Mogħdija tan-navigazzjoni

Aġġornat 11/2014

Aġġornat 11/2014

Marka CE


Aqsam fuq 
	Aqsam fuq Facebook
  
	Aqsam fuq Twiter
  
	Ixxerja fuq Google+
  
	Aqsam fuq linkedIn

Ħafna prodotti jeħtieġu l-marka CE qabel ma jkunu jistgħu jinbiegħu fl-UE jew fl-Islanda, il-Liechtenstein jew in-Norveġja. Il-marka CE turi li l-prodott tiegħek ġie vvalutat u jissodisfa r-rekwiżiti ta' sikurezza, saħħa u protezzjoni ambjentali tal-UE. Hija valida għal prodotti manifatturati kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, li mbagħad jiġu kkummerċjalizzati fl-UE.

Il-marka CE hija valida biss għal prodotti li għalihom l-ispeċifikazzjonijiet mal-UE kollha ġew introdotti.

Biex tinkiseb il-marka CE għall-prodott tiegħek, għandek toħloq dossier tekniku li juri li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti mal-UE kollha. Bħala l-manifattur tal-prodott, għandek ir-responsibbiltà sħiħa għad-dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti kollha. Meta l-prodott ikollu l-marka CE, jista’ jagħti l-każ li jkollok tipprovdi d-distributuri u/jew l-importaturi bid-dokumentazzjoni kollha ta’ appoġġ li jikkonċernaw il-marka CE.

Kif tikseb marka CE?

Hemm passi differenti xi jsiru għall-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri:

1. Identifika r-rekwiżiti fl-UE kollha għall-prodott tiegħek

Ir-rekwiżiti tal-UE huma stabbiliti f'Direttivi li jkopru prodotti differenti, pereżempju:

  • Farmaċewtiċi
  • Vetturi
  • Ġugarelli
  • Kimiċi
  • Tagħmir elettriku u mekkaniku
  • Apparat mediku.

Dawn id-Direttivi jistabbilixxu r-rekwiżiti essenzjali li l-prodotti jridu jissodisfaw. Barra minn hekk, hemm standards Ewropej armonizzati li jiddettaljaw ir-rekwiżiti tekniċi li l-prodott tiegħek għandu jissodisfa. Sal-lum, ġew ippubblikati madwar 20,000 standard Ewropej.

2. Iċċekkja jekk il-prodott tiegħek jissodisfax ir-rekwiżiti speċifiċi

F’idejk biex tiżgura li l-prodott tiegħek jissodisfa r-rekwiżiti legali mal-UE kollha. Jekk jeżistu standards armonizzati Ewropej għall-prodott tiegħek u int tosservahom fil-proċess tal-produzzjoni, il-prodott tiegħek awtomatikament jikkonforma mad-Direttivi rilevanti tal-UE.

L-użu tal-istandards huwa volontarju - int ma tistax tkun obbligat tużahom. Tista’ wkoll tagħżel soluzzjonijiet tekniċi oħra biex tilħaq ir-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fid-Direttiva rilevanti.

3. Iċċekkja jekk il-prodott tiegħek iridx jiġi ttestjat minn awtorità nazzjonali indipendenti

Għal xi prodotti, awtoritajiet speċjali (“korpi nnotifikati”) iridu jivverifikaw li l-prodott tiegħek jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi speċifiċi. Dan mhuwiex obbligatorju għall-prodotti kollha. Uża l-bażi tad-dejta "Nando" biex tidentifika liema korp notifikat għandek tikkuntattja fil-każ tiegħek.

4. Ittestja l-prodott tiegħek

Jekk il-prodott ma jeħtieġx li jkun verifikat minn awtorità indipendenti, mela f'idejk biex tivverifika li jkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi. Dan jinkludi stima u dokumentazzjoni tar-riskji possibbli meta jintuża l-prodott tiegħek.

5. Oħloq dossier tekniku

Id-dossier tekniku għandu jinkludi d-dokumenti kollha li juru li l-prodott tiegħek jikkonforma mar-rekwiżiti tekniċi.

6. Waħħal il-marka CE u abbozza dikjarazzjoni ta’ konformità

Fl-aħħar tista’ tqiegħed il-marka CE fuq il-prodott tiegħek. Il-marka għandha tkun viżibbli, tinqara u ma tistax titħassar. Jekk kellek tinvolvi xi korp notifikat fil-pass 3, għandek ukoll tqiegħed in-numru ta’ identifikazzjoni ta’ din l-awtorità fuq il-prodott. Għandek ukoll tabbozza u tiffirma dikjarazzjoni ta’ konformità tal-KE li tgħid li l-prodott tiegħek jissodisfa r-rekwiżiti legali kollha.

Fittex iktar fil-fond, pajjiż, pajjiż:

Għajnuna u pariri

Għajnuna u pariri

Punt ta' Kuntatt tal-Prodott

Il-Punt ta’ Kuntatt għall-Prodott tiegħek jista’ jinfurmak dwar il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-prodott u jgħinek fl-aċċess għal suq nazzjonali ieħor fl-UE.

Pariri tal-Ewropa Tiegħek

Il-Pariri tal-Ewropa Tiegħek hu sors ta’ pariri esperti dwar kwalunkwe kwistjoni li tiltaqa’ magħha f’pajjiż ieħor tal-UE li tinvolvi l-liġi tal-UE.

