Mogħdija tan-navigazzjoni

Ġestjoni

Il-ġestjoni ta' negozju timplika responsabbiltajiet u kompiti sinjifikanti.

           Iż-żamma tal-kontijiet, il-ħlas ta' taxxi, l-ingaġġ u s-superviżjoni ta' impjegati kkwalifikati jistgħu jkunu kollha fatturi deċiżivi għas-suċċess. Il-ġestjoni tal-persunal teħtieġ ħiliet partikolari - li jiġu stabbiliti l-pagi, il-konformità mar-regoli tas-sigurtà soċjali, it-tlaqqigħ ta' settijiet ta' ħiliet mal-impjiegi.

In-negozji huma wkoll marbuta legalment biex jissottomettu statistiki. Meta jkunu kkompilati f'settijiet ta' dejta statistiċi nazzjonali u Ewropej, dawn jistgħu imbagħad jgħinu lill-kumpaniji biex jevalwaw is-swieq u jiżviluppaw strateġiji kummerċjali.

Il-ġestjoni ta' negozju - partikolarment wieħed żgħir - teħtieġ ukoll li s-sidien jagħmlu attenzjoni kostanti u mill-qrib fuq il-finanzi, biex jantiċipaw id-diffikultajiet u jevitaw il-falliment.