Merkanzija
Aġġornat 05/2011
-
Unjoni Ewropea
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes
Permezz tas-suq uniku effettiv li hemm fis-seħħ bħalissa, l-intrapriżi tal-UE jistgħu jbigħu u jixtru prodotti mill-Unjoni Ewropea kollha.
Moviment ħieles tal-prodotti
L-UE neħħiet l-ostakli kollha li darba kienu jfixklu l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet, u issa n-negozji jistgħu jittrasportaw u jbigħu prodotti fl-UE kollha.
-
Moviment ħieles tal-prodotti (artikoli 34 sa 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE)






















[842 KB] -
Gwida għall-artikoli tat-Trattat dwar il-moviment ħieles tal-prodotti
[458 KB]
- Is-suq intern tal-prodotti
Restrizzjonijiet
Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jillimitaw il-moviment ħieles tal-prodotti f'każijiet straordinarji biss, li jkunu ġġustifikati mill-interess pubbliku, pereżempju għal raġunijiet ta' saħħa u sigurtà pubblika, il-protezzjoni ambjentali jew il-benessri tal-konsumaturi. Ir-restrizzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati.
Il-moviment ħieles tal-prodotti jista' jkun ristrett ukoll bħala prekawzjoni meta dejta xjentifika tissuġġerixxi li l-prodotti jistgħu jkunu ta' theddida għall-bniedem, l-annimali, il-pjanti jew l-ambjent.
Qafas leġiżlattiv ġdid
L-UE adottat regoli ġodda biex tneħħi l-ostakoli li baqa' għall-moviment ħieles tal-prodotti, permezz ta':
- infurzar iktar b'saħħtu tal-leġiżlazzjoni tas-suq tal-UE;
- regoli aħjar dwar is-sorveljanza tas-suq;
- qafas komuni għall-prodotti ta' kummerċjalizzazzjoni;
- iktar kredibilità għall-marka CE;
- rikonoxximent reċiproku operattiv għal kollox;
-
qafas leġiżlattiv ġdid.
Armonizzazzjoni
Peress li differenzi fir-regoli tekniċi nazzjonali jistgħu jfixklu l-kummerċ, l-UE adottat miżuri ta' armonizzazzjoni għal diversi prodotti - partikolarment prodotti kkunsidrati ta' riskju għoli, bħal pereżempju prodotti farmaċewtiċi, vetturi, ġugarelli, kimiċi, tagħmir tal-elettriku u mekkaniku kif ukoll apparat mediku. Il-prodotti manifatturati skont dawn ir-regoli jistgħu jitpoġġew fis-suq ta' kwalunkwe pajjiż tal-UE.
Standardizzazzjoni
Minn nofs is-snin tmenin 'il quddiem, l-UE żviluppat metodu ġdid għall-armonizzazzjoni bbażata fuq l-istandardizzazzjoni.
Il-leġiżlazzjoni tal-UE, magħrufa bħala d-direttivi b'metodu ġdid, tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali li l-prodotti jridu jilħqu sabiex ikunu jistgħu jinbiegħu fl-UE. Huwa l-kompitu tal-manifatturi li jeqilbu dawn ir-rekwiżiti importanti fi speċifikazzjonijiet tekniċi.
Sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dan, madwar 20,000 standard Ewropew s'issa ġew ippubblikati. Il-prodotti li jkunu konformi mal-istandards Ewropej jitqiesu li huma konformi mar-rekwiżiti importanti stabbiliti mid-direttivi tal-UE. Madankollu, dawn huma volontarji u, jekk iridu, il-manifatturi jistgħu jagħżlu soluzzjonijiet tekniċi oħra biex jilħqu dawn ir-rekwiżiti.
L-istandards armonizzati tal-UE tfasslu mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) - wara li ntlaħaq qbil bejn il-partijiet interessati kollha (l-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi, il-konsumaturi, l-organizzazzjonijiet ambjentali, l-unjins tal-ħaddiema).
- Standards Ewropej
-
Standards armonizzati
L-istandardizzazzjoni hija strument strateġiku għall-innovazzjoni u l-kompetittività. L-UE għandha l-għan li tiżgura li l-istandards jibqgħu jiġu aġġornati b'rikonoxximent ġdid u li tħeġġeġ lill-partijiet interessati - partikolarment in-negozji ż-żgħar - biex ikunu involuti fl-istandardizzazzjoni.
Marka CE
Il-marka CE fuq prodott tfisser li dan huwa konformi mar-rekwiżiti rilevanti kollha tal-UE. Il-pajjiżi tal-UE ma jistgħux jillimitaw l-aċċess tas-suq għall-prodotti li jkollhom il-marka CE, sakemm ikun hemm evidenza li l-prodott ma jkunx konformi ma' dawn ir-regoli.
Ir-rikonoxximent reċiproku
F'setturi fejn ma kien hemm ebda armonizzazzjoni, il-kummerċ jistrieħ fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiprioku: prodotti manifatturati legalment jew kummerċjalizzati f'pajjiż tal-UE jistgħu jinbiegħu f'oħrajn, anke jekk ma jkunux konformi b'mod sħiħ mar-regoli tekniċi ta' dawn il-pajjiżi, pereżempju fir-rigward tal-forma, id-daqs, il-piż, il-kompożizzjoni, it-tikketti jew l-ippakkjar. Dan ifisser li l-kumpaniji jistgħu jinnegozjaw fl-UE sakemm dawn ikunu konformi mar-regolamenti ekwivalenti f'pajjiżhom stess.
-
Ir-rikonoxximent reċiproku
-
Ir-regolament dwar l-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti li legalment jitqiegħdu fis-suq f'pajjiż ieħor tal-UE






















[89 KB]
Punti ta' Kuntatt tal-Prodott
Biex jinformaw lin-negozji u lill-awtoritajiet dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u r-regolamenti nazzjonali speċifiċi u tekniċi eżistenti, il-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott ġew stabbiliti f'kull Stat Membru.
Il-Puniti ta' Kuntatt tal-Prodott ta' Stat Membru għandhom:
- jinformaw lin-negozji u lill-awtoritajiet dwar regoli tekniċi partikulari li huma applikabbli għal tip speċifiku ta' prodott f'pajjiżhom meta dan il-prodott ma jkunx regolat u armonizzat fil-livell tal-UE
- jgħaddu lin-negozji d-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti li għandhom x'jaqsmu mal-implimentazzjoni tar-regoli tekniċi kkonċernati.
- jinformaw lin-negozji dwar remedji possibbli f'pajjiżhom meta tinqala' tilwima bejniethom u l-awtorità kompetenti
Il-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott għandhom iwieġbu fi żmien 15-il ġurnata ta' xogħol wara li jkunu rċevew kull talba ta' informazzjoni u ma għandhomx jitolbu ħlas għall-informazzjoni li tingħata.
Riżorsi
Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi websajt b'informazzjoni dwar kif għandu jitressaq ilment kontra pajjiż tal-UE għal kwalunkwe miżura (liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva) jew prattika li ma tkunx kompatibbli ma' dispożizzjoni jew prinċipju tal-liġi tal-UE.
Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes





