Persunal
Aġġornat 05/2011
-
Unjoni Ewropea
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes
Suq tax-xogħol madwar l-UE
Il-moviment ħieles tal-ħaddiema huwa prinċipju ewlieni għall-UE. Dan jippermetti lil kull ċittadin tal-UE jaħdem fi kwalunkwe pajjiż tal-UE mingħajr permess tax-xogħol.
Dan jgħin lil min iħaddem biex isib staff bi profil adegwat, speċjalment jekk ikun hemm nuqqas ta' kandidati f'pajjiżhom. Il-reklutaġġ ta' ħaddiema barranin jista' wkoll joħloq ambjent kreattiv fin-negozju.
Min jimpjega għandu japplika l-istess regoli għall-ħaddiema minn pajjiżi oħra tal-UE – pereżempju aċċess għax-xogħol, kundizzjonijiet ta' xogħol li jinkludu paga u liv annwali mħallas u tkeċċija - hekk kif japplikaw għall-istaff nazzjonali. Ma jistgħux jimponu kundizzjonijiet ulterjuri.
-
Moviment ħieles tal-ħaddiema
-
Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-UE.






















[842 KB]
Ħaddiema mill-pajjiżi l-ġodda tal-UE jistgħu jaffrontaw restrizzjonijiet temporanji, iżda mhux għal aktar minn seba' snin wara li pajjiżhom ikun issieħeb fl-Unjoni, jiġifieri sal-31 ta' Diċembru 2013 għaċ-ċittadini Bulgari u Rumeni:
Ħaddiema mibgħuta jaħdmu barra minn pajjiżhom
Meta jkun hemm servizz provdut barra l-pajjiż, min iħaddem jista' jibgħat xi ftit mill-istaff biex jaħdmu f'pajjiż ieħor tal-UE.
Ir-regoli tal-UE jħarsu d-drittijiet u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema u jevitaw "dumping soċjali". Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet tax-xogħol għal ħaddiema mibgħuta barra l-pajjiż għandhom jirriflettu dawk tal-ħaddiema fil-pajjiż li jospitahom.
Filwaqt li għandu jitneħħa kull ostaklu għall-moviment ħieles tas-servizzi, għandu jinżamm il-ħarsien tal-ħaddiema mibgħuta barra mill-pajjiż.
Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali
Meta jintgħażel l-istaff fis-suq tax-xogħol madwar l-UE, jista' jkun hemm bżonn ta' kwalifiki professjonali, diploma, esperjenza jew għarfien ta' ċerta lingwa. L-UE ddefinixxiet sett ta' regoli għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, notevolment dan jippermetti r-rikonoxximent awtomatiku f'xi setturi – tobba, infermiera, dentisti, qwiebel, veterinarji, spiżjara, periti - jew ir-rikonoxximent reċiproku.
L-awtoritajiet għandhom jirrikonoxxu l-esperjenza tax-xogħol miksuba f'pajjiżi oħra tal-UE skont l-istess kundizzjonijiet bħall-esperjenza miksuba fil-pajjiż oriġinarju.
Sigurtà soċjali
L-obbligi u d-drittijiet nazzjonali fir-rigward tas-sigurtà soċjali japplikaw għall-istaff kollu, kemm jekk huma mill-pajjiż jew pajjiż ieħor tal-UE. Kull pajjiż tal-UE għandu s-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu għax dan huwa dominju nazzjonali esklużiv.
Madankollu, bis-saħħa tal-koordinazzjoni ta' dawn is-sistemi nazzjonali, il-ħaddiem jew l-irtirati u persuni oħra koperti mis-sigurtà soċjali jistgħu jżommu d-drittijiet tagħhom għas-sigurtà soċjali, li jinkludu l-pensjonijiet u l-kura tas-saħħa, meta jimxu minn pajjiż tal-UE għal ieħor.
Nilħqu r-regoli minimi soċjali
L-amministrazzjoni tal-istaff tfisser ukoll li jintlaħqu r-regoli soċjali minimi speċjalment in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà.
Riżorsi
EURES, il-portal Ewropew dwar il-mobilità fix-xogħol, joffri tagħrif lil min iħaddem u appoġġ dwar ir-reklutaġġ madwar l-UE. Jagħti wkoll appoġġ lil min qed ifittex xogħol, jgħin lill-intraprendituri jsibu ħaddiema minn madwar l-UE. Fir-reġjuni tal-fruntieri, EURES jipprovdi tagħrif dwar l-ivvjaġġar transkonfinali u jgħin lill-ħaddiema u lil min iħaddem bil-problemi li jistgħu jiffaċċjaw.
Ara wkoll il-leġiżlazzjoni fuq dan is-suġġett fi:
-
Ċipru
elen
-
Franza
enfr
-
Id-Danimarka
daen
-
Il-Belġju
enfrnl
-
Il-Bulgarija
bgen
-
Il-Finlandja
enfi
-
Il-Ġermanja
deen
-
Il-Greċja
elen
-
Il-Latvja
enlv
-
Il-Litwanja
enlt
-
Il-Lussemburgu
enfr
-
Il-Polonja
enpl
-
Il-Portugall
enpt
-
In-Norveġja
enno
-
Ir-Renju Unit
en
-
Ir-Repubblika Ċeka
csen
-
Ir-Rumanija
enro
-
Is-Slovakkja
ensk
-
Is-Slovenja
ensl
-
L-Awstrija
deen
-
L-Estonja
enet
-
L-Irlanda
en
-
L-Italja
enit
-
L-Iżvezja
ensv
-
L-Olanda
ennl
-
L-Ungerija
enhu
-
Malta
en
-
Spanja
enes





