Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 07/2016

Aġġornat 07/2016

Kimiċi (REACH)

Jekk timmanifattura jew timporta tunnellata jew aktar fis-sena ta' sustanza kimika fiż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Unjoni Ewropea + l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja), jeħtieġlek tirrekordja dan fil-bażi tad- dejta ta' REACH. REACH ifisser ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH).

REACH japplika għas-sustanzi kimiċi kollha, kemm dawk meħtieġa għal proċessi industrijali kif ukoll dawk li nużaw matul il-ġurnata ta' kuljum tagħna, fiż-żebgħa, fil-prodotti tat-tindif, fil-ħwejjeġ, fl-għamara u l-appliances tal-elettriku, pereżempju. B'hekk hu jaffettwa l-parti l-kbira tan-negozji fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).

Is-sustanzi mhux reġistrati ma għandhomx jiġu kkummerċjalizzati jew użati.

REACH japplika għalik jekk fin-negozju tiegħek int:

  • manifattur - tagħmel kimiċi għal bejgħ mill-kumpanija tiegħek jew tissupplixxi lill-oħrajn.
  • importatur - tixtri kimiċi individwali, taħlitiet ta' kimiċi jew prodotti bħal ħwejjeġ, għamara jew oġġetti tal-plastik minn barra l-UE.
  • distributur - taħżen u tikkummerċjalizza kimiċi jew taħlitiet ta' kimiċi.
  • utent lil hinn mis-sors - tuża kimiċi jew taħlitiet kimiċi fl-industrija jew l-okkupazzjoni tiegħek.

Biex tikkonforma mar-regolament, għandek tidentifika u tikkontrolla r-riskji assoċjati mas-sustanzi li timmanifattura u tikkummerċjalizza fl-UE/fiż-ŻEE.

Bħala manifattur jew importatur li tirreġistra dawn is-sustanzi, jeħtieġlek turi lill- Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) kif dawn jistgħu jintużaw b'mod sikur u tuża folja ta' dejta dwar is-sikurezza biex tinforma l-utenti potenzjali fil-katina tal-provvista dwar kwalunkwe miżura ta' mmaniġġjar tar-riskju li għandu mnejn ikun jeħtiġilhom jieħdu.

Jekk in-negozju tiegħek hu ta' utent lil hinn mis-sors, għandek obbligi differenti x'tissodisfa. Dak ewlieni hu li tieħu kwalinkwe miżura ta' mmaniġġjar tar-riskju ddettaljata fil-folji ta' dejta dwar is-sikurezza. Iċċekkja li l-użi tiegħek huma koperti fid-dossiers ta' reġistrazzjoni u kkuntattja lill-fornituri u l-utenti tiegħek fil-katina tal-provvista.

Uża n- Navigatur tal-ECHA biex tidentifika r-rwol u l-obbligi tiegħek skont REACH jew kwalunkwe eżenzjoni li tista' tapplika għan-negozju tiegħek.

Il-ktejjeb " Sikurezza kimika fin-negozju tiegħek " jagħti taqsira tajba dwar il-kwistjonijiet rilevanti għan-negozji ż-żgħar.

Kif jaħdem REACH

REACH jintroduċi regoli ġodda għall-kummerċjalizzazzjoni, li jkopru s-sustanzi f'iżolament, f'taħlitiet u f'sustanzi użati fl-oġġetti. Hu jiżgura li l-industrija tassumi r-responsabbiltà:

  • għall-immaniġġjar ta' kwalunkwe riskju li l-kimiċi jistgħu jippreżentaw għas-saħħa u għall-ambjent
  • li tipprovdi lill-utenti fil-katina tal-provvista b'informazzjoni adatta dwar is-sikurezza.