Ibgħat email lil organizzazzjoni kummerċjali qrib tiegħek

L-UE tmexxi netwerkDeutschEnglishespañolfrançaisitalianopolski (Enterprise Europe Network) ta' organizzazzjonijiet kummerċjali lokali f'ħafna mill-pajjiżi EwropejEnglish li jista' jkun ta' għajnuna għalik.

Agħżel il-pajjiż u r-raħal tiegħek u daħħal il-mistoqsija tiegħek hawn taħt.

Grazzi, il-messaġġ tiegħek intbagħat.
Minħabba problemi tekniċi, il-messaġġ tiegħek ma setax jintbagħat. Jekk jogħġbok erġa' pprova aktar tard.

Pajjiż

Ċipru

Nicosia

Franza

Amiens

Annecy

Aulnat

Besançon

Bordeaux

Bourg en Bresse

Caen

Cayenne

Chalons-en-Champagne

Chambéry

Dijon

Fort-de-France

Grenoble

Lille

Limoges

Lyon

Marseille

Marseille

Montpellier

Montpellier

Nancy

Nantes

Orléans

Paris

Pointe-à-Pitre

Poitiers

Privas

Rennes

Rouen

Saint-Denis

Saint-Etienne

Strasbourg

Toulouse

Valence

Id-Danimarka

Aalborg

Copenhagen

Herning

Kolding

Næstved

Viborg

Il-Belġju

Antwerpen

Arlon

Brugge

Brussels

Charleroi

Gent

Hasselt

Leuven

Libramont

Liège

Mons

Namur

Nivelles

Il-Bulgarija

Dobrich

Plovidiv

Ruse

Sandanski

Sofia

Stara Zagora

Vratsa

Yambol

Il-Finlandja

Helsinki

Oulu

Tampere

Turku

Vantaa

Il-Ġermanja

Berlin

Bremen

Bremenhaven

Chemnitz

Dresden

Düsseldorf

Erfurt

Frankfurt/Oder

Freiburg

Hamburg

Hannover

Kaiserslautern

Kiel

Konstanz

Leipzig

Magdeburg

Mannheim

Mülheim an der Ruhr

München

Potsdam

Reutlingen

Rostock

Saabrücken

Stuttgart

Trier

Ulm

Villingen-Schwenningen

Wiesbaden

Il-Greċja

Athens

Heraklion

Ioannina

Kavala

Kozani

Thessaloniki

Tripolis

Volos

Il-Kroazja

Osijek

Rijeka

Split

Varazdin

Zagreb

Il-Latvja

Riga

Il-Litwanja

Kaunas

Klaipėda

Vilnius

Il-Lussemburgu

Luxembourg

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Den Haag

Nieuwegein

Il-Polonja

Bialystok

Gdańsk

Kalisz

Katowice

Kielce

Konin

Kraków

Lublin

Lublin

Olsztyn

Opole

Poznań

Rzeszów

Szczawno-Zdrój

Szczecin

Toruń

Warsaw

Warsaw

Warsaw

Wroclaw

Zielona Góra

Łódź

Il-Portugall

Aveiro

Braga

Coimbra

Évora

Faro

Funchal

Lisboa

Ponta Delgada

Porto

In-Norveġja

Ås

Oslo

Stavanger

Tromsø

Ir-Renju Unit

Belfast

Bristol

Cambridge

Cardiff

Coventry

Inverness

London

Manchester

Newcastle

Yorkshire and Humber

Ir-Repubblika Ċeka

Brno

Brno

Liberec

Ostrava

Ostrava

Pardubice

Plzen

Praha

Usti nad Labem

Ir-Rumanija

Arad

Bacau

Bucuresti

Cluj-Napoca

Constanta

Craiova

Galati

Iasi

Ramnicu Valcea

Timișoara

Is-Slovakkja

Bratislava

Prešov

Is-Slovenja

Koper

Ljubljana

Maribor

L-Awstrija

Feldkirch

Graz

Innsbruck

Klagenfurt

Linz

Salzburg

Wien

L-Estonja

Tallinn

L-Irlanda

Dublin

L-Isvezja

Borlänge

Göteborg

Jönköping

Kramfors

Luleå

Malmö

Örebro

Östersund

Stockholm

Umeå

Västerås

Växjö

L-Italja

Abruzzo

Aosta

Apulia

Ascoli Piceno

Basilicata

Bologna

Bologna

Cagliari

Calabria

Calabria

Campania

Catania

Florence

Genova

Gorizia

Milano

Molise

Naples

Palermo

Palermo

Perugia

Pesaro

Pisa

Pordenone

Ravenna

Rome

Rovereto

Sassari

Sicily

Terni

Torino

Trieste

Udine

Venezia

Venezia

Venezia

L-Ungerija

Budapest

Debrecen

Eger

Győr

Miskolc

Nyíregyháza

Pécs

Szeged

Székesfehérvár

Zalaegerszeg

Malta

Pieta`

Spanja

Albacete

Alicante

Badajoz

Barcelona

Bilbao

Ciudad Real

Donostia- San Sebastian

Ferrol

Las Palmas de Gran Canaria

Llanera

Logroño

Madrid

Madrid

Murcia

Oviedo

Palma

Pamplona

Paterna (Valencia)

Santa Cruz de Tenerife

Santander

Santiago de Compostela

Sevilla

Toledo

Valencia

Valladolid

Vitoria- Gazteiz

Zaragoza

Daħħal il-messaġġ tiegħek hawn *

* qasam obbligatorju (għandek iddaħħal dejta hawn)