Mogħdija tan-navigazzjoni

Suq tal-UE

Kull negozju fl-UE jista' jgawdi mis-suq enormi Ewropew: 27 pajjiż b'iktar minn 480 miljun konsumatur.

Il-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija, li jippermetti li oġġetti jiġu ttrasportati u mibjugħa kullimkien fl-UE, huwa l-qofol tas-suq tal-UE. Sa ċertu punt, liġijiet kumplessi u diversi liġijiet nazzjonali ġew mibdula b'sett uniku ta' regoli Ewropej, li naqqsu l-ispejjeż u l-inkonvenjenza għal dawk in-negozji kollha li jixtiequ jwettqu n-negozju tagħhom f'pajjiżi oħra tal-UE.

Is-suq tal-UE għall-merkanzija diġà huwa integrat ħafna iżda għad hemm ħafna ostakli legali u amministrattivi li qed jolqtu l-kummerċ fis-servizzi. Sabiex ikun sfruttat il-potenzjal tas-suq tas-servizzi fl-UE, id-Direttiva tas-Servizzi kienet adottata f'Diċembru 2006. Din trid tkun ġiet implimentata b'mod sħiħ mill-pajjiżi kollha tal-UE sa tmiem l-2009.

Madankollu, il-kumpaniji diġà jistgħu jitfgħu l-offerti għal kuntratti pubbliċi f'pajjiżi oħra tal-UE.

Sabiex is-suq tal-UE jkun jista' jaħdem b'mod effiċjenti, in-negozji jridu jħarsu numru ta' regoli u jikkompetu b'mod ġust. Imġieba antikompetittivi, bħall-abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-suq, akkordji dwar l-iffissar ta' prezzijiet u għajnuna mill-istat mingħajr ġustifikazzjoni, huma pprojbiti.