Hu jagħmilha possibbli għall-Unjoni Ewropea biex tieħu miżuri addizzjonali jekk azzjoni komplementari hi meħtieġa fil-livell tal-UE. L- Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) f'Ħelsinki, il-Finlandja tgħin sabiex jiġu kkoordinati u implimentati l-passi kollha neċessarji:

Tariffi u imposti

REACH jitlob tariffi u imposti li għandhom jitħallsu. L-ammonti mitlubin u l-limiti taż-żmien għal ħlas jiddependu mit-tip ta' sottomissjoni kkonċernata. Intraprizi żgħar u ta' daqs medju jħallsu tariffi mnaqqsin. In-negozju tiegħek jeħtieġlu wkoll jikkunsidra spejjeż oħrajn assoċjati ma' REACH, inklużi:

  • l-iskambjar tad-dejta
  • il-valutazzjonijiet tas-sikurezza kimika
  • ir-riċerka dwar sostituti għal sustanzi partikolari.

Tista' tnaqqas l-ispejjeż tiegħek b'mod sinifikanti permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet l-oħrajn involuti, inkluża l-preparazzjoni fiż-żmien xieraq.

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min-Netwerk Enterprise Europe. Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

Appoġġ għan-negozji lokali

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għajnuna u pariri

Ikkuntattja msieħeb tal- appoġġ għan-negozji lokali

Il-mistoqsija tiegħek se tintbagħat għand imsieħeb tal-appoġġ min-Netwerk Enterprise Europe. Biex tgħin lill-konsulent jirrispondi b’mod puntwali u korrett għal dan is-servizz bla ħlas, jekk jogħġbok ipprovdi kemm jista’ jkun informazzjoni.

EEN-logo

Formola ta' kuntatt

(L-oqsma kollha huma mandatorji)
Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa’ pprova aktar tard.
Jekk jogħġbok ipprovdi email validu

Dettalji personali

Dettalji tal-kumpanija

Ċipru

Nicosia

Franza

Blagnac Cedex

Caen

Dijon

Guadeloupe, Martinique

Lille

Lyon

Paca

Paris, Ile-de-France, Centre, Nouvelle-Calédonie, Polynésie

Rennes

Saint-Denis

Id-Danimarka

Copenhagen

Il-Belġju

Brussel

Bruxelles

Namur

Il-Bulgarija

Sofia

Il-Finlandja

Helsinki

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Erfurt

Hannover

Kiel

Leipzig

Magdeburg

Mainz

Mülheim an der Ruhr

München

Rostock

Stuttgart

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Il-Kroazja

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Il-Polonja

Kielce

Lublin

Warsaw

Wroclaw

Il-Portugall

Lisboa

In-Norveġja

Oslo

Ir-Renju Unit

Belfast (Northern Ireland)

Cardiff (Wales)

Edinburgh (Scotland)

London (England)

Ir-Repubblika Ċeka

Praha

Ir-Rumanija

Baciu Cluj

Bucuresti

Constanta

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Is-Slovenja

Ljubljana

Iżlanda

Reykjavík

L-Awstrija

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Stockholm

L-Italja

Firenze (Toscana, Umbria, Marche)

Milano (Lombardia, Emilia Romagna)

Napoli (Abruzzo, Calabria, Campania, Basilicata, Molise, Puglia, Sicilia)

Roma (Lazio, Sardegna)

Torino (Piemonte, Liguria, Valle d’Aosta)

Venezia (Veneto, Trentino Alto Adige, Friuli Venezia Giulia)

L-Ungerija

Budapest

Malta

Pieta`

Spanja

Barcelona

Madrid

Oviedo

Palma

Santa Cruz de Tenerife

Sevilla

Valencia

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

3000/3000

L-informazzjoni mdaħħla f’din il-formola tintbagħat direttament għand imsieħeb tan-Netwerk Enterprise Europe. Id-dejta personali li tiddaħħal fil-formola se tintuża biss biex tgħin lill-konsulent iwieġeb għall-mistoqsija tiegħek; id-dejta ma tiġix maħżuna wara dan.

Għajnuna u pariri

Agħmel kuntatt ma' servizzi ta' assistenza speċjalizzati

Ikseb parir dwar drittijietek fl-UE / Solvi problemi ma' entità pubblika

Punt ta' Kuntatt tal-Prodott English

Il-Punt ta' Kuntatt tal-Prodott tiegħek jista' jinfurmak dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prodott u jgħinek tidħol f'suq nazzjonali ieħor fl-UE.