Kompetizzjoni ġusta
Aġġornat 07/2011
-
Unjoni Ewropea
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes
Il-kompetizzjoni hi importanti ħafna għat-tkabbir ekonomiku, u hi wieħed mill-għanijiet ċentrali tal-politika tal-UE. Din hi r-raġuni għaliex l-UE stabbilixxiet regoli li jiggarantixxu kompetizzjoni ħielsa u ġusta fis-suq tagħha. Il-Kummissjoni Ewropea (KE) hija responsabbli biex tiżgura li l-kompetizzjoni ma tiġix imfixkla, u għandha s-setgħa li tikkoreġi kwalunkwe mġiba antikompetittiva.
Antitrust
Ir-regoli dwar l-antitrust jipprojbixxu lill-kumpaniji milli jilħqu ftehim bejniethom li jirrestrinġi l-kompetizzjoni, jew li jabbużaw minn pożizzjoni dominanti fis-suq.
Akkordji
Akkordji bejn żewġ kumpaniji jew aktar li jirrestrinġu l-kompetizzjoni huma pprojbiti (Artikolu 101 tat-Trattat). Pereżempju, kartelli fost il-kompetituri biex jikkontrollaw il-prezzijiet jew jaqsmu s-swieq bejniethom jillimitaw il-kompetizzjoni.
Ċerti akkordji jkunu ta’ ġid - pereżempju, billi jippromwovu l-progress tekniku jew billi jtejbu d-distribuzzjoni - u b'hekk jistgħu jkunu awtorizzati. Jeżistu wkoll eżenzjonijiet globali għal ċerti kategoriji - bħar-riċerka u l-iżvilupp u t-trasferiment tat-teknoloġija. Dawn l-akkordji għandhom jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet biex ikunu kompatibbli mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni.
Abbuż ta’ pożizzjoni dominanti
In-negozji f’pożizzjoni dominanti fi ħdan is-suq ma jistgħux jabbużaw minn din il-pożizzjoni (l-Artikolu 102 tat-Trattat). Eżempju ta’ abbuż huwa meta kumpanija tuża l-iffissar tal-prezzijiet b’mod predatorju biex telimina l-kompetituri mis-suq.
Il-KE tagħti attenzjoni partikolari għall-ilmenti li jsiru minn negozji iżgħar f’dan il-qasam.
Sabiex jiġu applikati r-regoli tal-kompetizzjoni, il-KE tista' tniedi investigazzjoniji et u timponi pieni. Din tista’ titlob informazzjoni u tagħmel spezzjonijiet għal għarrieda fil-bini tal-kumpanija. Il-kumpaniji li jiksru r-regoli tal-UE dwar l-antitrust jistgħu jeħlu multa jew ikun jeħtiġilhom jibdlu mġibithom.
Inkorporazzjonijiet
Kumpaniji akbar li jippjanaw biex jinkorporaw jeħtiġilhom l-approvazzjoni mill-KE, irrispettivament minn fejn jinsab il-kwartier ġenerali tagħhom: il-kriterju hu l-ammont tan-negozju li huma għandhom fl-UE. Inkorporazzjonijiet bejn negozji żgħar ġeneralment ma jkunux soġġetti għall-proċeduri tal-UE, iżda għal dawn jistgħu japplikaw regoli nazzjonali.
-
Leġiżlazzjoni għall-kontroll tal-inkorporazzjonijiet
- Inkorporazzjoni ma' kumpanija oħra - Unjoni Ewropea Inkorporazzjoni ma' kumpanija oħra - Unjoni Ewropea
Għajnuna mill-Istat
Xi kultant il-pajjiżi tal-UE jużaw ir-riżorsi pubbliċi biex jippromwovu ċerti attivitajiet ekonomiċi jew biex jipproteġu l-industriji nazzjonali. Hemm iċ-ċans li din it-tip ta’ għajnuna mill-gvern tpoġġi ċerti negozji f’pożizzjoni vantaġġjuza fuq il-kompetituri tagħhom, u għaldaqstant ikun hemm distorzjoni fil-kompetizzjoni. Din hija r-raġuni għaliex it-Trattat ġeneralment jipprojbixxi l-għajnuna mill-Istat.
Jeżistu eċċezzjonijiet għall-għajnuna li tkun iġġustifikata minn interess komuni u t-Trattat jelenka dawk iċ-ċirkostanzi li fihom jista’ jkun awtorizzat l-appoġġ pubbliku. Il-Kummissjoni Ewropea hi responsabbli biex tissorvelja dan is-sostenn u biex tibbilanċja l-impatti pożittivi u negattivi fuq il-kompetizzjoni.
Il-kumpaniji jistgħu jirrapportaw dik l-għajnuna mill-Istat li fil-fehma tagħhom tkun ingħatat lill-kompetituri b’mod illegali, u dan jistgħu jagħmluh billi jimlew il-formola tal-ilment onlajn.
Eżenzjonijiet
Matul is-snin, l-UE stabbilixxiet regolamenti għal eżenzjonijiet globali li jindikaw b’mod ċar meta l-appoġġ għandu jitqies iġġustifikat u li jippermettu lill-pajjiżi tal-UE biex jagħtu ċertu tip ta’ appoġġ mingħajr ma jkun hemm bżonn li kull darba jinnotifikaw lill-Kummissjoni minn qabel.
Ir-regoli preżenti issa ġew armonizzati u kkonsolidati f’regolament ta’ eżenzjoni globali ġenerali li jkopri, b’mod partikolari: in-negozji ż-żgħar, l-iżvilupp reġjonali, ir-riċerka, l-innovazzjoni, it-taħriġ, ix-xogħol u l-kapital ta’ riskju, il-protezzjoni tal-ambjent, u l-promozzjoni tal-intraprenditorija.
Għajnuna mill-Istat għan-negozji ż-żgħar
Ir-regolament tal-eżenzjoni globali ġenerali jagħmilha eħfef għall-gvernijiet biex jgħinu lin-negozji ż-żgħar, billi jissimplifika r-regoli u jgħolli l-limiti li taħthom is-sostennpubbliku ma jiġix ikkunsidrat li jhedded il-kompetizzjoni. Dan jappoġġja wkoll l-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar tal-UE, li jippermetti lill-pajjiżi membri biex jgħinu lin-negozji ż-żgħar fi stadji differenti tal-iżvilupp tagħhom.
-
Manwal tar-regoli Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat lill-SMEs
[221 KB]
-
Att dwar in-Negozji ż-Żgħar għall-Ewropa
Riforma fl-għajnuna mill-Istat
Mill-2005, il-pajjiżi tal-UE kienu mħeġġa biex jipprovdu inqas għajnuna imma li tkun immirata aħjar biex jgħinu fil-promozzjoni tal-impjiegi u t-tkabbir, kif ukoll biex jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-suq li n-negozji ż-żgħar jiltaqgħu magħhom.
Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes
























