntattja l-punt ta' kuntatt PPN tiegħek English .

Il-kuntatt PPN tiegħek jikkuntattja l-punt ta' kuntatt PPN fil-pajjiż fejn ħadt sehem fl-offerta. Dak il-punt ta' kuntatt PPN jiċċara l-kwistjoni tiegħek mal-awtorità pubblika kkonċernata.

 

Jekk din il-proċedura informali u ħielsa ma ssolvix il-problema tiegħek, tista' tressaq il-każ quddiem il-qrati fil-pajjiż ikkonċernat. Jekk taħseb li l-pajjiż ikun kiser il-liġi tal-UE, tista' tippreżenta lment mal-Kummissjoni Ewropea. Il-kuntatti PPN jistgħu jagħtuk parir dwar dawn il-proċeduri.

 

Meta tissottometti lment lill-kuntatt PPN tiegħek ma jfissirx li se tissospendi l-proċedura tal-għoti tal-kuntratt. Huwa importanti li żżomm dan f'moħħok jekk tixtieq tfittex miżuri interim obbligatorji biex tindirizza l-ksur allegat.



Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min-Netwerk Enterprise Europe. Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min-Netwerk Enterprise Europe. Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

Ċipru

Nicosia

Franza

Blagnac Cedex

Caen

Dijon

Guadeloupe, Martinique

Lille

Lyon

Paca

Paris, Ile-de-France, Centre, Nouvelle-Calédonie, Polynésie

Rennes

Saint-Denis

Id-Danimarka

Copenhagen

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Sofia

Il-Finlandja

Helsinki

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Erfurt

Hannover

Kiel

Leipzig

Magdeburg

Mainz

Mülheim an der Ruhr

München

Rostock

Stuttgart

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Oslo

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

Ir-Rumanija

Baciu Cluj

Bucuresti

Constanta

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Is-Slovenja

Ljubljana

Iżlanda

Reykjavík

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Stockholm

L-Italja

Firenze (Toscana, Umbria, Marche)

Milano (Lombardia, Emilia Romagna)

Napoli (Abruzzo, Calabria, Campania, Basilicata, Molise, Puglia, Sicilia)

Roma (Lazio, Sardegna)

Torino (Piemonte, Liguria, Valle d’Aosta)

Venezia (Veneto, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia)

L-Ungerija

Budapest

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.

Għajnuna u pariri